Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 - CPS Color Group vs UASI - Fema Farben und Putze (TEMACOLOR)

(Kawża T-295/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CPS Color Group Oy (Vantaa, Il-Finlandja) (rappreżentant: P. Hagman. avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Fema Farben und Putze GmbH (Ettlingen, Il-Ġemanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 808/2007-1; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "TEMACOLOR" għal prodotti fil-klassi 2

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Nru ta' reġistrazzjoni 2 104 061 għat-trade mark Ġermaniża verbali "FEMA-Color" għal prodotti fil-klassi 2; Nru ta' reġistrazzjoni 691 406 għat-trade mark internazzjonali verbali "FEMA-Color" għal prodotti fil-klassi 2

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fl-intier

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade marks kunfliġġenti jagħtu lok għal konfużjoni billi jixtiebħu, bi ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.

____________