Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2022 – CK vs Familienkasse Bayern Nord
(Kawża C-284/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Nürnberg.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CK
Konvenut: Familienkasse Bayern Nord
Domanda preliminari
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 1 (ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 18, 21 u 45 TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ħaddiem migrant ma huwiex intitolat jirċievi benefiċċji tat-tfal fil-Ġermanja f’sitwazzjoni fejn dan il-ħaddiem migrant ikollu dħul li huwa suġġett għat-taxxa Ġermaniża fuq id-dħul mingħajr ma jkollu relazzjoni ta’ assigurazzjoni obbligatorja mal-Bundesagentur für Arbeit (l-Aġenzija Federali tax-Xogħol) u f’sitwazzjoni fejn l-obbligu tiegħu li jħallas taxxa fuq id-dħul ma huwiex limitat għall-Ġermanja?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.