Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Nordesta (APIAL)

(Kawża T-315/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: I. Miralles Llorca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nordesta GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APIAL – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 958 998.

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1560/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-għoti tat-trade mark tal-Unjoni Nru°17 958 998 APIAL għall-prodotti kollha fil-klassijiet 3, 4 u 5;

tikkundanna lill-EUIPO, u fil-każ li Nordesta GmbH tiddeċiedi tintervjeni f’dawn il-proċediementi, lil Nordesta GmbH, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________