Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 – Taghani vs Il-Kommissjoni

(Kawża F-93/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni – Rimedji ġudizzjarji – Rikors ġurisdizzjonali ppreżentat mingħajr stennija għad-deċiżjoni dwar l-ilment – Ammissibbiltà – Bdil fl-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru t-testijiet ta’ ammissjoni – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jamal Taghani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kommissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-President tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 - Segretarji (AST 1) li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.Dispożittiv tas-sentenzaId-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/111/10, tal-15 ta’ Ġunju 2011, li ma taċċettax li J. Taghani jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tagħti lil J. Taghani EUR 1 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.