Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Pappalardo et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/13)1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Sajd – Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd – Kostituzzjonimill-ġdid tal-istokkijiet ta’ tonn – Miżuri ta’ emerġenza li jipprojbixxu s-sajd permezz tal-bastimenti bil-purse seines – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Salvatore Aniello Pappalardo (Cetara, l-Italja), Pescatori La Tonnara Soc. coop. (Cetara), Fedemar Srl (Cetara), Testa Giuseppe E C. Snc (Catania, l-Italja), Pescatori San Pietro Apostolo Srl (Cetara), Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo EC (Pescara, l-Italja), u Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. (Pescara) (rappreżentanti:V. Cannizzaro u L. Caroli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Salvatore Aniello Pappalardo, Pescatori La Tonnara Soc. coop., Fedemar Srl, Testa Giuseppe E C. Snc, Pescatori San Pietro Apostolo Srl, Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo EC u Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 226, 3.8.2013.