Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jiġi applikat il-koeffiċjent korrettiv għall-belt ta’ Varese skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, għar-remunerazzjoni tar-rikorrent tax-xahar ta’ April 2012 u tax-xhur sussegwenti.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali l-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u l-manwal tal-metodoloġija msemmi fl-Anness I tar-Regolament Nru 1445/2007, tal-11 ta’ Diċembru 2007;

jiddikjara illegali l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li jiffissa l-koeffiċjent korrettiv għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal assenjati f’Varese għal 92,3;jannulla d-deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrent abbażi tal-koeffiċjent korrettur għall-belt ta’ Varese msemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010;jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-5 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar il-koeffiċjent korrettiv applikat għal Varese;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.