Language of document :

Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2023 minn Markus Schneider mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Lulju 2023 fil-Kawża T-109/22, Schneider vs EUIPO - Frutaria Innovation (frutania)

(Kawża C-614/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Markus Schneider (rappreżentanti: M. Bergermann u D. Graetsch, Rechtsanwalte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Frutaria Innovation, SL, li kienet Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas, SL

B’digriet tat-30 ta’ Jannar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li l-appellant għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________