Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-2 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra OE

(Kawża C-142/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Proċeduri kriminali kontra

OE

Domandi preliminari

L-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni ta’ ċediment ta’ persuna toħloq relazzjoni legali bejnu, l-Istat li jeżegwixxi u l-Istat rikjedenti b’tali mod li kull kwistjoni li titqies li ġiet iddeterminata b’mod finali f’dik id-deċiżjoni għandha titqies ukoll li ġiet iddeterminata għall-finijiet tal-proċedura għall-kisba ta’ kunsens għal prosekuzzjoni jew piena ulterjuri għal reati oħrajn?

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija li l-Artikolu 27 ma jeħtieġx dik l-interpretazzjoni, regola proċedurali nazzjonali tkun tikser il-prinċipju tal-effettività jekk din tkun topera b’mod li tipprekludi lill-persuna kkonċernata milli tinvoka, fil-kuntest tal-applikazzjoni għal kunsens, sentenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fil-perijodu wara l-ordni ta’ ċediment?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45