Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 - AKKA/LAA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-414/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība (AKKA/LAA) (Riga, Latvja) (rappreżentanti: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 - CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 - CISAC) li jallega li 24 mill-assoċjazzjonijiet tas-CISAC1 stabbiliti fiż-ŻEE, inkluża r-rikorrenti, ħadu sehem fi prattika miftiehma "billi kkordinaw id-definizzjonijiet territorjali tal-ftehim ta' rappreżentanza reċiproka mogħtija lil xulxin b'mod li liċenzja tiġi limitata għat-territorju domestiku ta' kull collecting society."

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili jew identiċi għal dawk imqajmin fil-Kawża T-413/08.

____________

1 - Tirreferi għall-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet ta' Awturi u Kompożituri ("CISAC")