Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Diċembru 2009 - PAKI Logistics vs UASI (PAKI)

(Kawża T-526/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PAKI Logistics GmbH (Ennepetal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bergermann, P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt u J. Vogtmeier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-23 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R-180/2007-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PAKI" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 20, 37 u 39 (Applikazzjoni Nru 4 790 895)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: żball ta' liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009 1, flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess regolament, għaliex it-trade mark li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha ma tiksirx prinċipji ta' ordni pubbliku

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)