Language of document : ECLI:EU:T:2015:205





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ April 2015 –

Ayadi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑527/09 RENV)

“Rinviju wara annullament ‑ Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk tal-Al Qaida u t-Taliban – Regolament (KE) nru°881/2002 – Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tal-Ġnus Magħquda –Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tidher fl-anness I tar-Regolament (KE) nru 881/2002 – Rikors għal annullament – Drittijiet fundamentali – Drittijiet għad-difiża ‑ Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għar-rispett tal-proprjetà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv li jista’ jitqajjem fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 44)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta' motivi ġodda fil-mori tal-kawża –Estensjoni ta’ motiv imressaq preċedentement – Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 45)

3.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Regolament li jimponi miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban – Portata tal-istħarriġ (Regolament tal-Kunsill Nru 881/2002, Anness I; Regolament tal-Kummissjoni Nru 954/2009) (ara l-punti 62-71)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2009, li emenda għall-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it-Taliban (ĠU L 269, p.20), safejn jikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda ghll-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti peresuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it-Taliban, huwa annullat safejn dan jikkonċerna Chafiq Ayadi.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Ayadi kif ukoll dawk is-somom mħallsa mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-għajnuna legali.

3)

L-Irlanda u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.