Language of document : ECLI:EU:T:2011:434





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2011 – Meredith vs UASI (BETTER HOMES AND GARDENS)

(Kawża T-524/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETTER HOMES AND GARDENS – Raġuni assoluta għal rifjut – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23, 24)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2009 (Każ R 517/2009‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BETTER HOMES AND GARDENS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Meredith Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.