Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 – Repsol vs UASI – Argiles (ELECTROLINERA)

(Kawża T-308/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Josep María Adell Argiles (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla u tiddikjara bħala mhux applikabbli d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 1565/2012-1 u, konsegwentement, tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komuntarja Nru 9 548 884 “ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 4, 27 u 39 li ġew miċħuda fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELECTROLINERA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 35, 37 u 39 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 548 884

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Josep María Adell Argiles

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ELECTROLINERA” għal prodotti fil-klassijiet 6, 9 u 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment, deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u, għaldaqstant, ċaħda iktar wiesgħa tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.