Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 taʼ Mejju 2013 - Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon vs ECDC
(Kawża T-577/11)
("Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi ta' eżami sistematiku u ta' formulazzjoni ta' pariri ta' esperti dwar l-effikaċja f'termini ta' saħħa pubblika tat-tqegħid skont it-tip molekulari tal-aġenti patoġeni virali lill-ECDC - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt")
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Garipis, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: R. Trott, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u E. Bourtzalas, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECDC, tal-25 ta' Awwissu 2011, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti PROC/2001/041 li tikkonċerna l-provvista ta' servizzi ta' eżami sistematiku u ta' formulazzjoni ta' pariri ta' esperti dwar l-effikaċja f'termini ta' saħħa pubblika tat-tqegħid skont it-tip molekulari tal-aġenti patoġeni virali (ĠU 2011/S 109-179084).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).
____________1 - ĠU C 25, 28.01.2012.