Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Frar 2013 - EuroChem MCC vs Il-Kunsill

(Kawża T-459/08) 

["Dumping - Importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja - Talba għal reviżjoni interim parzjali- Reviżjoni skont l-iskadenza ta' miżuri - Valur normali - Prezz tal-esportazzjoni - Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EuroChem Mineral u Chemical Company OAO (EuroChem MCC) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren u B. Evtimov, avukati, sussegwentement B. Evtimov u D. O'Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, megħjuna inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement minn G. Berrisch)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : H. Van Vliet u M. França, aġenti); u Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. O'Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, tat-8 ta' Lulju 2008, li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 185, p. 1)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

EuroChem Mineral and Chemical Company OAO (EuroChem MCC) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Fertilizers Europe.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008.