Language of document : ECLI:EU:C:2010:6

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

TRSTENJAK

ippreżentati fit-12 ta’ Jannar 2010 1(1)

Kawża C-19/09

Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH

vs

Silva Trade S.A.

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Vjenna (Awstrija))

“Regolament Nru 44/2001 – Artikolu 5(1) – Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet kuntrattwali – Kuntratt ta’ rappreżentanza – Kuntratt li għandu bħala suġġett il-provvista ta’ servizzi – Provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri – Determinazzjoni tal-post fejn ġew ipprovduti s-servizzi”







Werrej


I –   Introduzzjoni

II – Il-kuntest ġuridiku

A –   Id-dritt Komunitarju

1.     Il-leġiżlazzjoni primarja

2.     Regolament Nru 44/2001

B –   Il-liġi nazzjonali

III – Fatti, proċedura fil-kawża prinċipali u domandi preliminari

IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

V –   L-argumenti tal-partijiet

A –   Ammissibbiltà

B –   L-ewwel talba preliminari

1.     Applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 għall-kuntratti li għandhom bħala suġġett il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri [domanda 1(a)].

2.     Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 [domanda 1(b)]

3.     Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ fejn iċ-ċentru tal-attivitŕ ma jkunx jista’ jiġi individwat (domanda 1(c))

C –   It-tieni talba preliminari

VI – Analiżi tal-Avukat Ġenerali

A –   Introduzzjoni

B –   Ammissibbiltà

C –   L-ewwel domanda preliminari

1.     Kunsiderazzjonijiet introduttivi dwar il-kuntratt ta’ rappreżentanza

a)     Karatteristiċi tal-kuntratt ta’ rappreżentanza

b)     Il-kuntratt ta’ rappreżentanza bħala kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi

2.     Applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għall-kuntratti li jikkonċernaw il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri [domanda 1(a)]

3.     Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni abbażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 [domanda 1(b)]

4.     Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ fejn il-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi ma jistax jiġi determina [domanda 1(c)]

D –   It-tieni domanda preliminari

E –   Epilogu

VII – Konklużjoni

I –    Introduzzjoni

1.        Wara s-sentenzi Color Drack (2), Falco (3) u Rehder (4), il-kawża preżenti toffri mill-ġdid lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tinterpreta r-regoli speċjali ta’ ġurisdizzjoni applikabbli f’kawżi ta’ dwar relazzjonijiet kuntrattwali. Fil-fatt, fil-każ inkwistjoni tqajmu kwistjonijiet rigwardanti l-interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (5) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 44/2001”) fil-każ fejn is-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri. Fil-każ fejn ġew ipprovduti servizzi f’diversi Stati Membri, jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni li s-servizz jista’ jiġi pprovdut ukoll permezz tal-internet u l-mezzi moderni ta’ komunikazzjoni, bħal pereżempju l-posta elettronika.

2.        Fil-kawża inkwistjoni, fis-sustanza l-qorti tar-rinviju qed titlob jekk, fil-każ ta kuntratt ta’ rappreżentanza ffirmat bejn żewġ partijiet stabbiliti ġewwa Stati Membri differenti, li abbażi tiegħu s-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt ikunu ġew ipprovduti f’diversi Stati Membri, il-ġurisdizzjoni tiġix iddeterminata skont it-tieni inċiz tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 u liema huma l-kriterji deċiżivi li għandhom jiġu applikati għal dan il-għan. Id-domandi preliminari magħmula rriżultaw fil-kuntest ta’ kawża bejn l-aġent, il-kumpannija Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH (iktar ’il-quddiem ir-“rikorrenti”) li għandha s-sede tagħha fl-Awstrija u l-konvenuta, il-kumpannija Silva Trade S.A (iktar ’il-quddiem “Silva Trade” jew il-“konvenuta”) li għandha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

II – Il-kuntest ġuridiku

A –    Id-dritt Komunitarju

1.      Il-leġiżlazzjoni primarja

3.        L-Artikolu 68(1) KE, inkluż fit-titolu IV tat-Trattat KE (“Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta’ persuni”) jipprovdi hekk:

“L-Artikolu 234 għandu japplika għal dan it-Titolu skont iċ-ċirkustanzi u bil-kundizzjonijiet li ġejjin: meta kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu jew dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta’ atti tal-istituzzjonijiet tal-Komunità ibbażati fuq dan it-Titolu jitqajmu fil-każ li jkun pendenti quddiem qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru li kontra d-deċiżjoni tagħha ma jkunx hemm rimedju ġudizzjarju skont il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew tribunal għandha, jekk tikkunsidra li deċiżjoni dwar il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex tkun tista’ tagħti sentenza, titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar dan.”

2.      Regolament Nru 44/2001

4.        Il-premessa 11 tar-Regolament Nru 44/2001 tipprovdi dan li ġej:

“Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. […]”

5.        Fil-kapitolu II, intitolat “Ġurisdizzjoni”, ir-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi dispożizzjonijiet li jirregolaw dan is-suġġett.

6.        Fis-sezzjoni 1 tal-imsemmi Kapitolu fuq il-ġurisdizzjoni, intitolat “Dispożizzjonijiet ġenerali” l-Artikolu 2(1) jistabbilixxi dan li ġej:

“Bla preġudizzju għal dan ir-regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.”

7.        Fl-istess sezzjoni 1, l-Artikolu 3(1) jistabbilixxi dan li ġej:

“Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f’sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.”

8.        Fis-sezzjoni 2 tal-kapitolu dwar il-ġurisdizzjoni, intitolat “Ġurisdizzjoni speċjali”, insibu l-Artikolu 5 li jipprovdi dan li ġej:

“Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:

1 (a) f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ;

(b) għall-iskopijiet ta’ din id-disposizzjoni u sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ għandu jkun:

- fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati,

- fil-każ ta’ provista ta’ servizzi, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi,

(ċ) jekk sub-paragrafu (b) ma japplikax, japplika s-sub-paragrafu (a);

[…]”

B –    Il-liġi nazzjonali

9.        L-Artikolu 528(2)(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Awstrijak (Zivilprozessordnung) jistabbilixxi dan li ġej:

“Appell mhuwa fl-ebda ċirkustanza ammissibbli:

[…]

2. jekk id-digriet tal-ewwel istanza kkontestat ikun ġie kkonfermat kollu kemm huwa, ħlief jekk ir-rikors ikun ġie miċħud mingħajr deċiżjoni fuq il-mertu minħabba raġunijiet ta’ forma,

[…]”

10.      Il-liġi Awstrijaka dwar l-aġenti kummerċjali (Handelsvertretergesetz) fl-Artikolu 23 tistabbilixxi dan li ġej:

“(1) […] Fil-każ li waħda mill-partijiet toħroġ qabel iż-żmien minn relazzjoni kuntrattwali mingħajr raġuni ġġustifikata, il-parti l-oħra fil-kuntratt tista’ titlob l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew il-ħlas tad-danni li sofriet […]

[…]”

11.      L-Artikolu 24 tal-liġi Awstrijaka dwar l-aġenti kummerċjali jgħid dan li ġej:

“(1) Fil-każ li tintemm relazzjoni kuntrattwali, l-aġent kummerċjali għandu dritt għal kumpens adegwat, jekk:

1. ikun ressaq klijenti ġodda lejn il-prinċipal jew ikun żviluppa b’mod rilevanti r-relazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti eżistenti,

2. ikun jista’ jiġi mistenni li l-prinċipal jew is-suċċessuri fid-dritt ser jibqgħu jieħdu benefiċċji kunsiderevoli minn dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali wara t-tmiem tal-kuntratt, u

3. jekk il-ħlas ta’ dan il-kumpens ikun ġust, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi kollha u, b’mod partikolari, il-kommissjoni li l-aġent kummerċjali tilef u li tirriżulta min-negozju ma’ dawn il-klijenti.

[…]”

III – Fatti, proċedura fil-kawża prinċipali u domandi preliminari

12.      Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija Wood Floor, kumpannija stabbilita fil-belt Awstrijaka ta’ Amstetten, waqt li l-konvenuta hija Silva Trade, kumpannija stabbilita f’Wasserbillig fil-Lussemburgu. Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li l-amministratur tar-rikorrenti, Andreas Domberger, fil-bidu kien jaħdem bħala aġent kummerċjali ta’ Silva Trade, u wara wettaq dan l-inkarigu permezz tar-rikorrenti. Fil-każ inkwistjoni, il-kuntratt ta’ rappreżentanza ġie konkluż verbalment (6).

13.      Ir-rikorrenti wettqet l-attività ta’ aġent kummerċjali tal-kummerċ fl-Awstrija, fl-Italja, fil-Pajjiżi Baltiċi, fil-Polonja (7) u fl-Isvizzera. Skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-kuntatti mal-klijenti kienu jsiru fil-parti l-kbira permezz tat-telefon u permezz tal-posta elettronika mill-uffiċċji tal-istess kumpannija, iżda ġieli personalment ukoll fis-sede jew fid-domiċilju tal-klijenti. Għaldaqstant l-attività ta’ intermedjazzjoni twettqet għal 70 % mis-sede tar-rikorrenti fl-Awstrija u għal 30 % barra mill-pajjiż.

14.      Permezz ta’ ittra tat-2 ta’ April 2007, il-konvenuta Silva Trade tterminat il-kuntratt ta’ rappreżentanza. Ir-rikorrenti (aġent kummerċjali) ikkunsidrat dan l-att kien jikkostitwixxi terminazzjoni illeġittima qabel iż-żmien tal-kuntratt u, fil-21 ta’ Awwissu 2007, ressqet quddiem il-qorti tal-ewwel istanza (Landesgericht Sankt Pölten) fl-Awstrija talba, abbażi tal-artikolu 23 tal-liġi Awstrijaka dwar l-aġenti kummerċjali (Handelsvertretergesetz), għall-ħlas ta’ EUR 27 864.65, għad-danni li sofriet minħabba t-terminazzjoni qabel iż-żmien tal-kuntratt. Bir-rikors tagħha r-rikorrenti talbet ukoll il-ħlas ta Eur 83 593.95 bħala danni skont l-Artikolu 24 tal-istess liġi. Sabiex issostni l-ġurisdizzjoni tal-qorti Awstrijaka, ir-rikorrenti invokat l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, minħabba li hija kienet twettaq l-attività tagħha ta’ aġent kummerċjali fis-sede tagħha fl-Awstrija. Fir-risposta tagħha, il-konvenuta ressqet l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni territorjali kif ukoll ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Awstrijaka minħabba l-fatt li fl-Awstrija r-rikorrenti kienet twettaq biss 24.9 % tad-dħul mill-bejgħ li kienet tagħmel mill-operazzjonijiet tagħha waqt li l-bqija kienet twettqu barra mill-pajjiż.

15.      Permezz ta’ digriet tal-10 ta’ Ottubru 2008, il-qorti tal-ewwel istanza ddeċidiet li hija kellha l-ġurisdizzjoni li tisma’ l-kawża. Fil-motivazzjoni tad-digriet tagħha hija indikat li l-kelma “servizzi” imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001, għandha tiġi interpretata f’sens wiesa’, u li fiha għandha tiġi inkluża wkoll l-attività ta’ aġent kummerċjali. L-imsemmija qorti bbażat il-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-fatt li ċ-ċentru tal-attività tar-rikorrenti kien jinsab f’Amstetten fl-Awstrija.

16.      Il-konvenuta ppreżentat appell quddiem il-qorti tar-rinviju (Oberlandesgericht Wien) mid-digriet, li fih sostniet li jekk il-postijiet tal-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali jinsabu f’iktar minn Stat Membru wieħed, ir-rikorrent jista’ jressaq it-talba tiegħu f’wieħed mill-Istati Membri fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali kollha, imma biss jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti tiġi ddeterminata abbażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 44/2001, jiġifieri fuq il-bażi tad-domiċilju tal-konvenut. Skont il-konvenut, fil-każ fejn il-postijiet ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali jinsabu f’diversi Stati Membri - u t-talba ma titressaqx quddiem il-qorti tad-domiċilju tal-konvenut – il-qrati ta’ kull Stat għandhom ġurisdizzjoni biss għal dik il-parti tal-obbligi li twettqu fl-Istat rispettiv.

17.      Fir-rigward tad-dritt tagħha li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 68(1) KE, moqrija flimkien mal-Artikolu 234 KE, il-qorti tar-rinviju tafferma li l-intenzjoni tagħha hija li tikkonferma d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza u li ma huwiex possibbli li, kontra d-deċiżjoni tagħha, jiġi ppreżentat rikors dwar il-ġurisdizzjoni bbażat fuq il-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tista’ titqies li għandha l-kwalifika ta’ ġurisdizzjoni li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma hemm ebda rimedju ġudizzjarju skont il-liġi nazzjonali abbażi tal-Artikolu 68(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 234 KE.

18.      Għaldaqstant il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li għandha ġurisdizzjoni fil-każ inkwistjoni u timmotiva t-teżi tagħha bil-fatt li l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu u li huwa deċiżiv il-post fejn is-servizz effettivament ġie pprovdut. F’dan ir-rigward hija tirreferi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Color Drack (8), fejn il-qorti Komunitarja interpretat l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tal-imsemmi regolament fil-każ fejn il-kunsinna tal-merkanzija saret fi pluralità ta’ postijiet li kienu jinsabu fl-istess Stat Membru. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-Artikolu 5(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-oriġini, tal-għanijiet u tas-sistema ta’ dan tal-aħħar (9) u li fil-każ ta’ pluralità ta’ postijiet ta’ provvista fi Stat Membru wieħed, qorti waħda għandha jkollha ġurisdizzjoni li tisma’ t-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratt (10). F’din is-sentenza, l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ukoll li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 huwa applikabbli kemm fil-każ ta’ uniċità kif ukoll ta’ numru ta’ postijiet ta’ kunsinna (11) u li fil-każ ta’ pluralità ta’ postijiet ta’ kunsinna tal-merkanzija, numru ta’ postijiet ta’ kunsinna ta’ merkanzija, bħala prinċipju għandu jinftiehem, bħala post tat-twettiq, dak il-post li jiżgura l-fattur ta’ rabta l-iktar stretta bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni minħabba li dan il-post, bħala regola ġenerali huwa l-post tal-kunsinna prinċipali (12). Fin-nuqqas ta’ possibbiltà li jiġi stabbilit il-post tal-kunsinna prinċipali, ir-rikorrent jista’ jħarrek lill-konvenut quddiem il-qorti tal-post tal-kunsinna tal-għażla tiegħu abbażi tal-Artikolu 5(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 44/2001 (13).

19.      Skont il-qorti tar-rinviju, il-prinċipji msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Color Drack jistgħu jiġu applikati wkoll għall-kuntratti li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri. F’dan il-każ, skont l-affermazzjonijiet tal-imsemmija qorti, il-ġurisdizzjoni trid tiġi ddeterminata abbażi tal-eqreb rabta mal-post fejn jinsab iċ-ċentru tal-attività tal-persuna li tipprovdi s-servizzi. Skont il-qorti tar-rinviju, ir-rikorrenti pprovdiet is-servizz ta’ aġent kummerċjali prinċipalment mis-sede tagħha fl-Awstrija, liema post għandu jiġi kkunsidrat bħala l-post fejn jinsab iċ-ċentru tal-provvista ta’ servizzi tagħha, u għal din ir-raġuni fil-każ inkwistjoni l-qrati Awstrijaċi għandhom il-ġurisdizzjoni.

20.      Il-qorti tar-rinvju tafferma wkoll li l-prinċipji msemmija fis-sentenza Besix (14) ma jistgħux isibu applikazzjoni fil-każ preżenti. F’din il-kawża, is-suġġett tal-kontroversja kien obbligu li ma jsir xejn, ta’ natura ġeografikament illimitata, filwaqt li fil-każ preżenti, il-postijiet fejn ġie pprovdut is-servizz, huma, taħt profil ġeografiku, limitati.

21.      Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, b’deċiżjoni tat-23 ta’ Diċembru 2008, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u li tibgħat lill-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 68 KE u l-Artikolu 234 KE, id-domandi preliminari li ġejjin(15):

“1. It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42, iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Brussell I”) japplika wkoll, fil-każ ta’ kuntratt għal provvista ta’ servizzi, fejn is-servizzi huma pprovduti, skont ftehim, f’diversi Stati Membri?

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għal din id-domanda:

b) id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li l-post li fih jitwettaq l-obbligu karatteristiku għandu jiġi stabbilit b’riferiment għall-post fejn jinsab iċ-ċentru tan-negozju tal-fornitur tas-servizzi (li għandu jiġi stabbilit b’riferiment għall-ammont ta’ ħin f’dan il-post u skont l-importanza tal-attività inkwistjoni);

c) fil-każ li ma jiġix stabbilit tali ċentru tan-negozju, id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li kawża li tirrigwarda t-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratt tista’ titressaq, skont kif jagħżel ir-rikorrent, fi kwalunkwe post fejn jiġi pprovdut is-servizz fil-Komunità?

2. Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika wkoll fil-każ ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, fejn is-servizzi huma pprovduti, skont ftehim, f’diversi Stati Membri?”.

IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

22.      It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-15 ta’ Jannar 2009. Fil-proċedura bil-miktub ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom il-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Gvernijiet Ġermaniż u tar-Renju Unit, kif ukoll il-Kummissjoni. Fis-seduta li nżammet fid-29 ta’ Ottubru 2009 intervenew ir-rappreżentanti tal-partijiet fil-kawża prinċipali, kif ukoll dawk tal-Gvern Ġermaniż u tal-Kummissjoni, li għamlu t-trattazzjoni orali tagħhom u wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.

V –    L-argumenti tal-partijiet

A –    Ammissibbiltà

23.      Fost il-partijiet li ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub, il-Kummissjoni biss taffronta l-kwistjoni tal-ammissibbiltà, billi tafferma li skont l-Artikolu 68 KE, huma ammissibbli biss dawk it-talbiet għal deċiżjoni preliminari ppreżentati minn dawk il-qrati li mid-deċiżjoni tagħhom ma jista’ jiġi ppreżentat l-ebda appell skont il-liġi tal-pajjiż. Skont il-Kummissjoni, id-deċiżjoni jekk hijiex jew le qorti tal-aħħar istanza tiddependi miċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ, jiġifieri skont jekk fi proċedura speċifika, id-deċiżjoni tal-qorti tistax tiġi kkontestata permezz ta’ rikors quddiem il-qorti.

24.      Skont il-Kummissjoni, fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ, fil-każ preżenti ma huwiex possibbli li jiġi ppreżentat appell mid-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju. Il-Kummissjoni ssostni li skont l-Artikolu 528(2)(2) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili Awstrijak (Zivilprozessordnung), appell ma huwiex permess jekk id-digriet tal-ewwel istanza, li huwa s-suġġett tal-appell, jiġi kkonfermat kollu kemm huwa. Minħabba li fil-każ inkwistjoni, il-qorti tar-rinviju għandha l-intenzjoni tikkonferma d-digriet tal-qorti tal-ewwel istanza li ddeċidiet dwar il-ġurisdizzjoni, ma huwiex ser ikun possibbli li jiġi ppreżentat appell mid-deċiżjoni tagħha. Għal din ir-raġuni, skont il-Kummissjoni, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.

B –    L-ewwel talba preliminari

1.      Applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 għall-kuntratti li għandhom bħala suġġett il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri [domanda 1(a)].

25.      Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-Gvernijiet Ġermaniż u tar-Renju Unit, kif ukoll il-Kummissjoni jissuġġerixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi lill-ewwel domanda billi tiddikjara li t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 huwa applikabbli wkoll għall-kuntratti li għandhom bħala suġġett provvista ta’ servizzi fejn dawn jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri. Il-partijiet imsemmija jsostnu fis-sustanza li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Color Drack tista’ tiġi applikata wkoll meta l-obbligi kuntrattwali għandhom jitwettqu f’iktar minn Stat Membru wieħed. Mill-affermazzjonijiet magħmula waqt is-seduta mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, mill-Gvern Ġermaniż u mill-Kummissjoni, jirriżulta wkoll li dawn il-partijiet iqisu li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà wieġbet għal din id-domanda fis-sentenza Rehder.

26.      Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali żżid li jekk jiġi applikat it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 fil-kontroversja inkwistjoni jiġi osservat ukoll l-għan tal-prevedibbiltà tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni, ġaladarba li mill-ftehim milħuq bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali jirriżulta b’mod ċar f’liema Stati Membri r-rikorrenti ser tipprovdi s-servizzi tagħha. Fl-opinjoni tar-rikorrenti dan jikkostitwixxi wkoll id-differenza fundamentali meta mqabbel mas-sentenza Besix (16), fejn ma kienx possibbli li jiġi stabbilit f’liema Stati Membri kellhom jiġu eżegwiti l-obbligi kuntrattwali minħabba li s-suġġett tal-kuntratt kien obbligu li ma jsir xejn.

27.      Il-Gvern Ġermaniż isostni wkoll li għat-talbiet kollha li jirriżultaw minn kuntratt għandha ġurisdizzjoni l-qorti li għandha l-eqreb rabtiet mal-kuntratt.

28.      Il-Gvern tar-Renju Unit isostni li l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika għall-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi irrispettivament mill-fatt li l-provvista sseħħ f’wieħed jew iktar Stati Membri. F’dan il-kuntest huwa jsostni li tali interpretazzjoni taqbel mat-test tad-dispożizzjoni msemmija u hija konformi mal-prinċipji li ġejjin: fl-ewwel lok l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi applikat kull darba li dan ikun raġonevolment possibbli, fit-tieni lok fl-interess tal-previdibbiltà tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni għandu jkun possibbli li jiġi stabbilit faċilment liema qorti għandha ġurisdizzjoni fil-każ speċifiku; fit-tielet lok, huwa opportun li jiġi evitat li qrati differenti jiddeċiedu fuq aspetti differenti tal-istess kwistjoni; fl-aħħar, fir-raba’ lok, is-soluzzjoni tad-domandi preliminari fil-kawża preżenti għandha taqbel mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell (17).

29.      Il-Kummissjoni ssostni li mit-test u mill-kuntest tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jirriżultax li l-ġurisdizzjoni għall-kuntratti ta’ kunsinna ta’ merkanzija jew ta’ provvista ta’ servizzi tiġi ddeterminata abbażi ta’ din id-dispożizzjoni biss fil-każ li l-obbligu kuntrattwali jitwettaq ġewwa Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, limitazzjoni simili tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 ma hijiex konformi mal-għan ta’ dan tal-aħħar. Il-Kummissjoni ssostni li mill-premessi 2, 6 u 8 tar-Regolament imsemmi jirriżulta li sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jeħtieġ li jiġu adottati liġijiet għal unifikazzjoni tar-regoli fuq il-konflitti ta’ ġurisprudenza, fil-każ fejn ir-rikorrenti għandha d-domiċilju fi Stat Membru wieħed imma l-kontroversja fiha aspetti internazzjonali. Il-Kummissjoni ssostni li dan l-għan jiġi kontradett jekk id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni speċjali għall-kuntratti ta’ xiri u bejgħ ta’ merkanzija u ta’ provvista ta’ servizzi tiġi limitata biss għall-każ fejn dawn il-kuntratti jitwettqu fi Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, restrizzjoni simili tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 tippreġudika ħafna l-effettività tal-liġi minħabba li fil-każ fejn anki parti żgħira mill-beni jew mis-servizzi tiġi pprovduta fi Stat Membru ieħor, l-imsemmija dispożizzjoni ma tkunx tista’ tiġi applikata. Bl-istess mod, din is-soluzzjoni tmur kontra r-raġunijiet storiċi li wasslu għall-adozzjoni tal-liġi inkwistjoni. Meta mqabbel mal-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 ġie emendat fis-sens li għall-kunsinna ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi jiġi stabbilit bħala “post ta’ twettieq” skont din il-liġi, il-post ta’ twettiq tal-obbligu kuntrattwali karatteristiku. Għaldaqstant skont il-Kummissjoni, ir-regola inkwistjoni għandha l-għan li tiffaċilita, għall-kuntratti li jseħħu iktar ta’ spiss fil-kummerċ internazzjonali, l-għażla tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-post ta’ twettiq tal-obbligu karatteristiku tal-kuntratt.

30.      Bil-kontra tal-partijiet l-oħra kollha, minflok il-konvenuta fil-kawża prinċipali tikkunsidra li t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 ma japplikax għall-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi fil-każ fejn dawn jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri. Il-parti msemmija iktar ’il fuq issostni li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Color Drack, dwar kuntratt ta’ kunsinna ta’ merkanzija fi Stat Membru wieħed ma tistax tiġi applikata fil-kawża preżenti, fejn hemm kwistjoni dwar kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri, minħabba li din is-soluzzjoni ma tkunx biżżejjed sabiex tiggarantixxi l-għan tal-prevedibbiltà tad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Minħabba li r-rikorrenti kisbet il-parti l-kbira tad-dħul mill-bejgħ fi Stat Membri oħra u mhux fl-Awstrija (skont il-konvenuta, il-parti l-kbira tad-dħul mill-bejgħ inkiseb fil-Polonja) ma huwiex possibbli li tiġi prevista l-qorti li għandha ġurisdizzjoni. F’dan il-kuntest il-konvenuta tirreferi wkoll għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża Color Drack (18), li sostna li fil-każ fejn il-postijiet ta’ twettiq tal-obbligi kuntrattwali jinsabu f’diversi Stati Membri, il-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 (19). Barra minn hekk il-konvenuta fil-kawża prinċipali ssostni li t-test tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jirreferi għall-post ta’ twettiq wieħed biss, minħabba li l-kelma “post” dejjem tintuża fis-singular. B’riferiment għall-kawża Besix (20), il-parti msemmija iktar ’il fuq tafferma wkoll li huwa possibbli li jitpattew l-iżvantaġġi eventwali li jirriżultaw mill-fatt li qrati differenti jiddeċiedu fuq aspetti differenti tal-istess kontroversja billi wieħed jipprevedi li r-rikorrent jippreżenta t-talba quddiem il-qorti tal-post fejn jinsab is-sede tal-konvenut.

2.      Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 [domanda 1(b)]

31.      Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni jsostnu li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-post li fih jinsab iċ-ċentru tal-attività (Tätigkeitsschwerpunkt) tas-suġġett li jipprovdi l-provvista ta’ servizzi.

32.      Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-partijiet fil-kuntratt ikunu jistgħu faċilment jistabbilixxu fil-kuntratt bil-quddiem il-post li fih jinsab iċ-ċentru tal-provvista tas-servizzi u li b’dan il-mod id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni tkun tikkorrispondi mal-għan ta’ prevedibbiltà tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni, minħabba li r-rikorrent ikun jaf preċiżament quddiem liema qrati jkun jista’ jippreżenta talba, waqt li l-konvenut ikun jaf quddiem liema qrati jkun jista’ jiġi mħarrek. Waqt is-seduta, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali sostniet li l-aġent kummerċjali, abbażi tal-ftehim konkluż verbalment, ipprovdiet serje ta’ servizzi, sabet numru ta’ klijenti ġodda għall-prinċipal, u żammet il-kuntratti mal-klijenti eżistenti, innegozjat mal-klijenti qabel ma ġew iffirmati kuntratti, ikkonkludiet kuntratti, laqgħet ilmenti u ggarantiet lill-prinċipal assistenza ġenerali fil-bejgħ tal-prodotti tagħha. Billi wettqet dawn is-servizzi fil-parti l-kbira fis-sede tagħha fl-Awstrija, il-parti msemmija iktar ’il fuq tqis li l-qorti Awstrijaka għandha l-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq il-kontroversja.

33.      Skont il-Kummissjoni, id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, fuq il-bażi taċ-ċentru tal-attività tas-suġġett li jipprovdi s-servizzi, tikkorrispondi għall-għanjiet differenti mfittxija bid-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adegwata: fl-ewwel lok, twieġeb għall-bżonn li l-kontroversji kollha li jirriżultaw mill-istess kuntratt jiġu ttrattati quddiem qorti waħda, fit-tieni lok, jissodisfa l-għan li jirrendi prevedibbli l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, fit-tielet lok, tali determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni tissodisfa l-bżonn tal-viċinanza ġeografika bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni; fl-aħħar, fir-raba’ lok hija tiggarantixxi wkoll ir-rispett ta’ “trattament ugwali” bejn il-partijiet, minħabba li b’dan il-mod ir-rikorrent għandu l-possibbiltà li jippreżenta t-talba quddiem il-qorti tal-post tat-twettiq, waqt li l-konvenut jista’ jiġi mħarrek biss fi Stat Membru wieħed. Il-Kummissjoni ssostni li jeħtieġ jiġi stabbilit f’liema Stati Membri twettqet il-provvista ta’ servizzi fil-parti essenzjali tagħha, għal dan il-għan jeħtieġ jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha, pereżempju l-post fejn twettqu l-parti l-kbira tal-kuntratti u l-post fejn ġie ġġenerat il-parti l-kbira tad-dħul mill-bejgħ. Il-Kummissjoni ssostni li fil-każ inkwistjoni, il-post fejn ġiet ipprovduta l-parti l-kbira tas-servizzi hija l-Awstrija minħabba li r-rappreżentat kummerċjali wettaq 70 % tas-servizzi f’dan il-pajjiż u 30 % biss barra mill-pajjiż. Il-fatt li r-rikorrenti ġġenerat fl-Awstrija biss 25 % tad-dħul mill-bejgħ ma jwaqqafx il-ġurisdizzjoni tal-qorti Awstrijaka, minħabba li r-rikorrenti organizzat l-attività tagħha mis-sede tagħha fil-belt Awstrijaka ta’ Amstetten.

34.      Skont il-Gvern Ġermaniż, għall-kuntratt ta’ rappreżentanza mwettaq f’diversi Stati Membri għandha tapplika l-preżunzjoni li l-post li fihom ġew ipprovduti s-servizzi skont il-kuntratt u abbażi tiegħu jiġi determinat li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni hija l-qorti tal-pajjiż fejn l-aġent kummerċjali għandu l-“uffiċċju prinċipali” (Hauptbüro).

35.      B’replika għal din it-teżi mressqa mill-Gvern Ġermaniż, waqt is-seduta, il-Kummissjoni sostniet li hija ma taqbilx li għandha tintuża tali preżunzjoni relattiva, minħabba li dan imur kontra l-għan tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, li fil-kuntest tiegħu l-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ elementi ta’ fatt. Il-qorti nazzjonali għandha tagħmel analiżi ta’ dawn l-elementi biss meta l-konvenut ikun ikkontesta l-preżunzjoni, u b’hekk l-oneru tal-prova jaqa’ fuq din tal-aħħar. Preżunzjoni relattiva tiffavorixxi b’mod eċċessiv l-aġent kummerċjali, li jkun jista’ dejjem jaġixxi u jiġi mħarrek quddiem il-qorti tal-post fejn jinsab is-sede tiegħu (21), waqt li għall-konvenut preżunzjoni bħal din tipproduċi effett identiku, bħallikieku l-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tar-regola ġenerali skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001.

36.      Il-Gvern tar-Renju Unit jikkunsidra inopportun li l-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi taċ-ċentru ta’ attività tas-suġġett li jipprovdi s-servizzi. Fil-fatt l-imsemmi gvern jifhem dan il-kriterju fis-sens li huwa jikkonsisti fid-determinazzjoni taċ-ċentru ta’ attività tas-suġġett li jipprovdi s-servizzi b’mod ġenerali. Huwa jsostni li l-post tal-provvista tas-servizzi għandu jkun dak li fih is-servizzi effettivament twettqu abbażi tal-kuntratt, dak li fil-każ preżenti huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tivverifika fuq il-bażi tal-fatti rilevanti u tal-elementi ta’ evalwazzjoni ta’ natura ekonomika.

3.      Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ fejn iċ-ċentru tal-attività ma jkunx jista’ jiġi individwat (domanda 1(c))

37.      Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Gvern Ġermaniż isostnu li d-domanda 1(c) għandha tingħata risposta affermattiva – jiġifieri dik fejn jiġi mitlub jekk, fil-każ fejn ma jkunx possibbli li jiġi individwat iċ-ċentru ta’ attività, it-talba ġudizzjarja tkun tista’ tiġi ppreżentata, skont l-għażla tar-rikorrent, f’kull post fil-Komunità fejn ġew ipprovduti s-servizzi.

38.      Bil-kontra, il-Gvern tar-Renju Unit isostni li fil-każ fejn is-servizzi ġew pprovduti f’diversi Stati Membri u ma huwiex possibbli li jiġi stabbilit il-post fejn ġie pprovdut is-servizz prinċipali, l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jistax isib applikazzjoni, minħabba li l-għoti tal-possibbiltà lir-rikorrent li jagħżel il-qorti fejn jippreżenta t-talba tiegħu jkollu l-effett li jagħti l-ġurisdizzjoni lill-qorti li ntgħażlet b’mod arbitrarju, fil-każ fejn dan il-mod kif tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni jippreżenta għall-konvenut aspetti ta’ imprevedibbiltà għolja.

39.      Fid-dawl tas-soluzzjoni proposta għad-domandi 1(a) u 1(b), il-Kummissjoni ma tesprimix ruħha fuq id-domanda 1(c).

C –    It-tieni talba preliminari

40.      Għal dak li jirrigwarda t-tieni domanda preliminari, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni jqisu li ma hemmx bżonn tingħata risposta meta wieħed jikkunsidra s-soluzzjoni affermattiva mogħtija għall-ewwel domanda.

41.      Il-konvenuta fil-kawża prinċipali ssostni li l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 ma japplikax għall-każ preżenti, mill-mument li fil-każ kuntrarju – bħal fil-każ ta’ użu tas-subparagrafu (b) tal-istess dispożizzjoni – ma jkunx possibbli li tiġi ggarantita l-prevedibbiltà tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni, u ċ-ċertezza legali.

42.      Il-Gvern tar-Renju Unit isostni li fil-każ fejn ma jiġix applikat l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 minħabba li ma huwiex possibbli li jiġi individwat il-post tal-provvista ta’ servizzi, għandu jiġi applikat is-subparagrafu (a) tal-istess dispożizzjoni. Fl-argumenti tiegħu, l-imsemmi gvern jirreferi għas-subparagrafu (c) tal-Artikolu 5(1) imsemmi iktar ’il fuq, li jistabbilixxi li jekk is-subparagrafu (b) ma japplikax, għandu japplika s-subparagrafu (a).

43.      Il-Gvern Ġermaniż ma jesprimix ruħu dwar it-tieni domanda preliminari.

VI – Analiżi tal-Avukat Ġenerali

A –    Introduzzjoni

44.      Fil-kawża preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tinterpreta t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, b’riferiment għall-kuntratt ta’ rappreżentanza (22), fil-każ fejn l-aġent kummerċjali pprovda servizzi f’diversi Stati Membri. Għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha l-opportunità tiddeċiedi fuq il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni li tisma’ kawża li tirriżulta minn kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi mwettqa f’diversi Stati Membri, li fuqha d-duttrina, diġà xi żmien ilu, kienet ġibdet l-attenzjoni (23). Fil-fatt din id-domanda kienet diġà qamet fil-kawża Rehder (24) b’riferiment għall-kuntratt ta’ trasport. Madankollu f’din il-kawża, il-fatt li l-provvista ta’ servizzi saret f’diversi Stati Membri ma kinitx qajmet problemi kbar, minħabba li n-numru ta’ postijiet possibbli ta’ twettiq tal-prestazzjoni kien limitat għal tnejn, jiġifieri l-post ta’ tluq u dak ta’ destinazzjoni. Għaldaqstant, il-kawża preżenti hija l-ewwel waħda li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja trid tiddeċiedi fir-rigward tal-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ fejn is-servizzi ġew ipprovduti f’diversi postijiet li jinsabu ġewwa Stati Membri differenti.

45.      Minkejja dan, il-kawża preżenti ma hijiex l-unika li ssib lill-qorti Komunitarja tiffaċċja problema simili. Nindika li quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hemm preżentement pendenti wkoll kawża bbażata fuq kwistjoni simili, li hija l-kawża Hölzel/Seunig (25), b’suġġett li huwa l-istess determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ fejn is-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri. Id-deċiżjoni fil-kawża preżenti ser ikollha effetti wkoll fuq is-soluzzjoni tal-kawża Hölzel/Seunig.

46.      Nixtieq ukoll insostni li l-kuntratti li għalihom tista’ tqum il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, minħabba l-possibbiltà ta’ twettiq ta’ provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri huma varji ħafna. Kwistjoni bħal din tista’ tqum pereżempju b’relazzjoni wkoll mal-kuntratt ta’ mandat bejn avukat u klijent (26). Jekk pereżempju uffiċċju legali stabbilit fil-Lussemburgu jirrappreżenta klijent Ġermaniż waqt seduta fi Franza u bejn il-klijent u l-uffiċċju legali tqum kontroversja, ser tqum il-kwistjoni dwar liema hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni li tisma’ din tal-aħħar. Bl-istess mod, id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni tista’ tqajjem diffikultà anki fil-każ ta’ kuntratt ta’ medjazzjoni, fil-każ fejn il-medjatur jaġixxi għall-kommittent f’diversi Stati Membri. Għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja trid, waqt li tiddeċiedi l-kawża preżenti, tikkunsidra wkoll dawk il-konsegwenzi eventwali tad-deċiżjoni tagħha fuq tipi oħra ta’ kuntratti li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri.

B –    Ammissibbiltà

47.      Skont l-Artikolu 68(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 234 KE, domanda preliminari li tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE (Visa, l-ażil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta’ persuni), jiġifieri dik li tirrigwarda l-validità jew l-interpretazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Komunità bbażati fuq l-imsemmi titolu, tista’ titressaq biss minn qorti li mis-sentenza tagħha ma jistax ikun hemm appell taħt id-dritt intern (27). Ir-Regolament Nru 44/2001, li ġie adottat abbażi tal-Artikoli 61(c) KE u 67(1) KE, jaqa’ taħt l-atti tal-istituzzjonijiet Komunitarji adottati abbażi tal-iċċitat Titolu IV.

48.      Fil-każ inkwistjoni, is-soluzzjoni tal-kwistjoni jekk il-qorti tar-rinviju tistax tikkwalifika bħala qorti, “li kontra d-deċiżjoni tagħha ma [jistax] jiġi ppreżentat appell skont il-liġi nazzjonali” tiddependi mid-deċiżjoni li ser tittieħed fis-sentenza tal-appell, ippreżentat kontra d-digriet li ddeċieda dwar il-ġurisdizzjoni, li hemm pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju (28). Kif jirriżulta mill-Artikolu 528(2)(2) tal-Kodiċi ta’ proċedura ċivili Awstrijak (Zivilprozessordnung), ma tistax tiġi ppreżentata kontestazzjoni (rikors ta’ appell) kontra d-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju fil-każ fejn din tikkonferma d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza dwar il-ġurisdizzjoni. Għaldaqstant jirriżulta a contrario li jekk il-qorti tar-rinviju ma hijiex ser tikkonferma d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza, id-deċiżjoni tagħha tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ rikors (appell).

49.      Il-qorti tar-rinviju tiddikjara li għandha l-intenzjoni li tikkonferma d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza dwar il-ġurisdizzjoni u li għal din ir-raġuni ma huwiex ser ikun jista’ jiġi ppreżentat appell (29) mid-deċiżjoni tagħha. Madankollu nixtieq insostni li l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni ma jiddependix biss mill-evalwazzjoni tal-qorti tar-rinviju, iżda fuq kollox mir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi preliminari mressqa. Jekk ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun taqbel sostanzjalment mad-deċiżjoni tal-qorti Awstrijaka tal-ewwel istanza, ma huwiex ser ikun possibbli li jsir appell mis-sentenza tal-qorti tar-rinviju; jekk bil-kontra l-Qorti tal-Ġustizzja ser tiddeċiedi b’mod differenti, l-imsemmija deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju tkun tista’ tiġi kkontestata b’appell, u għaldaqstant f’dan il-każ din il-qorti ma tkunx qorti li “kontra tagħha mhux ser ikun possibbli li jiġi ppreżentat appell skont il-liġi nazzjonali”.

50.      Minkejja dak li ġie espost iktar ’il fuq, fl-opinjoni tiegħi fil-kawża preżenti d-domandi preliminari huma ammissibbli. L-argument prinċipali favur din il-konklużjoni huwa bbażat fuq il-konsegwenzi li jirriżultaw fil-każ li jitqiesu inammissibbli. F’dan il-każ tkun l-istess qorti tar-rinviju li tiddeċiedi u tikkonferma s-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza. Jirriżulta minn dan li l-qorti tar-rinviju ser tassumi l-kwalità ta’ qorti li “kontra d-deċiżjonijet tagħha ma [jistax] jiġi ppreżentat appell skont il-liġi nazzjonali”. Barra minn hekk, jekk inqis id-domandi preliminari mqajma inammissibbli, b’dan il-mod inkun qed nippreġudika d-deċiżjoni ta’ dritt sostanzjali tal-Qorti tal-Ġustizzja (u għaldaqstant dik tal-qorti tar-rinviju), fil-każ inkwistjoni minħabba li nitlaq mill-preżunzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja (u għalhekk il-qorti tar-rinviju) ser tiddeċiedi b’mod differenti mill-qorti Awstrijaka tal-ewwel istanza. Huwa veru li fil-kawża preżenti hemm il-kwistjoni biss tal-possibbiltà li l-qorti tar-rinviju hija l-qorti tal-aħħar istanza, iżda din il-possibbiltà għandha tkun biżżejjed sabiex tirrendi d-domandi preliminari mqajma ammissibbli, minħabba li fil-fażi tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ma huwiex possibbli li jkun magħruf x’ser tkun id-deċiżjoni fuq il-mertu. Għaldaqstant jien tal-opinjoni li trid tittieħed deċiżjoni in favorem tal-ammissibbiltà u l-qorti tar-rinviju tingħatalha l-elementi interpretattivi kollha li għandha bżonn sabiex tiddeċiedi fuq il-kawża preżenti.

51.      Konsegwentement, fl-opinjoni tiegħi, id-domandi preliminari mqajma huma ammissibbli.

C –    L-ewwel domanda preliminari

52.      L-ewwel domanda preliminari hija maqsuma f’numru ta’ partijiet. Id-domanda 1(a) għandha l-għan li tistabbilixxi jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 japplikax għall-kuntratti li abbażi tagħhom is-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri, bħal fil-każ ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza li huwa s-suġġett tal-kawża preżenti. Id-domanda 1(b) tirrigwarda d-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza li fl-ambitu tiegħu s-servizzi ta’ aġent kummerċjali jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri; b’mod partikolari għandu jiġi stabbilit jekk il-post ta’ twettiq tas-servizz li hemm fi-kuntratt jiġix determinat abbażi tal-post li fih huwa għandu ċ-ċentru ta’ attività ta’ min iwettaq is-servizzi. Bil-kontra, id-domanda 1(c) iddur fuq il-punt li, fil-każ li ċ-ċentru ta’ attività ma jistax jiġi individwat, it-taħrika għat-talbiet kollha li jirriżultaw mill-kuntratt jistgħux jiġu ppreżentati, b’għażla tar-rikorrent, f’kull wieħed mill-postijiet fi ħdan il-Komunità li fihom twettqu s-servizzi.

53.      Niftaħ l-analiżi tiegħi billi nuri l-karatteristiċi fundamentali tal-kuntratt ta’ rappreżentanza, li jikkostitwixxi kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, sabiex wara jiġu affrontati d-domandi mqajma mill-qorti tar-rinviju.

1.      Kunsiderazzjonijiet introduttivi dwar il-kuntratt ta’ rappreżentanza

a)      Karatteristiċi tal-kuntratt ta’ rappreżentanza

54.      Il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kuntratt ta’ rappreżentanza tikkorrispondi, taħt il-profil tal-karatteristiċi fundamentali ta’ dan il-kuntratt, għad-Direttiva 86/653/KEE, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (30) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 86/653”).

55.      Skont id-Direttiva 86/653, l-aġent kummerċjali hija l-persuna li bħala intermedjarju li jaħdem għal rasu jkollu awtorità permanenti (31) li jinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’isem persuna oħra (il-prinċipal) jew li jinnegozja u jikkonkludi dawn l-operazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isem dak il-prinċipal (32). L-aġent kummerċjali għandu jagħmel sforzi approprjati biex jinnegozja u, jekk ikun il-każ, jikkonkludi l-operazzjonijiet li jkun intalab jieħu ħsieb, jikkomunika lill-prinċipal tiegħu l-informazzjoni kollha neċessarja disponibbli għalih, u jikkonforma ma’ istruzzjonijiet raġonevoli mogħtija minn dan tal-aħħar (33). Fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, aġent kummerċjali għandu jfittex li jħares l-interessi tal-prinċipal tiegħu u jaġixxi kif suppost u b’intenzjoni tajba (34).

56.      Bil-kontra, il-prinċipal huwa marbut, skont id-Direttiva 86/653 li jipprovdi lill-aġent kummerċjali tiegħu bid-dokumentazzjoni neċessarja fir-rigward tal-merkanzija konċernata, u li jikseb għall-aġent kummerċjali tiegħu l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-kuntratt tal-aġenzija; barra minn hekk, il-prinċipal għandu jinnotifika lill-aġent kummerċjali fi żmien raġonevoli ladarba jantiċipa li l-volum tal-operazzjonijiet kummerċjali jkun iktar baxx b’mod sinjifikattiv minn dak li l-aġent kummerċjali seta’ normalment jistenna (35). Fir-relazzjonijiet tiegħu mal-aġent kummerċjali, il-prinċipal għandu jaġixxi kif suppost u bil-bona fide (36).

57.      Għall-attività tiegħu, l-aġent għandu dritt għall-kommissjoni (37). Bħala regola, l-ammont ta’ remunerazzjoni jiġi deċiż bejn il-partijiet, iżda d-Direttiva 86/653 tistabbilixxi li fl-assenza ta’ kull ftehim dwar dan bejn il-partijiet, u bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Istati Membri dwar l-ammont ta’ remunerazzjoni, aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għar-remunerazzjoni li l-aġenti kummerċjali maħtura għall-merkanzija li tifforma s-suġġett tal-kuntratt tal-aġenzija tiegħu jkunu normalment permessi fil-post ta’ fejn huwa jwettaq l-attivitajiet tiegħu (38).

58.      Id-Direttiva 86/653 ma timponix espressament li l-kuntratt ta’ aġenzija għandu jiġi konkluż bil-miktub, iżda l-Istati Membri għandhom l-għażla li jipprovdu li kuntratt ta’ aġenzija ma għandux ikun validu sakemm ma jkunx ivverifikat bil-miktub (39). Barra minn hekk, skont id-Direttiva, kull parti għandha tkun intitolata li tirċievi mingħand l-oħra, fuq talba, dokument bil-miktub u ffirmat li jistabbilixxi t-termini tal-kuntratt tal-aġenzija, inklużi xi termini li sussegwentament ikunu miftiehma (40). Dan id-dritt huwa kkwalifikat mid-Direttiva 86/653 bħala irrinunzjabbli (41).

b)      Il-kuntratt ta’ rappreżentanza bħala kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi

59.      Għall-finijiet tal-kawża preżenti, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali huwa kuntratt li għandu bħala suġġett il-provvista ta’ servizzi skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001(42). Hekk kif sostnut mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Falco, il-kunċett ta’ servizzi jimplika, “minn tal-inqas, li l-parti li tipprovdihom twettaq attività partikolari inkambju għal remunerazzjoni” (43). Din il-kundizzjoni tirriżulta sodisfatta fil-kawża preżenti mill-mument li l-aġent kummerċjali fittex klijenti ġodda għall-prinċipal u żamm il-kuntatti mal-klijenti eżistenti, ittratta mal-klijenti qabel il-konklużjoni tal-kuntratti, ikkonkluda kuntratti, laqa’ lmenti u ggarantixxa lill-prinċipal assistenza ġenerali fil-bejgħ tal-prodotti tiegħu (44). Huwa pprovda dan is-servizz fuq renumerazzjoni, minħabba li rċieva kommissjoni għall-attività tiegħu. Għal din ir-raġuni, il-kundizzjoni relattiva għall-eżistenza ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi tirriżulta mingħajr dubju sodisfatta fil-każ preżenti.

2.      Applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għall-kuntratti li jikkonċernaw il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri [domanda 1(a)]

60.      Permezz tad-domanda 1(a), il-qorti tar-rinviju titlob, sostanzjalment, jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 japplikax għal kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – bħall-kuntratt ta’ rappreżentanza inkwistjoni – li abbażi tiegħu, is-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri.

61.      It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxi li, sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettiq tal-obbligi (li fih kull wieħed jista’ jiġi mħarrek bħala konvenut għalkemm domiċiljat ġewwa Stat Membru ieħor (45)) huwa, fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi, il-post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, ġew ipprovduti jew suppost li ġew ipprovduti s-servizzi. Mit-test ta’ din id-dispożizzjoni, fl-opinjoni tiegħi ma huwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk din tapplikax biss għall-kuntratti li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi fi Stat Membru wieħed jew tapplikax ukoll għal dawk li abbażi tagħhom is-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri. Lanqas l-użu tal-kelma “Stat Membru” fis-singular ma jista’ jassumi importanza deċiżiva (46).

62.      Minkejja dan, fl-opinjoni tiegħi, id-domanda għandha tiġi riżolta f’sens affermattiv. Fil-fatt, din is-soluzzjoni hija neċessarja fid-dawl tal-ġurisprudenza preżenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, tas-sentenzi Color Drack (47) u Rehder (48). Fil-fatt, is-sentenza Color Drack ma kinitx tikkonċerna kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, iżda kuntratt ta’ bejgħ ta’ merkanzija, iżda minkejja dan ma hijiex inqas importanti għall-finijiet tal-każ preżenti, minħabba li l-prinċipji fformulati fiha mill-Qorti tal-Ġustizzja wara minnha ġew estiżi għall-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi fil-kuntest tas-sentenza Rehder.

63.      Fis-sentenza Color Drack, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar l-applikazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 fil-każijiet fejn abbażi tal-kuntratt, il-merkanzija tiġi pprovduta f’postijiet differenti tal-istess Stat Membru. Il-Qorti tal-Ġustizzja ssostni li din id-dispożizzjoni hija applikabbli fil-każ ta’ numru ta’ postijiet ta’ kunsinna fl-istess Stat Membru u li f’każ bħal dan, il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni li tisma’ l-kawżi kollha bbażati fuq il-kuntratt ta’ xiri u bejgħ ta’ merkanzija hija dik fejn jinsab il-post tal-kunsinna prinċipali, li għandu jiġi stabbilit skont kriterji ekonomiċi (49). Fin-nuqqas ta’ elementi deċisivi li bihom jiġi stabbilit il-post tal-kunsinna prinċipali, ir-rikorrent jista’ jħarrek lill-konvenut quddiem il-qorti tal-post tal-kunsinna tal-għażla tiegħu (50). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja espressament sostniet li l-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq japplikaw biss għall-każ ta’ numru ta’ postijiet ta’ kunsinna fi Stat Membru wieħed u ma jeffettwawx ir-risposta li għandha tingħata fil-każ ta’ numru ta’ postijiet ta’ kunsinna f’diversi Stati Membri (51).

64.      Fil-fatt, fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Color Drack, l-Avukat Ġenerali Bot sostna t-teżi li tgħid li fil-każ li l-postijiet tal-kunsinna jkunu jinsabu f’diversi Stati Membri, il-ġurisdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata abbażi tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, minħabba li ma jirriżultax sodisfatt l-għan tal-prevedibbiltà (52). Huwa sostna wkoll li f’dan il-każ, il-ġurisdizzjoni lanqas ma tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, iżda jkollha ġurisdizzjoni l-qorti tal-post tad-domiċilju tal-konvenut, skont l-Artikolu 2 tal-istess regolament (53).

65.      Madankollu, fis-sentenza reċenti Rehder (54) - deċiża wara li l-qorti tar-rinviju preżenti kienet diġà ppreżentat it-talba għal deċiżjoni preliminari preżenti – il-Qorti tal-Ġustizzja tat risposta għall-kwistjoni dwar jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) isibx applikazzjoni jekk is-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri. Hija sostniet li l-kunsiderazzjonijiet fis-sentenza Color Drack, “huma applikabbli wkoll f’dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi, inklużi l-każijiet meta din il-provvista ma sseħħx fi Stat Membru wieħed” (55). Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ merkanzija u ta’ provvista ta’ servizzi previsti fir-Regolament Nru 44/2001 “għandhom l-istess oriġini, isegwu l-istess għan u jokkupaw l-istess post fis-sistema stabbilita minn dan ir-regolament” (56). Barra minn hekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi f’diversi postijiet fi Stati Membri differenti, “l-għanijiet ta’ prossimità u ta’ prevedibbiltà, li jinkisbu permezz tal-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-post tal-provvista tas-servizzi, abbażi tal-kuntratt inkwistjoni, u permezz tal-fatt li tiġi stabbilita ġurisdizzjoni waħda għall-ilmenti kollha bbażati fuq dan il-kuntratt, ma jistgħux jiġu trattati b’mod differenti” (57). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-differenza, “barra l-fatt li ma għandha l-ebda bażi fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001”, tmur kontra l-għan aħħari tiegħu (58).

66.      Għaldaqstant, fis-sentenza Rehder, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà wieġbet għall-kwistjoni dwar jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 japplikax għall-kuntratti li jikkonċernaw provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri. Nagħmel preżenti l-fatt li anki fid-duttrina jiġi indikat li d-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq tapplika għall-kuntratti li għandhom bħala suġġett il-provvista ta’ servizzi f’iktar minn Stat Membru wieħed (59).

67.      Għal dawn ir-raġunijiet, fl-opinjoni tiegħi, jeħtieġ li d-domanda 1(a), imressqa mill-qorti tar-rinviju, għandha tingħatalha risposta billi jiġi ddikjarat li t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika għall-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – bħall-kuntratt ta’ rappreżentanza suġġett tal-kawża preżenti – li abbażi tiegħu s-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri.

3.      Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni abbażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 [domanda 1(b)]

68.      Permezz tad-domanda 1(b), il-qorti tar-rinviju titlob, sostanzjalment, jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 4/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni li jinstemgħu kawżi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li twettaq f’diversi Stati Membri, il-post fejn ġew ipprovduti s-servizzi, skont id-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq, jiġix iddeterminat abbażi tal-post fejn jinsab iċ-ċentru tal-attività ta’ min jipprovdi s-servizzi.

69.      Fir-rigward ta’ din id-domanda, qabelxejn nixtieq insostni li sabiex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni fil-kawża preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkunsidra żewġ prinċipji.

70.      Fl-ewwel lok, għandha tikkunsidra l-fatt li l-ġurisdizzjoni ta’ qorti tar-rinviju għandha tkun prevedibbli (60), u dan jikkostitwixxi espressjoni tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (61). Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament Nru 44/2001 għandu għan ta’ ċertezza legali li jikkonsisti fit-tisħiħ tal-protezzjoni legali tal-persuni stabbiliti fil-Komunità Ewropea, billi jippermetti, fl-istess ħin, li r-rikorrent jidentifika faċilment il-qorti li fiha jista’ jibda proċedura legali kif ukoll li l-konvenut jipprevedi b’mod raġonevoli dik il-qorti li fiha huwa jista’ jiġi mħarrek (62).

71.      Fit-tieni lok, il-ġurisprudenza għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-post li jiżgura l-iktar rabta stretta bejn il-kuntratt inkwistjoni u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni (63).

72.      Abbażi ta’ dawn il-prinċipji jeħtieġ li wieħed jivverifika jekk ir-risposta għad-domanda 1(b) tistax tirriżulta diġà mill-ġurisprudenza eżistenti.

73.      Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ġurisprudenza abbażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fis-sentenza Rehder, li fil-każ fejn is-servizzi twettqu f’diversi postijiet fi Stati Membri differenti, jeħtieġ jiġi individwat il-post fejn hemm l-iktar rabta stretta bejn il-kuntratt inkwistjoni u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni (64). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-post huwa, b’mod partikolari, dak fejn, abbażi tal-kuntratt, trid titwettaq il-provvista prinċipali tas-servizzi (65).

74.      Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li fis-sentenza Rehder, il-Qorti tal-Ġustizzja ma sostnietx li l-post fejn, skont il-kuntratt, għandha ssir il-provvista prinċipali tas-servizzi huwa l-uniku kriterju possibbli sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni abbażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li jeħtieġ li jinsab il-post fejn hemm l-iktar rabta stretta bejn il-kuntratt inkwistjoni u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, b’mod partikolari dak fejn, abbażi tal-kuntratt, il-provvista prinċipali tas-servizzi għandha ssir (66). Għaldaqstant il-kriterju fundamentali huwa dak tal-iktar rabta stretta bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, fejn din ir-rabta tirriżulta ggarantita, b’mod partikolari, fil-post fejn, abbazi tal-kuntratt, għandha ssir il-provvista prinċipali tas-servizzi.

75.      Fl-opinjoni tiegħi, huwa opportun li wieħed jittrasponi wkoll għall-kawża preżenti d-deċiżjonijiet ifformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Rehder. Madankollu, f’dan il-kuntest jeħtieġ li jinżamm kont tal-fatt li, fil-każ preżenti, fil-kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali, ma jiġix indikat il-post, jiġifieri f’liema Stat Membru għandha ssir il-provvista prinċipali tas-servizzi. Fil-kuntratt konkluż verbalment (67) ġew indikati biss l-Istati Membri fejn l-aġent kummerċjali għandu jipprovdi s-servizzi ta’ rappreżentanza kummerċjali (68). Għal din ir-raġuni, fil-każ preżenti jeħtieġ li tiġi żviluppata s-soluzzjoni fformulata fis-sentenza Rehder fis-sens li, fil-każ fejn ma huwiex possibbli li jiġi aċċertat il-post fejn, abbażi tal-kuntratt, għandha ssir il-provvista prinċipali tas-servizzi, il-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tal-post fejn ġiet ipprovduta l-parti prinċipali tas-servizzi (69).

76.      Għaldaqstant, nikkunsidra li fil-każ preżenti, il-qorti tal-post fejn l-aġent kummerċjali għamel il-provvista prinċipali tas-servizzi għandha ġurisdizzjoni. Din l-evalwazzjoni għandha ssir mill-qorti tar-rinviju abbażi taċ-ċirkustanzi ta’ fatt, iżda l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tfisser il-kriterji li l-qorti li għandha tosserva fl-evalwazzjoni tagħha. Fil-każ fejn dan il-post ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tipprovdi lill-qorti tar-rinviju, sussidjarjament, kriterji ulterjuri, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni, li għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-iktar rabta stretta bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni.

77.      Fil-kawża preżenti, għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit qabelxejn skont liema kriterji jiġi ddeterminat il-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi.

78.      Fl-opinjoni tiegħi, sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza, il-kriterji li ġejjin jassumu rwol essenzjali: xogħol ipprovdut jiġifieri attivitajiet magħmula mill-aġent kummerċjali, żmien użat għas-servizzi individwali, tul tal-kollaborazzjoni mal-klijenti individwali, spejjeż li għamel l-aġent kummerċjali għall-intermedjazzjoni pprovduta lill-prinċipal, post minn fejn l-aġent kummerċjali organizza l-attività tiegħu, kif ukoll id-dħul mill-bejgħ li jkun għamel. B’mod iktar preċiż, il-qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra f’liema post l-aġent kummerċjali pprovda s-servizzi konkreti, bħal pereżempju: konklużjoni ta’ kuntratti ma’ klijenti potenzjali, trażmissjoni ta’ dokumentazzjoni, żjara personali lill-klijenti, trattattivi, tħejjija ta’ testi kuntrattwali fil-każ ta’ konklużjoni bil-miktub tal-kuntratt, konklużjoni ta’ kuntratti u aċċettazzjoni ta’ lmenti eventwali. Hija għandha wkoll tikkunsidra li l-obbligi tal-aġent kummerċjali jistgħu jkunu ta’ natura varja ħafna u li huwa jista’ jwettaq l-attività tiegħu ta’ intermedjazzjoni b’modi differenti, pereżempju bil-posta, bit-telefon, bil-faks, bil-posta elettronika jew b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni moderni, iżda jista’ jagħmlu personalment ukoll mis-sede tiegħu jew minn dak tal-klijent jew minn xi post ieħor. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra l-fatt li l-kuntratt ta’ rappreżentanza huwa kuntratt ta’ natura permanenti (70); għalhekk ma huwiex il-każ tal-intermedjazzjoni jew tal-konklużjoni ta’ kuntratt singolu bejn il-prinċipal u l-klijent, iżda tal-intermedjazzjoni jew tal-konklużjoni ta’ ħafna kuntratti bejn il-prinċipal u l-klijent. Għaldaqstant l-imsemmija qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-post fejn l-aġent kummerċjali pprovda s-servizzi f’perijodu ta’ żmien ta’ tul kunsiderevoli.

79.      Fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ bħala kriterju għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, nixtieq inżid li l-qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra li dan l-element jista’ ċertament jikkostitwixxi indikatur tal-post fejn l-aġent kummerċjali pprovda s-servizzi tiegħu ta’ intermedjazzjoni kummerċjali, iżda għandha tikkunsidrah dejjem b’rabta ma’ kriterji oħra. Id-dħul mill-bejgħ għalhekk ma jistax ikun l-uniku kriterju deċiżiv għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni li jipprevali fuq il-kriterji l-oħra. Fil-fatt l-ammont tad-dħul mill-bejgħ tippreżenta grad għoli ta’ imprevedibbiltà, minħabba li tista’ tkun suġġetta għal tibdiliet minħabba l-konklużjoni ta’ kuntratt bejn il-prinċipal u l-klijent. Jekk pereżempju l-qorti tar-rinviju taċċerta li l-aġent kummerċjali wettaq il-parti l-kbira tal-attività fi Stat Membru determinat iżda l-għola profitt twettaq fi Stat Membru ieħor, l-entità tad-dħul mill-bejgħ ma tistax issir deċiżiva sal-punt li tagħti l-ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru tal-aħħar. Il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji kollha u tiddetermina, abbażi ta’ evalwazzjoni globali ta’ dan it-tip, il-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi.

80.      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li saru fil-punti 69-79 tal-konklużjonijiet preżenti, nikkunsidra li d-domanda 1(b) għandha tingħatalha risposta li t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni għall-kawżi li jirriżultaw minn kuntratt li jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri – bħall-kuntratt ta’ rappreżentanza li huwa s-suġġett tal-kawża preżenti – il-post fejn ġew ipprovduti s-servizzi, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jiġi stabbilit abbażi tal-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel din l-evalwazzjoni.

4.      Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ fejn il-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi ma jistax jiġi determina [domanda 1(c)]

81.      Permezz tad-domanda 1(c), il-qorti tar-rinviju titlob, sostanzjalment, b’liema mod tista’ tiġi ddeterminata l-qorti li għandha ġurisdizzjoni meta ma huwiex possibbli li jiġi stabbilit il-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju titlob jekk, f’dan il-każ, il-kwistjoni li tirrigwarda t-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratt tistax tiġi ppreżentata, skont l-għażla tar-rikorrent, f’kull post fil-Komunità fejn ġew ipprovduti s-servizzi.

82.      Minkejja li l-qorti nazzjonali fir-rikors tar-rinviju tagħha tindika diġà l-orjentament tagħha fuq il-punt fejn jinsab il-post fejn twettqet il-provvista prinċipali tas-servizzi mill-aġent kummerċjali (71), inħoss li hemm bżonn tingħata risposta għal din id-domanda. Fil-fatt, ma jistax jiġi kompletament eskluż li l-qorti tar-rinviju, fl-applikazzjoni tal-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja ser tipprovdilha, tista’ tasal għal soluzzjoni differenti minn dik preċedenti. Għal din ir-raġuni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tipprovdi lill-qorti nazzjonali l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju li hija tkun tista’ tapplika għall-finijiet tad-deċiżjoni tagħha fil-kawża prinċipali.

83.      Jekk ma huwiex possibbli li tiġi stabbilita l-qorti li għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi, huma possibbli soluzzjonijiet differenti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ preżenti.

84.      L-ewwel possibbiltà hija s-soluzzjoni mressqa mill-qorti tar-rinviju, li sostniet li għat-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratti għandha ġurisdizzjoni, skont l-għażla tar-rikorrent, il-qorti ta’ kull Stat Membru li fih ġiet ipprovduta parti mis-servizzi. Din is-soluzzjoni ċertament tikkostitwixxi estensjoni tal-prinċipji invokati fis-sentenza Rehder għall-kawża preżenti u, f’din il-perspettiva tirrappreżenta l-kontinwazzjoni loġika ta’ din il-ġurisprudenza, iżda fl-opinjoni tiegħi hija ma hijiex adatta għall-każ preżenti għal varji raġunijiet. Fl-ewwel lok, l-imsemmija soluzzjoni ma tikkorrispondix mal-għan ta’ prevedibbiltà, minħabba li tippermetti sitwazzjoni fejn tista’ titressaq kawża quddiem numru għoli (anzi eċċessiv) ta’ qrati f’postijiet differenti (72). Fit-tieni lok, is-soluzzjoni msemmija iktar ’il fuq tiffavorixxi eċċessivament ir-rikorrent, li għandu l-possibbiltà li jagħżel il-post fejn jippreżenta kawża, u b’hekk jinħoloq riskju għoli ta’ forum shopping (73). Fit-tielet lok, is-soluzzjoni invokata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Rehder kienet tirreferi għal sitwazzjoni speċifika ta’ fatt, u iktar preċiżament għas-servizzi ta’ trasport bl-ajru minn Stat Membru għall-ieħor. Fil-kawża Rehder, ir-riskju ta’ forum shopping ma kienx jeżisti, minħabba li r-rikorrent kellu biss żewġ postijiet possibbli għall-preżentata ta’ rikors, filwaqt li fil-kawża preżenti dawn il-postijiet huma ħafna.

85.      It-tieni soluzzjoni tikkonsisti fil-kunsiderazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ kull Stat Membru fejn saret parti mill-provvista tas-servizzi, b’hekk din il-ġurisdizzjoni tiġi limitata għall-parti tas-servizzi pprovduta f’dan il-pajjiż (74). Din is-soluzzjoni tista’ għall-ewwel tidher adatta taħt il-profil dogmatiku, iżda anki din tqajjem dubji minħabba li tkisser eċċessivament il-ġurisdizzjoni u tagħmel ix-xogħol tar-rikorrent eċċessivament diffiċli, minħabba li jkollu jagħmel numru kbir ħafna ta’ kawżi ġewwa Stati Membri differenti. Barra minn hekk, is-soluzzjoni inkwistjoni tinvolvi riskju ta’ deċiżjonijiet konflittwali madwar l-istess rapport kuntrattwali (75).

86.      It-tielet soluzzjoni possibbli għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) flok (c) tal-istess dispożizzjoni (76). Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, lanqas din is-soluzzjoni ma hija adatta. Fil-fatt l-ittra a) tapplika biss għal dawk il-kuntratti li ma għandhomx bħala suġġett il-kunsinna ta’ merkanzija jew il-provvista ta’ servizzi (77), jew jekk il-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu inkwistjoni ma jinsabx f’wieħed mill-Istati Membri (78) (eskluża d-Danimarka, li għaliha tkompli tapplika l-Konvenzjoni ta’ Brussell (79)). Fil-każ ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – bħal ma huwa mingħajr dubju l-kuntratt ta’ rappreżentanza (80) – il-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata abbażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) u mhux (a) ta’ din id-dispożizzjoni.

87.      Ir-raba’ possibbiltà għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, fil-każ fejn ma jistax jintuża l-kriterju ta’ post ta’ twettiq tal-provvista prinċipali tas-servizzi, tikkonsisti fir-rinunzja kompleta tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 u d-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 2 ta’ dan tal-aħħar, skont is-sentenza Besix (81). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’riferiment għall-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, iddeċidiet li l-ġurisdizzjoni ma tiġix iddeterminata skont din l-aħħar dispożizzjoni fil-każ li l-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu fil-kawża ma jkunx jista’ jiġi identifikat, minħabba l-fatt li l-obbligu kuntrattwali kkontestat jikkonsisti f’impenn li ma ssirx xi ħaġa li ma jkollu l-ebda restrizzjoni ġeografika u huwa, għaldaqstant, ikkaratterizzat minn bosta postijiet fejn kien jew kellu jiġi eżegwit (82). F’dan il-każ il-ġurisdizzjoni hija ddeterminata abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din il-konvenzjoni. Fl-opinjoni tiegħi, però, lanqas il-possibbiltà ta’ determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni skont is-sentenza Besix, u b’hekk abbażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 44/2001, tidher applikabbli għall-każ preżenti.

88.      Qabelxejn, id-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni skont is-sentenza Besix tagħmel l-applikazzjoni tar-regola, li tidher fit-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, għal ħafna kuntratti ta’ rappreżentanza li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri impossibbli. Dan jikkuntrasta mal-għan imfittex mill-Artikolu 5(1)(b), liema għan iddaħħal fir-regolament bl-intenzjoni speċifika li jikseb li, għaż-żewġ tipi ta’ kuntratti – il-kuntratt ta’ bejgħ ta’ merkanzija u l-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – il-post ta’ twettiq tal-obbligu fil-kontroversja jiġi ddeterminat b’mod awtonomu (83), iżda b’mod ġenerali dan imur kontra l-għan tal-Artikolu 5(1), li huwa li jistabbilixxi ġurisdizzjoni speċjali għall-kawżi fil-qasam kuntrattwali (84).

89.      Barra minn hekk, l-applikazzjoni tas-sentenza Besix għall-kawża preżenti hija f’kunflitt mal-istruttura interna tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001. Anki kieku wieħed jippreżupponi li l-ittra (b) ta’ din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ ta’ impossibbiltà ta’ determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-istess obbligu (85), it-test tal-istess Artikolu 5(1)(ċ) jimponi li tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni abbażi tal-ittra (a) tal-istess dispożizzjoni (86). Huwa biss fil-każ fejn il-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi stabbilita b’riferiment għall-ittra (a) tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq, li wieħed jista’ jasal għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 44/2001. Bid-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni direttament abbażi tal-Artikolu 2, wieħed jaqbeż fażi intermedja bid-diżapplikazzjoni kompleta tal-Artikolu 5(1)(ċ) u b’diskonoxximent kontestwali tal-istruttura interna ta’ tali dispożizzjoni.

90.      Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li n-natura tal-obbligu kuntrattwali suġġett tal-kawża preżenti ma tistax tiġi pparagunata ma’ dik tal-obbligu fis-sentenza Besix. F’din is-sentenza, fil-fatt, is-sitwazzjoni kienet tirrigwarda kuntratt li bħala suġġett kellu l-obbligu speċifiku li ma jsir xejn b’karattru ġeografikament illimitat (87). Għaldaqstant, f’dan il-każ ma kienx hemm kwistjoni ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, kif minflok qed iseħħ fil-kawża preżenti. Kieku l-kawża Besix ġiet deċiża wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 44/2001, il-ftehim dwar l-obbligu li ma jsir xejn ma kienx jiġi mfisser bħala kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fis-sens imsemmi fit-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tal-istess regolament (88), iżda wieħed kien jiddetermina l-ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 5(1)(a), li jikkostitwixxi l-ekwivalenti tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, suġġett għall-interpretazzjoni fil-kawża Besix. Għaldaqstant inqis li ma jistgħux jiġu trasposti l-prinċipji tas-sentenza Besix għall-kawża preżenti.

91.      Il-ħames soluzzjoni possibbli fil-każ fejn ma jistax jiġi stabbilit il-post ta’ provvista prinċipali tas-servizzi jikkonsisti fl-identifikazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-post fejn l-aġent kummerċjali – jiġifieri l-parti kuntrattwali li għandha twettaq l-obbligu karatteristiku tal-kuntratt – għandu s-sede tiegħu. Fl-opinjoni tiegħi, din is-soluzzjoni hija l-iktar opportuna għal ħafna raġunijiet.

92.      Fl-ewwel lok, hija tissodisfa kemm l-għan ta’ prevedibbiltà kemm dak tal-iktar rabta stretta mill-qrib bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Din is-soluzzjoni għandha natura prevedibbli, minħabba li l-ebda problema ma tippreżenta l-identifikazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni – jiġifieri l-qorti tal-post fejn jinsab is-sede tal-aġent kummerċjali – u li din il-qorti tiddeċiedi dwar it-talbiet kollha bbażati fuq l-istess kuntratt ta’ rappreżentanza. Imbagħad teżisti rabta stretta, għall-fatt li d-dokumentazzjoni probatorja bħala regola tkun disponibbli fil-post tas-sede tal-aġent kummerċjali.

93.      Fit-tieni lok, din is-soluzzjoni tippreżenta l-vantaġġ li tippermetti li l-ġurisdizzjoni tibqa’ tiġi ddeterminata abbażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001. Jeħtieġ ċertament li jiġi rrikonoxxut li din is-soluzzjoni titbiegħed parzjalment mit-test u mill-għan tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, li jsostni li l-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tal-post fejn is-servizzi ġew ipprovduti jew suppost li kienu pprovduti abbażi tal-kuntratt. Fil-fatt, hawnhekk jidħol inkwistjoni l-post fejn effettivament ġew ipprovduti s-servizzi, dak li tfisser id-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq, sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni, tapplika kriterju li jiddependi minn elementi ta’ fatt (89). Is-soluzzjoni proposta timplika fil-fatt is-sostituzzjoni tal-kriterju tal-fatt ma’ kriterju astratt. Madankollu, is-soluzzjoni bbażata fuq il-kriterju astratt tapplika biss sussidjarjament, fejn ma huwiex aċċertabbli l-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi (90). Għaldaqstant nikkunsidra li din is-soluzzjoni hija xorta waħda l-iktar adatta.

94.      Għar-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, fl-opinjoni tiegħi jeħtieġ li d-domanda 1(c) magħmula mill-qorti tar-rinviju tingħatalha r-risposta li, fejn ma huwiex possibbli li jiġi aċċertat il-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi, jeħtieġ li wieħed isostni li fil-każ ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza, il-post tal-provvista tas-servizzi jkun dak tas-sede tal-aġent kummerċjali.

D –    It-tieni domanda preliminari

95.      Permezz tat-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju titlob sostanzjalment jekk – fil-każ ta’ soluzzjoni negattiva għad-domanda 1(a) – japplikax l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għall-kuntratti li jikkonċernaw il-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri bħall-kuntratt ta’ rappreżentanza.

96.      Il-qorti tar-rinviju tqajjem it-tieni domanda preliminari b’mod merament sussidjarju, fil-każ ta’ soluzzjoni negattiva għad-domanda 1(a), u għalhekk fil-każ fejn it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) kellu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għall-kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi – bħall-kuntratt ta’ rappreżentanza li huwa s-suġġett tal-kawża preżenti – li bis-saħħa tiegħu s-servizzi jiġu pprovduti f’diversi Stati Membri.

97.      Bħal ma jirriżulta mill-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħi, fl-opinjoni tiegħi d-domanda preliminari 1(a) għanda tingħata risposta affermattiva, u għalhekk ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda preliminari, li tqajmet biss b’mod sussidjarju.

E –    Epilogu

98.      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet suesposti, nikkunsidra li t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika fil-każ ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza li abbażi tiegħu l-aġent kummerċjali jipprovdi s-servizzi f’diversi Stati Membri u li l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-post fejn saret l-ikbar provvista ta’ servizzi. Minħabba li hija evalwazzjoni bbażata fuq ċirkustanzi ta’ fatt, din għandha ssir mill-qorti nazzjonali. Fil-każ fejn il-post tal-ikbar provvista ta’ servizzi ma jistax jiġi aċċertat, nikkunsidra li fil-każ tal-kuntratt ta’ rappreżentanza, il-post ta’ provvista ta’ servizzi għandu jiġi kkunsidrat li huwa l-post tas-sede tal-aġent kummerċjali.

VII – Konklużjoni

99.      Minħabba l-kunsiderazzjonjiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għad-domandi preliminari tal-Oberlandesgericht Wien billi tiddikjara li:

1)         It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, japplika fil-każ ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi – bħal ma huwa l-kuntratt ta’ rappreżentanza suġġett tal-kawża preżenti – li abbażi tiegħu s-servizzi huma pprovduti, f’diversi Stati Membri.

2)         It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni għall-kawżi li jirriżultaw minn kuntratt li jikkonċerna l-provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri – bħall-kuntratt ta’ rappreżentanza suġġett tal-kawża preżenti – il-post fejn ġew ipprovduti s-servizzi, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jiġi stabbilit abbażi tal-post fejn saret il-provvista prinċipali tas-servizzi. Il-qorti nazzjonali għandha tagħmel din l-evalwazzjoni.

3)         Fejn ma jistax jiġi aċċertat il-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi, wieħed għandu jsostni li fil-każ tal-kuntratt ta’ rappreżentanza, bħal dak suġġett tal-kawża preżenti, il-post tal-provvista tas-servizzi huwa dak fejn tinsab is-sede tal-aġent kummerċjali.


1 – Lingwa oriġinali: is-Sloven.


2 – Sentenza tat-3 ta’ Mejju 2007, Color Drack, (C‑386/05, Ġabra p. I‑3699)


3 – Sentenza tat-23 ta’ April 2009, Falco Privatstiftung u Rabitsch, (C‑533/07, Ġabra p. I‑3327).


4 – Sentenza tad-9 ta’ Lulju 2009, Rehder (C‑204/08, Ġabra p. I‑6073).


5 – ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42


6 – Iċ-ċirkustanza li l-kuntratt ta’ rappreżentanza kien konkluż verbalment ma tirriżultax mid-digriet tar-rinviju iżda mid-dikjarazzjonijiet magħmula waqt is-seduta mir-rikorrenti. Ara l-punt 32 tal-konklużjonijiet preżenti.


7 – It-twettiq mill-aġent kummerċjali ta’ attivitajiet ta’ intermedjazzjoni kummerċjali fil-Polonja wkoll ma’ jirriżultax mid-digriet tar-rinviju iżda mid-dikjarazzjonijiet tal-konvenuta. Ara l-punt 30 tal-konklużjonijiet preżenti.


8 – Sentenza Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.


9 – Ibid., punt 18.


10 – Ibid., punt 38.


11 – Ibid., punt 28.


12 – Ibid., punt 40.


13 – Ibid., punt 42.


14 – Sentenza tad-19 ta’ Frar 2002, Besix (C‑256/00, Ġabra. p. I‑1699).


15 – Nota ta’ qiegħ il-paġna li tirrigwarda biss il-verżjoni Slovena tal-konklużjonijiet preżenti: (omissis).


16 – Sentenza Besix, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14.


17 – Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 299, 31.12.1972, p. 32), kif emendata mill-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1978, dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 304, 30.10.1978, p. 1, u b’rettifika, p. 77), mill-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1982 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 388, 31.12.1982, p. 1), mill-Konvenzjoni tas-26 ta’ Mejju 1989 dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża (ĠU L 285, 3.10.1989, p. 1) u mill-Konvenzjoni tad-29 ta’ Novembru 1996 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja (ĠU C 15, 15.1.1997, p. 1).


18 – Konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Bot fil-15 ta’ Frar 2007 fil-kawża Color Drack (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2).


19 – Ibid., nota ta’ qiegħ il-paġna 30.


20 – Sentenza Besix, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14.


21 – Waqt is-seduta, il-Kummissjoni ma użatx il-kelma “Hauptbüro”, iżda “Niederlassung” jew “Hauptniederlassung”.


22 – Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet affrontat domandi dwar il-ġurisdizzjoni għall-kawżi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ rappreżentanza diġà fis-sentenza Leathertex (sentenza tal-5 ta’ Ottubru, C‑420/97, Ġabra p. I‑6747) fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell. Madankollu, din is-sentenza ma hijiex rilevanti għall-finijiet tal-kawża preżenti minħabba li l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell kien jirregola l-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni b’mod differenti mill-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001. L-ekwivalenti tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell huwa l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 attwali; għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta’ din ir-regola tal-aħħar, il-post ta’ twettiq tal-obbligu inkwistjoni jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-liġi applikabbli għar-relazzjoni kuntrattwali (lex causae), iżda din il-liġi applikabbli tiġi individwata mill-qorti nazzjonali li quddiema tkun tressqet il-kawża fuq il-bażi tar-regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet imposti mill-ordinament tagħha. Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 76 tal-konklużjonijiet preżenti.


23 – Fid-duttrina juru din il-kwistjoni, pereżempju, H. Gaudemet-Tallon, Compétence et exécution des jugements en Europe. Règlement n° 44/2001, Conventions de Bruxelles et de Lugano, 3 edizzjoni, Librairie générale de droit et de jurisprudence, Pariġi 2002, p. 159, punt 199; P. Mankowski, v: U. Magnus, P. Mankowski (editur), Brussels I Regulation, Sellier. European Law Publishers, München 2007, p. 147, punti 120 et seq; S. Leible, “Zuständiges Gericht für Entschädigungsansprüche von Flugpassagieren”, EuropäischeZeitschrift für Wirtschaftsrecht, Nru 16/2009, p. 573.


24 – Sentenza Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.


25 – Kawża C‑147/09, Hölzel vs Seunig; id-domandi preliminari ġew ippubblikati fil-ĠU C 153, 4.7.2009, p 27. Fil-kawża Hölzel vs Seunig, ir-rikorrenti li hija domiċiljata fl-Awstrija, għall-bidu kkonferiet lill-konvenut domiċiljat fir-Repubblika Ċeka, prokura sabiex iwettaq numru ta’ inkarigi (bħal pereżempju operazzjonijiet bankarji, organizzazzjoni ta’ servizzi assistenzjali u s-sejba ta’ post f’dar tax-xjuħ) u wara tatu prokura ġenerali sabiex jirrappreżentaha fl-affarijiet kollha. Il-qorti tar-rinviju ssostni li ma huwiex possibbli jiġi aċċertat jekk il-konvenut wettaqx il-parti l-kbira tal-inkarigi f’isem ir-rikorrenti fl-Awstrija jew fr-Repubblika Ċeka. Fir-rigward tal-fatti ta’ din il-kawża ara d-digriet tar-rinviju tal-Oberlandesgericht Wien (Awstrija) tas-27 ta’ Frar 2009.


26 – Ara, f’dan ir-rigward Mankowski, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 147, punt 120.


27 – Nirrileva li t-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat KE, li ġie ffirmat fl-Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 306, 17.12.2007, p. 1) jħassar fl-Artikolu 2, punt 67, l-Artikolu 68 KE attwali. Dan ifisser li mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, id-domandi preliminari dwar dan il-qasam ser ikunu jistgħu jsiru mill-qrati kollha tal-Istati Membri u mhux biss mill-qrati li mid-deċiżjoni tagħhom ma huwiex possibbli li jiġi ppreżentat appell. Minħabba li l-ammissibbiltà tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari hija evalwata b’riferiment għad-data li fiha tkun ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona għadha ma tippreżenta l-ebda rilevanza għall-fini tal-kawża preżenti.


28 – Nenfasizza li l-evalwazzjoni dwar jekk hijiex qorti li mid-deċiżjonijiet tagħha ma jistax jiġi ppreżentat appell skont il-liġi nazzjonali ma għandhiex natura astratta iżda konkreta, u hija suġġetta għall-eżistenza tal-possibbiltà ta’ kontestazzjoni fil-kawża speċifika inkwistjoni. B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat iċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ u ddikjarat inammissibbli domanda preliminari, pereżempju fid-digriet tal-31 ta’ Marzu 2004, Georgescu (C‑51/03, Ġabra, p. I‑3203, punti 29 - 32) u tal-10 ta’ Ġunju 2004, Warbecq (C‑555/03, Ġabra p. I‑6041, punti 12 - 15). Ara fid-duttrina, f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni konkreta tal-kunċett ta’ “qorti li kontra d-deċiżjoni tagħha ma jistax jiġi ppreżentat appell skont il-liġi nazzjonali”, pereżempju, M. Rossi, f’C. Calliess, u M. Ruffert, (editur), EUV/EGV. Das Verfassungsrecht der Europäischen Union mit Europäischer Grundrechtecharta. Kommentar, 3. edizzjoni, Beck, München 2007, p. 951, punt 4.


29 – Inżid li, fid-duttrina Awstrijaka, il-kwistjoni ta’ ammissibbiltà tad-domanda għal deċiżjoni preliminari fil-kuntest tal-Artikolu 68(1) KE, b’relazzjoni għall-Artikolu 582(2)(2) tal-Kodiċi ta’ proċedura ċivili Awstrijak (Zivilprozessordnung) ġiet diskussa minn I. Tarko, F’H. Mayer, Kommentar zu EU- und EG-Vertrag, Manz'sche Verlags- und Universitätsbuchhandlung, Vjenna 2003, kumment għall-Artikolu 68 KE, punt 8, li jafferma li l-qorti tal-appell nazzjonali, f’każ bħal dak preżenti, tista’ tqajjem domanda għal deċiżjoni preliminari biss fejn għandha l-intenzjoni li tikkonferma d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza, ħaġa li twassal għall-inammissibbiltà ta’ rikors ta’ appell eventwali; skont l-awtur iċċitat, jeħtieġ li ċirkustanza bħal din tissemma fil-kuntest tad-digriet tar-rinviju.


30 – Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177). Kif imsemmi fit-tieni premessa tagħha din id-Direttiva ġiet adottata, fost l-oħrajn, minħabba li d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali dwar ir-rappreżentanza kummerċjali huma ta’ natura tali li jipprevjenu sostanzjalment il-konklużjoni u l-operazzjoni ta’ kuntratti ta’ rappreżentanza kummerċjali meta l-prinċipal u l-aġenti kummerċjali jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti. Nenfasizza li din id-Direttiva ġiet trasposta, pereżempju, fil-pajjiżi li ġejjin permezz ta’ adozzjoni jew emenda tal-liġijiet nazzjonali msemmija hawn taħt: fl-Awstrija permezz tal-Handelsvertretergesetz; fil-Belġju permezz tal-Loi relative au contrat d’agence commerciale, fi Franza permezz tal-Code de commerce (Artikolu L134-1 sa L-134-17); fl-Italja permezz tal-Codice Civile (Artikoli 1742 sa 1753); fil-Ġermanja permezz tal-Handelsgesetzbuch (Artikoli 84 sa 92c); fl-Islovenja permezz tal-Obligacijskim zakonikom (Artikoli 807 sa 836); fir-Renju Unit permezz ta’ Statutory Instrument 1993 No. 3053 – The Commercial Agents (Council Directive) Regulations 1993.


31 – Jeħtieġ jintqal li l-kuntratt ta’ rappreżentanza huwa kuntratt ta’ natura kontinwa, dan jirriżulta b’mod ċar mit-test tad-Direttiva 85/653. Il-karattru kontinwu ta’ dan ir-rapport kuntrattwali joħroġ b’mod ċar ukoll mit-test tal-liġijiet ta’ wħud mill-Istati Membri li ttrasponew id-Direttiva fis-sistema legali interna. Pereżempju fil-liġi Awstrijaka, l-Artikolu 1(1) tal-Handelsvertretergesetz jistabbilixxi dan li ġej: “Handelsvertreter ist, wer von einem anderen mit der Vermittlung oder dem Abschluss von Geschäften […] ständig betraut ist […]”. Fl-ordinament Belġjan, il-Loi relative au contrat d'agence commerciale l-Artikolu 1 tistabbilixxi dan li ġej: “Le contrat d'agence commerciale est le contrat par lequel […] l’agent commercial est chargée de façon permanente […] de la négociation et éventuellement de la conclusion d'affaires […] du commettant”. Fil-liġi Franċiża, il-Code de commerce fl-Artikolu L134-1 jipprovdi “L’agent commercial est un mandataire qui […] est chargé, de façon permanente, de négocier et, éventuellement, de conclure des contrats […]”. Fil-liġi Taljana l-Artikolu 1742 tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi: “Col contratto di agenzia una parte assume stabilmente l’incarico di promuovere, per conto dell’altra […] la conclusione di contratti […]”. Fil-liġi Ġermaniża l-Artikolu 84 tal-Handelsgesetzbuch jipprovdi dan li ġej: “Handelsvertreter ist, wer […] ständig damit betraut ist, für einen anderen […] Geschäfte zu vermitteln oder in dessen Namen abzuschließen […]”. Fil-liġi Slovena jeżisti l-Artikolu 807 tal-Obligacijskega zakonika li jgħid “S pogodbo o trgovskem zastopanju se zastopnik zaveže, da bo ves čas skrbel za to, da bodo tretje osebe sklepale pogodbe z njegovim naročiteljem […]”. Fil-Liġijiet tar-Renju Unit id-dispożizzjoni rilevanti hija l-Artikolu 2(1) ta’ The Commercial Agents (Council Directive) Regulations 1993 li jipprovdi: “[C]ommercial agent‘ means a self-employed intermediary who has continuing authority to negotiate the sale or purchase of goods on behalf of another person […]”.Enfażi miżjud minni.


32 – Ara l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653/KEE


33 – Ara l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 86/653/KEE. Infakkar li l-Artikolu 5 tad-Direttiva jistabbilixxi espressament li l-partijiet ma jistgħux jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 u 4 ta’ din tal-aħħar, li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-aġent u tal-prinċipal.


34 – Ara l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 86/653/KEE.


35 – Ara l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/653/KEE.


36 – Ara l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 86/653/KEE.


37 – L-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 86/653 jipprovdi li l-aġent kummerċjali għandu jkun intitolat għal kommissjoni fuq operazzjonijiet kummerċjali konklużi tul il-perijodu kopert bil-kuntratt tal-aġenzija meta l-operazzjoni tkun ġiet konkluża bħala riżultat tal-azzjoni tiegħu, jew meta l-operazzjoni tkun konkluża ma’ parti terza li jkun qabel akkwista bħala klijent għall-operazzjonijiet tal-istess tip, kif ukoll meta huwa jkun ġie fdat b’żona ġeografika speċifika jew bi grupp ta’ klijenti, jew meta huwa jkollu d-dritt esklużiv għal żona ġeografika speċifika jew grupp ta’ klijenti. F’determinati każijiet eċċezzjonali, però, l-aġent huwa intitolat għal kommissjoni anki fuq operazzjonijiet kummerċjali konklużi wara li l-kuntratt tal-aġenzija jkun ġie tterminat (ara l-Artikolu 8 tad-Direttiva 86/653).


38 – Ara l-Artikolu (1) tad-Direttiva 86/653.


39 – Ara l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 86/653.


40 – Ara l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 86/653. Infakkar li, pereżempju, fi Franza, fl-Italja, fil-Ġermanja u fis-Slovenja, il-leġiżlatur għamel użu minn dan id-dritt; ir-regoli ta’ dawn l-Istati Membri ma jistabbilixxux espressament li kuntratt ta’ aġenzija għandu jiġi konkluż espressament bil-miktub, u pjuttost jillimitaw ruħhom sabiex jipprevedu li waħda mill-partijiet tista’ titlob lill-oħra redazzjoni ta’ dokument iffirmat li jirriproduċi l-kontenut tal-kuntratt. Fir-rigward tal-liġi tal-Belġju, ara l-Artikolu 5 tal-Loi relative au contrat d’agence commerciale; għal-liġi Taljana, ara l-Artikolu 1742 tal-Kodiċi Ċivili; għal-liġi Franċiża, ara l-Artikolu L134-2 tal-Code de commerce; fir-rigward tal-liġi Ġermaniża, ara l-Artikolu 85 tal-Handelsgesetzbuch; fir-rigward tal-liġi Slovena, ara l-Artikolu 808 tal-Obligacijski zakonik.


41 – Ara l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 86/653.


42 – Din it-teżi hija sostnuta anki mid-duttrina; ara pereżempju, H. Gaudemet-Tallon, “Du 5 octobre 1999. – Cour de justice des Communautés européennes…” [kumment għas-sentenza Leathertex], Revue critique de droit international privé, Nru 1/2000, p. 88; R. Emde, “Heimatgerichtsstand für Handelsvertreter und andere Vertriebsmittler?”, Kommunikation & Recht, Nru 7/2003, p. 508; Mankowski, op. cit. Fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 131, punt 89; K. Fach Gómez, “El Reglamento 44/2001 y los contratos de agencia comercial internacional: aspectos jurisdiccionales”, Revista de derecho comunitario europeo, Nru 14/2003, p. 208; P. Berlioz, “La notion de fourniture de services au sens de l'article 5-1 b) du règlement “Bruxelles I””, Journal du droit international (Clunet), Nru 3/2008, punt 45.


43 – Ara s-sentenza Falco, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 (punt 29). Ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati minni fis-27 ta’ Jannar 2009 fl-istess kawża Falco Privatstiftung u Rabitsch (Ġabra p. I‑3327, punt 57), u d-duttrina ċċitata fihom.


44 – Ara l-indikazzjonijiet tar-rikorrenti msemmija fil-punt 32 tal-konklużjonijiet preżenti.


45 – Ara l-frażi introduttiva tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.


46 – Abbażi ta’ interpretazzjoni letterali partikolarment stretta forsi jista’ jiġi sostnut li l-użu tal-kelma “Stat Membru” fis-singular jindika li t-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika biss meta s-servizzi jiġu pprovduti fi Stat Membru wieħed; madankollu, din l-interpretazzjoni fl-opinjoni tiegħi tmur kontra l-għan tal-imsemmija dispożizzjoni, li huwa li jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward tat-tipi kollha ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi. L-interpretazzjoni letterali għandha tkun biss punt ta’ tluq għall-attività ermenewtika u fuq kollox għandha tiġi integrata permezz ta’ interpretazzjoni teleoloġika u dik sistematika. Fir-rigward tal-importanza tat-tipi differenti ta’ interpretazzjoni fid-dritt Komunitarju, ara pereżempju K. Riesenhuber, v: K. Riesenhuber, (editur), Europäische Methodenlehre. Handbuch für Ausbildung und Praxis, De Gruyter Recht, Berlin 2006, p. 250 et seq. Ara wkoll P. Delnoy, Élements de méthodologie juridique, 2 ed., Larcier, Brussell, 2006, p. 93, li jsostni li anki test ċar jeħtieġ interpretazzjoni, u b’hekk wieħed jikkonkludi li s-sempliċi interpretazzjoni letterali mhix biżżejjed għal komprensjoni korretta tat-test.


47 – Sentenza Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2


48 – Sentenza Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.


49 – Sentenza Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 (punt 45). Għal kumment fuq is-sentenza, ara pereżempju U. Huber‑Mumelter, K. H. Mumelter, “Mehrere Erfüllungsorte beim forum solutionis: Plädoyer für eine subsidiäre Zuständigkeit am Sitz des vertragscharakteristisch Leistenden”, Juristische Blätter, Nru 130/2008, p. 566 et seq; P. Mankowski, “Mehrere Lieferorte beim Erfüllungsortgerichtsstand unter Art. 5 Nr. 1 lit. B EuGVVO”, Praxis des Internationalen Privat- und Verfahrensrechts, Nru 5/2007, p. 409 et seq; A. Gardella, “The ECJ in Search of Legal Certainty for Jurisdiction in Contract: The Color Drack Decision”, Yearbook of private international law, 2007, p. 445 et seq; T. U. Do, “Libre circulation des marchandises. Arrêt ‘Color Drack’”, Revue du droit de l'Union Européenne, Nru 2/2007, p. 471.


50 – Ara s-sentenza Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 (punt 45).


51 – Ara s-sentenza Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 (punt 16). Nixtieq inżid li għal din ir-raġuni, wara s-sentenza Color Drack, qamet il-kwistjoni dwar jekk il-ġurisdizzjoni fil-każ ta’ postijiet ta’ kunsinna li jinsabu fi Stat Membru wieħed tiġix iddeterminata b’mod differenti milli fil-każ fejn tali postijiet ikunu jinsabu fi Stati Membri differenti. Fid-duttrina, ara pereżempju, S. Leible, op. cit. (fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23), p. 572.


52 – Ara l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża Color Drack, iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18 (nota ta’ qiegħ il-paġna 30 tal-konklużjonijiet tiegħu).


53 – Ibid.


54 – Sentenza Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.


55 – Sentenza Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 36).


56 – Ibid.


57 – Ibid. (punt 37).


58 – Ibid.


59 – Ara pereżempju Leible, op. cit fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 572. Fi ftit kliem – għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi f’iktar minn Stat Membru wieħed, effettwata skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 – ara pereżempju wkoll, Gaudemet-Tallon, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23), p. 159, punt 199; Mankowski, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 147 u 148, punti 120 u 121.


60 – Ara l-premessa 11 tar-Regolament Nru 44/2001, fejn jingħad li r-regoli ta' ġurisdizzjoni għandhom ikollhom possibbiltà kbira li jiġu mbassra. Fil-ġurisprudenza, ara, pereżempju s-sentenzi Falco, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 (punt 21), u tal-11 ta’ Ottubru 2007, Freeport (C‑98/06, Ġabra p. I‑8319, punt 36). Fid-duttrina, ara pereżempju B. Gsell, “Autonom bestimmter Gerichtsstand am Erfüllungsort nach der Brüssel I‑Verordnung”, Praxis des Internationalen Privat- und Verfahrensrechts, Nru 6/2002, p. 488 u 489; J. Kropholler, Europäisches Zivilprozeßrecht. Kommentar zu EuGVO und Lugano-Übereinkommen, 7 edizzjoni, Verlag Recht und Wirtschaft, Heidelberg 2002, p. 125, punt 1. Fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Brussell – li tagħha wieħed jista’ jżomm kont minħabba l-kontinwità tal-interpretazzjoni bejn din il-konvenzjoni u r-Regolament Nru 44/2001 – ara pereżempju J. Hill, “Jurisdiction in Matters Relating to a Contract under the Brussels Convention”, International and Comparative Law Quarterly, Nru 3/1995, p. 605.


61 – Fir-rigward tal-previdibbiltà tal-ġurisdizzjoni bħala espressjoni tal-prinċipju taċ-ċertezza tad-dritt, ara pereżempju s-sentenzi tat-13 ta’ Lulju 2006, Gesellschaft für Antriebstechnik (C‑4/03, Ġabra p. I‑6509, punt 28); tat-13 ta’ Lulju 2006, Roche Nederland et (C‑539/03, Ġabra p. I‑6535, punt 37); tal-1 ta’ Marzu 2005 Owusu (C‑281/02, Ġabra p. I‑1383, punt 41), u Besix, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 (punti 24-26). Fil-fatt, din il-ġurisprudenza tirreferi għall-Konvenzjoni ta’ Brussell, iżda għandna nikkunsidrawha wkoll fl-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001, minħabba fil-kontinwità tal-interpretazzjoni bejn il-Konvenzjoni u l-istess regolament.


62 – Ara s-sentenzi tat-13 ta’ Lulju 2006, Reisch Montage (C‑103/05, Ġabra p. 6827, punti 24 u 25); Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 (punt 20), u Falco, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 (punt 22). Ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Mazák fl-24 ta’ Settembru 2009, fil-kawża Car Trim (C‑381/08, li għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 34).


63 – Ara f’dan is-sens is-sentenzi Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 (punt 40), u Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 38). Ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Mazák fil-kawża Car Trim, iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 62 (punt 35). Fid-duttrina, ara pereżempju, T. Lynker, Der besondere Gerichtsstand am Erfüllungsort in der Brüssel I‑Verordnung(Art. 5 No. 1 EuGVVO), Lang, Frankfurt 2006, p. 141.


64 – Ara s-sentenza Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 38). Bħala paragun, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni għall-kunsinna ta’ merkanzija fuq il-bażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, ara s-sentenza Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 (punt 40), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-ġurisprudenza “hija bbażata sostanzjalment, fuq l-eżistenza ta’ fattur ta’ rabta l-aktar stretta bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni”.


65 – Sentenza Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 38).


66 – Sentenza Rehder, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 (punt 38; il-korsiv huwa tiegħi). Bħala paragun nindika li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà fis-sentenza Color Drack – jiġifieri meta ddeċidiet fir-rigward tal-kunsinna ta’ merkanzija skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 – kienet sostniet li l-post li jiżgura l-iktar rabta stretta bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni huwa, bħala regola, dak tal-kunsinna prinċipali (ara s-sentenza Color Drack, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2, punt 40; il-korsiv huwa tiegħi). Permezz tal-espressjoni “bħala regola”, il-Qorti tal-Ġustizzja riedet issostni li l-iktar rabta stretta bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni tista’ tiġi ggarantita anki minn postijiet oħra.


67 – Fir-rigward tal-forma verbali tal-konklużjoni tal-kuntratt, ara l-punti 12 u 32 tal-konklużjonijiet preżenti.


68 – Fir-rigward tal-Istati Membri fejn l-aġent kummerċjali pprovda servizzi ta’ rappreżentanza, ara l-punt 13 tal-konklużjonijiet preżenti.


69 – Fid-duttrina ara, pereżempju, K. Takahashi, “Jurisdiction in matters relating to contract: Article 5(1) of the Brussels Convention and Regulation”, European Law Review, Nru 5/2002, p. 539; Fach Gómez, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 42, p. 211; T. Rauscher, (editur), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, 2 edizzjoni, Sellier. European Law Publishers, München 2006, p. 183, punt 55; H. Gaudemet-Tallon, “Du 5 octobre 1999. – Cour de justice des Communautés européennes…” [Kumment għas-sentenza Leathertex], Revue critique de droit international privé, Nru 1/2000, p. 88.


70 – Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 31 tal-konklużjonijiet preżenti. Fir-rigward tan-natura kontinwa tal-kuntratt ta’ rappreżentanza, ara pereżempju, anki fid-duttrina Taljana, D. Comba, u P. Samarotto, Il contratto internazionale di agenzia, Il Sole 24 Ore, Milano 1999; anki fid-duttrina Slovena, ara B. Zabel, f’M. Juhart, N. Plavšak, (editur), Obligacijski zakonik (posebni del) s komentarjem, GV založba, Ljubljana 2004, kumment tad-dħul lill-kapitolu dedikat lill-kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali, p. 421; fid-duttrina Spanjola, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 42, p. 206.


71 – Ara l-punti 13 u 19 tal-konklużjonijiet preżenti.


72 – F’dan is-sens ara pereżempju Kropholler, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 60, p. 141, punt 42; Rauscher, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69, p. 183, punt 55.


73 – Fid-duttrina, ir-riskju ta’ forum shopping f’każijiet simili ġie indikat minn Leible, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 573. Dwar ir-riskju ta’ favur eċċessiv għar-rikorrent, jiġbed l-attenzjoni Mankowski, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 148, punt 121.


74 – Fid-duttrina, din is-soluzzjoni tissemma “teorija tal-mużajk” jew “soluzzjoni tal-mużajk”. Ara pereżempju Rauscher, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69, p. 183, punt 55, u Kropholler, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 60, p. 141, punt 42.


75 – Hekk Rauscher, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69, p. 183, punt 55.


76 – Din is-soluzzjoni tiġi sostnuta fid-duttrina, pereżempju minn Gaudemet-Tallon, op.cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 159, punt 199. Mankowski, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 147 u 148, punti 120 u 121, isemmi din is-soluzzjoni biss bħala waħda mill-possibbiltajiet, iżda jiċħadha. Infakkar li l-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 tiġi stabbilita fi tliet fażijiet. Qabel xejn, il-qorti li quddiemha ssir il-kawża għandha tikkonstata liema obbligu kuntrattwali jikkostitwixxi s-suġġett tal-kwistjoni bejn il-partijiet. Sussegwentement għandha tiddetermina, abbażi tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat tas-sistema legali tagħha, il-liġi sostantiva applikabbli għar-relazzjoni ġuridika bejn il-partijiet (lex causae). Fl-aħħar nett, abbażi ta’ din il-liġi sostantiva, l-imsemmija qorti għandha tistabbilixxi fejn qiegħed il-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali kkontestat. Ara s-sentenzi tas-6 ta’ Ottubru 1976, De Bloos (Kawża 14/76, Ġabra p. 1497, punt 13) u Industrie Tessili Italiana Como (Kawża 12/76, Ġabra p. 1473, punt 13). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Falco Privatstiftung u Rabitsch, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 43, punt 81).


77 – Eżempju ta’ kuntratt li mhux kuntratt ta’ bejgħ ta’ merkanzija jew ta’ provvista ta’ servizzi u li għalih il-ġurisdizzjoni tiġi determinata abbażi tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, huwa kuntratt li bih is-sid ta’ dritt ta’ trade mark jagħti lill-kontroparti l-għażla li jisfrutta dan id-dritt taħt ħlas (ara s-sentenza Falco, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 58). Fid-duttrina, ara Berlioz, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 42, punti 85-95. Takahashi, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69, p. 534, jafferma li l-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 meta pereżempju jkun il-każ ta’ kuntratt ta’ permuta.


78 – Fil-fatt fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 huwa preżuppost li l-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu (ta’ kunsinna tal-merkanzija jew ta’ provvista tas-servizz) jinsab fi Stat Membru. A contrario, fejn il-post tal-eżekuzzjoni mhux Stat Membru, tapplika l-ittra (a) tal-imsemmija dispożizzjoni. Fid-duttrina ara pereżempju H.-W Micklitz, u P. Rott, “Vergemeinschaftung des EuGVÜ in der Verordnung (EG) Nr. 44/2001”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, Nru 11/2001, p. 329, u Takahashi, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 69, p. 540.


79 – Kif indikat fil-premessa 21 tar-Regolament Nru 44/2001, skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dan l-Istat ma pparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, u għalhekk mhux marbut bl-applikazzjoni tiegħu jew suġġett għalih. Kif jiġi ppreċiżat mill-premessa 22 tar-regolament imsemmi, il-Konvenzjoni ta’ Brussell tibqa’ tapplika fir-relazzjonijiet bejn id-Danimarka u l-Istati Membri li huma marbuta b’dan ir-regolament. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi li f’dan ir-regolament, il-frażi “Stat Membru” tfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.


80 – Ara l-punt 59 tal-konklużjonijiet preżenti.


81 – Sentenza Besix, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14.


82 – Sentenza Besix, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 (punt 55).


83 – Fir-rigward tal-għan tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, ara pereżempju l-konklużjonijiet ippreżentati minni fil-kawża Falco Privatstiftung u Rabitsch, iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 43, punt 85.


84 – Fid-duttrina, ara pereżempju Kropholler, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 60, p. 141, punt 42, li jiċħad li għall-kuntratti ta’ bejgħ ta’ merkanzija jew ta’ provvista ta’ servizzi mwettqa f’diversi Stati Membri, tista’ tiġi eskluża determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni abbażi tar-regoli speċjali li japplikaw fil-kawża dwar affarijiet kuntrattwali, jiġifieri abbażi tal-Artikolu 5(1).


85 – Kif iċċarajt fil-punt 86 tal-konklużjonijiet preżenti, inqis li din l-eventwalità ma tistax tiġi ammessa, u li l-ġurisdizzjoni għandha tiġi stabbilita fil-kuntest tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 anki fejn mhux possibbli li jiġi stabbilit il-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi.


86 – Il-kuntrarjetà ta’ din is-soluzzjoni mal-istruttura interna tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 tiġi kkritikata anki minn Mankowski, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 148, punt 121.


87 – Sentenza Besix, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 (punti 7 u 8). Kif jirriżulta mid-deskrizzjoni tal-fatti inkluża fil-punti 7 u 8 ta’ din id-deċiżjoni, il-partijiet kontraenti kienu kkonkludew kuntratt li bih intrabtu li jippreżentaw offerta komuni fil-kuntest ta’ appalt pubbliku u li jaġixxu flimkien, f’rapport ta’ esklużività reċiproka, u jirrinunċjaw li jassoċjaw ruħhom ma’ sieħba potenzjali oħra.


88 – Kif indikajt fil-punt 59 tal-konklużjonijiet preżenti, jidher mis-sentenza Falco li l-kunċett ta’ “servizzi” jimplika “mill-anqas, li l-parti li tipprovdi, tagħmel attività determinata fuq ħlas” (ara s-sentenza Falco, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 29; il-korsiv huwa tiegħi). Madankollu, il-parti li tassumi obbligu li ma tagħmel xejn ma’ tagħmel l-ebda attività, u għalhekk il-ftehim relattiv ma jistax jiġi definit bħala kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001. Fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “servizzi”, ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati minni fis-27 ta’ Jannar 2009 fil-kawża Falco Privatstiftung u Rabitsch, iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 43, punt 57, u d-duttrina indikata hemm.


89 – Fid-duttrina ara pereżempju Mankowski, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, p. 134, punt 36. Ara wkoll Micklitz u Rott, op. cit. fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 78, p. 328.


90 – F’din il-prospettiva, soluzzjoni bħal din tippreżenta ruħha bħala l-iktar waħda adatta minn dik proposta mill-Gvern Ġermanż, li sostna li għall-kuntratt ta’ rappreżentanza jeħtieġ li wieħed jassumi kategorikament bħala preżuppost, b’titolu ta’ preżunzjoni sempliċi, il-fatt li l-post fejn is-servizzi ġew ipprovduti abbażi tal-kuntratt u li fuq il-fondament tiegħu tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni, li huwa dak fejn l-aġent kummerċjali għandu l-“uffiċċju prinċipali” tiegħu (ara l-punt 34 tal-konklużjonijiet preżenti). Is-soluzzjoni mressqa mill-Gvern Ġermaniż hija bbażata fuq kriterju astratt u żżomm kont tal-kriterju ta’ fatt biss b’mod sussidjarju, fil-każ fejn il-preżunzjoni tinqabeż minn prova kontrarja. Barra minn hekk, mas-soluzzjoni proposta mill-Gvern Ġermaniż, il-konvenut jinsab mgħobbi bir-riskju li ġej minn nuqqas ta’ prova kuntrarja għall-preżunzjoni.