Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża F-67/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitkeċċa fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu u kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarjat tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ġunju 2013, u d-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill, tat-8 ta’ April 2014, li permezz tagħhom ir-rikorrent tkeċċa;jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ ammont ikkalkolat abbażi tar-remunerazzjoni mensili tiegħu bħala AST 3 (EUR 3 500) immultiplikata bin-numru ta’ xhur li jkunu għaddew bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u d-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża preżenti, bħala danni;jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 40 000 għad-dannu morali subit.jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċeduri.