Language of document :

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2023 minn Viktor Filippovich Rashnikov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-305/22, Rashnikov vs Il-Kunsill

(Kawża C-711/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Viktor Filippovich Rashnikov (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, u M. Pirovano, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 ;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 , sa fejn jinkludu lill-appellant fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 ;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 , sa fejn jinkludu lill-appellant fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 ;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1 of 13 March 2023 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine, sa fejn jinkludu lill-appellant fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appellant kemm fir-rigward tal-ewwel istanza kif ukoll fir-rigward ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji prinċipali:

Il-Qorti Ġenerali injorat il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, billi wettqet diversi żbalji ta’ liġi u żnaturamenti tal-fatti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat il-kriterju (g) fis-sens li bl-espressjoni “li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa”, huma s-setturi ekonomiċi li hemm riferiment għalihom u mhux in-negozjanti.

Ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK 1 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 2 kif ukoll tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 3 , kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill 2022/330 4 – Sussidjarjament, eċċezzjoni ta’ illegalità u ta’ inapplikabbiltà taħt l-Artikolu 277 TFUE tal-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 u tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill 2022/330.

Ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “sors ta’ dħul” u “sors sostanzjali ta’ dħul” taħt l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 kif ukoll l-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill 2022/330 – Żnaturament tal-fatti u tal-provi – Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali u tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 TFUE – Applikazzjoni żbaljata tal-kriterju (g) għall-ħlas ta’ taxxi obbligatorji.

____________

1     ĠU 2022, L 87I, p. 44, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 67.

1     ĠU 2022, L 87I, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66.

1     ĠU 2022, L 239, p. 149.

1     ĠU 2022, L 239, p. 1.

1     ĠU 2023, L 75I, p. 134.

1     ĠU 2023, L 75I, p. 1.

1     Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16).

1     Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 50, p. 1).

1     Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64).

1     Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 51, p. 1).