Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – Ayadi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-527/09 RENV)1

[“Rinviju wara annullament - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk tal-Al Qaida u t-Taliban – Regolament (KE) nru°881/2002 – Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tal-Ġnus Magħquda –Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tidher fl-anness I tar-Regolament (KE) nru 881/2002 – Rikors għal annullament – Drittijiet fundamentali – Drittijiet għad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għar-rispett tal-proprjetà”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chafiq Ayadi (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H. Miller, solicitor, P. Moser, QC, E. Grieves, barrister, u R. Graham, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta, T. Scharf u M. Konstantinidis, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit inizjalment minn E. Regan u N. Travers, SC, sussegwentement minn N. Travers); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2009, li emenda għall-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti peresuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it- Taliban (ĠU L 269, p.20), safejn jikkonċerna lir-rikorrent.DispożittivIr-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda ghll-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti peresuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it- Taliban, huwa annullat safejn dan jikkonċerna Chafiq Ayadi.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Ayadi kif ukoll dawk is-somom mħallsa mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-għajnuna legali.L-irlanda u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.