Language of document : ECLI:EU:T:2014:605





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 — Zanjani vs Il-Kunsill

(Kawża T‑155/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jwassal għal miżuri restrittivi kontra persuna jew entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data tal-komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-persuna interessata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Terminu li jibda jiddekorri fl-erbatax-il jum wara din il-pubblikazzjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 32-47)

2.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità — Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita — Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata — Att individwali li jirrigwarda restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni (Artikolu 277 TFUE) (ara l-punti 52‑54)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika intiż sabiex tinkiseb dikjarazzjoni li tikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 53)

4.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Portata tal-istħarriġ — Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 62, 63, 65, 74)

5.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Aġir li jikkorrispondi għal sostenn għal tali proliferazzjoni — Assenza (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 64, 67, 74-79 u d-dispożittivi 1, 2)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi ġodda li jinkriminaw — Portata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 65, 66, 68-74)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna interessata fl-istess waqt li jiġi adottat l-att li jikkawżalha preġudizzju, jew immedjatament wara — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew twettiq tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Portata (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 69-74)

8.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li jirrigwardaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Dħul fis-seħħ ta’ dan l-annullament mid-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew miċ-ċaħda tiegħu (Artikoli 264 TFUE u 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 80-86)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn inkludiet l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn inkluda l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, it-tieni nett, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1264/2012 sa fejn l-Artikolu 19(1)(b) u (c) tad-Deċiżjoni 2010/413 jiġi applikat għalih.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn inkludiet l-isem ta’ Babak Zanjani fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn inkluda l-isem ta’ B. Zanjani fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1264/2012 għandhom jibqgħu fis-seħħ f’dak li jikkonċerna lil B. Zanjani, sad-data tal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk appell ikun ġie ppreżentat f’dan it-terminu, sakemm jiġi miċħud dan l-appell.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn B. Zanjani.