Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Regeringsträtten, l-Iżvezja) - Skatteverket vs A

(Kawża C-101/05)1

(Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjoni fuq il-moviment ta' kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi - Taxxa fuq id-dħul minn kapital - Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru taż-ŻEE - Eżenzjoni - Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita f'pajjiż terz - Eżenzjoni suġġetta għall-eżistenza ta' konvenzjoni fiskali li tipprovdi għal skambju ta' informazzjoni - Effettività tal-kontrolli fiskali)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: A

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Regeringsrätten - Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 56 KE u 58 KE - Tassazzjoni, imposta fuq persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru, ta' dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat terz - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżenzjoni mit-taxxa ta' dividendi bħal dawn għall-eżistenza ta' konvenzjoni fiskali ma' l-Istat terz li tkun tinkludi klawżola dwar l-iskambju ta' informazzjoni.

Dispożittiv

L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mid-dividendi, imqassma taħt forma ta' azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja, tista' tingħata biss jekk il-kumpannija distributriċi tkun stabbilita fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fi Stat li miegħu tkun ġiet konkluża konvenzjoni li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni ma' l-Istat Membru li jimponi t-taxxa, meta din l-eżenzjoni tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li l-ħarsien tagħhom ma jistax jiġi vverifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat Membru ħlief billi jiksbu l-informazzjoni mingħand l-Istat fejn tkun stabbilita l-kumpannija distributriċi.

____________

1 - ĠU C 106, 30.04.2005