Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Diċembru 2023 – The Mochi Ice Cream Company vs EUIPO (my mochi)

(Kawża T-189/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva my mochi – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Slogan ta’ reklamar – Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Mochi Ice Cream Company LLC (Vernon, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Zalewska-Orabona, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Jannar 2023 (Każ R 1684/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess..

____________

1     ĠU C 189, 30.5.2023.