Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-18 ta’ Jannar 2021 – Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Ryanair DAC

(Kawża C-380/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenut: Ryanair DAC

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “persuna impjegata prinċipalment fit-territorju tal-Istat Membru li fih tirrisjedi”, li jinsab fil-punt 2(a)(ii) tal-Artikolu 14 [tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità 1 , kif emendat] jista’ jiġi interpretat b’mod analogu għal dak li (fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, ġurisdizzjonali u f’materji ta’ kuntratti individwali tax-xogħol [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali 2 ] il-punt 2(a) tal-Artikolu 19 [ta’ dan l-aħħar regolament] jiddefinixxi bħala l-“post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”, dejjem fis-settur tal-avjazzjoni u tal-persunal tal-ajru [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili 3 ], fid-dawl ta’ dak li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-motivazzjoni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

3     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 348.