Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Settembru 2020 – flightright GmbH vs Ryanair Designated Activity Company

(Kawża C-443/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: flightright GmbH

Konvenuta: Ryanair Designated Activity Company

Domandi preliminari

Strajk organizzat minn sindakat tal-persunal ta’ trasportatur tal-ajru li jopera jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 ?

Huwa ta’ rilevanza l-fatt li l-imsemmi strajk qed isir abbażi ta’ talbiet imressqa mill-persunal li ma kinux miftiehma kuntrattwalment minn qabel bejn il-persunal u t-trasportatur tal-ajru li jopera?

Huwa ta’ rilevanza l-fatt jekk l-istrajk inkwistjoni nbediex minħabba ċertu mġieba tat-trasportatur tal-ajru li jopera matul in-negozjati mas-sindakat?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).