Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Pierre Balmain vs EUIPO – Story Time (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina)

(Kawża T-564/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra b’tikek – Raġuni relattiva għal rifjut – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Balmain (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. M. Iglesias Monravá u S. Mainar Roger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Story Time sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 96/2022-4).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 96/2022-4) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Pierre Balmain.

____________

1     ĠU C 424, 7.11.2022.