Language of document : ECLI:EU:T:2021:424





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat8 ta’ Lulju 2021 –
Mendes de Almeida vs IlKunsill

(Kawża T75/21)

“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Regolament (UE) 2017/1939 – Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inammissibbiltà”

1.      Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Pubblikazzjoni jew komunikazzjoni – Data li fiha l-att sar magħruf – Natura sussidjarja – Pubblikazzjoni – Kunċett

(Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE)

(ara l-punti 44, 54, 57)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Dekadenza – Applikazzjoni stretta tar-regoli tal-Unjoni

(ara l-punti 56, 66, 68)

3.      Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Data ta’ pubblikazzjoni jew ta’ notifika – Data li fiha l-att sar magħruf – Natura tardiva tar-rikors

(Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 59 u 60)

(ara l-punt 58)

4.      Proċedura ġudizzjarja – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Dekadenza – Żball skużabbli – Kunċett

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 45)

(ara l-punti 62, 63)

5.      Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni – Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Assenza

(Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 52(7))

(ara l-punt 67)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas‑27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2020, L 244, p. 18), sa fejn din taħtar lil Moreira Alves d’Oliveira Guerra Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala membru tal-persunal temporanju bil-grad AD 13 għal perijodu ta’ tliet snin mid‑29 ta’ Lulju 2020 li ma jistax jiġġedded.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura mħaffa.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba inċidentali mressqa mill-Kunsill.

4)

Ana Carla Mendes de Almeida hija kkundannata għall-ispejjeż.