Language of document :

Appell ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2021 minn Health Information Management (HIM) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-235/19, Health Information Management (HIM) vs Il-Kummisjoni

(Kawża C-500/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Health Information Management (HIM) (rappreżentant: P. Zeegers, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat, u konsegwentement ;

tannulla l-punti 93 sa 97 u 117 sa 185 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ġunju 2021 mogħtija fil-Kawża T-235/19, Health Information Management vs Il-Kummissjoni;

tannulla l-punti 1, 2, 3 u 5 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiddeċiedi fuq it-talba mressqa mill-appellanti fir-rikors tagħha ppreżentat fl-4 ta’ April 2019;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż kollha, inklużi dawk l-ispejjeż u l-onorarji tal-konsulent tagħha, li l-ammont tagħhom huwa b’mod provviżorju stabbilit għal EUR 15 000, mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, Health Information Management tinvoka tliet aggravji: (i) il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; (ii) il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; u (iii) il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 272 TFUE u, konsegwentement, ksur tal-prinċipji ta’ imparzjalità u ta’ proporzjonalità.

____________