Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 - Nycomed Danmark vs EMA

(Kawża T-52/09) 

("Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Applikazzjoni għal deroga mill-obbligu li jiġi ppreżentat pjan ta' investigazzjoni pedjatrika − Deċiżjoni ta' ċaħda tal-EMA − Użu ħażin ta' poter")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nycomed Danmark ApS (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment C. Schoonderbeek u H. Speyart van Woerden, avukati, sussegwentement C. Schoonderbeek)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u P. Antunes, aġenti); ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u C. Pochet, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski u H. Walker, aġenti, assistiti minn J. Stratford, barrister); ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A. Adam, R. Loosli Surrans u J.-S. Pilczer, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tat-28 ta' Novembru 2008, li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti intiża għall-għoti ta' deroga speċifika fir-rigward tal-perflubutan skont ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nycomed Danmark ApS hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 82, 04.04.2009.