Language of document : ECLI:EU:T:2021:422





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tas7 ta’ Lulju 2021 – Micron Technology vs EUIPO (INTELLIGENCE, ACCELERATED)

(Kawża T386/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTELLIGENCE, ACCELERATED – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 16)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 17, 18)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 19, 20)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali INTELLIGENCE, ACCELERATED

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 29, 31, 32, 38, 39, 44)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b) u (c))

(ara l-punt 49)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas‑6 ta’ April 2020 (Każ R 2873/2019‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INTELLIGENCE, ACCELERATED bħala trade mark tal-Unjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Micron Technology, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.