Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 – Kompas MTS vs Il-Parlament et

(Kawża T-315/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kompas mejni turistični servis d.d. (Kompas MTS d.d.) (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: J. Tischler, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas somma ta’ EUR 846 000 kif ukoll interessi li jammontaw għal 8 % jew tikkonstata l-eżistenza ta’ dritt għal danni fir-rigward tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob danni b’mod partikolari minħabba l-adozzjoni tal-Artikolu 5(6)(e) tad-Direttiva 2001/37/KE 1 . Hija tqis li s-sempliċi adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni setgħet tippermetti li l-leġiżlatur Awstrijak jillimita l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk li ma humiex bil-lingwa Ġermaniża. Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li din ir-restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni kienet dovuta għall-adozzjoni tad-Direttiva 2001/37, li permezz tagħha l-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u d-dritt fundamentali għal proprjetà kif ukoll għal-libertà tal-intrapriża.

____________

1 Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).