Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-6 taʼ Mejju 2013 — Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon vs ECDC
(Kawża T‑577/11)
“Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ eżami sistematiku u ta’ formulazzjoni ta’ pariri ta’ esperti dwar l-effikaċja f’termini ta’ saħħa pubblika tat-tqegħid skont it-tip molekulari tal-aġenti patoġeni virali lill-ECDC — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”
1. Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE u 266 TFUE) (ara l-punt 12)
2. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 16, 19)
3. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, li ma tintgħażilx offerta — Komunikazzjoni immedjata tar-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-kandidatura ta’ offerent li ma ntgħażilx u provvista, fuq talba, ta’ informazzjoni addizzjonali dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 21‑25)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECDC, tal-25 ta’ Awwissu 2011, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PROC/2001/041 li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi ta’ eżami sistematiku u ta’ formulazzjoni ta’ pariri ta’ esperti dwar l-effikaċja f’termini ta’ saħħa pubblika tat-tqegħid skont it-tip molekulari tal-aġenti patoġeni virali (ĠU 2011/S 109‑179084). |
Dispożittiv
2) | | Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). |