Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (ir-Rumanija) fid-19 ta’ Lulju 2021 – SC Avicarvil Farms SRL vs Ministerul Agriculturii şi Dezvoltării Rurale, Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură - Centrul Judeţean Vâlcea

(Kawża C-443/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Piteşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC Avicarvil Farms SRL

Konvenuti: Ministerul Agriculturii şi Dezvoltării Rurale, Agenţia pentru Finanţarea Investiţiilor Rurale, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie în Agricultură - Centrul Judeţean Vâlcea

Domanda preliminari

L-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 1 , ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 310 TFUE (prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba) u mal-Artikolu 40(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 2 (meħud mill-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 3 ), meqjus fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u dak ta’ ċertezza legali, jipprekludi prassi amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali involuti fl-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ appoġġ finanzjarju mhux rimborsabbli li, bħala riżultat ta’ żball ta’ kalkolu kkonstatat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ħarġu dokumenti li jordnaw it-tnaqqis tal-ammont ta’ appoġġ finanzjarju rrikonoxxut mill-programm nazzjonali ta’ żvilupp rurali (PNŻR), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 3529 tal-25 ta’ Mejju 2012, qabel ma ġiet adottata deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni Ewropea li teskludi mill-finanzjament is-somom li jaqbżu l-ispejjeż addizzjonali u t-telf mid-dħul ikkawżat mill-impenji meħuda, li jirriżultaw minn żbalji ta’ kalkolu?

____________

1     ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifika fil-ĠU 2016, L 200, p. 140, u fil-ĠU 2019, L 66, p. 6.

1     ĠU 2010, L 286M, p. 26, rettifika fil-ĠU 2012, L 206, p. 23.

1     ĠU 2013, L 347, p. 487, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.