Language of document : ECLI:EU:F:2013:179

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

8 ta’ Novembru 2013

Kawża F‑9/13

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Terminu tar-rikors — Tardività — Rikors manifestament inammissibbli”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tapplika tpaċija bejn il-kreditu li hija kellha fil-konfront tiegħu u kreditu li huwa kellu favur tiegħu.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjez tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Notifika — Kunċett — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu indirizzata lil uffiċjal b’lingwa li tagħha għandu għarfien suffiċjenti — Inklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(3))

In-notifika ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment b’lingwa li la hija l-lingwa materna tal-uffiċjal u lanqas dik li biha ġie redatt l-ilment hija regolari sakemm il-parti kkonċernata tista’ utilment tieħu konoxxenza tagħha.

(ara l-punt 24)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 7 ta’ Frar 2001, Bonaiti Brighina vs Il‑Kummissjoni, T‑118/99, punti 16 sa 19