Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – Del Valle Ruíz et vs SRB

(Kawża T-302/20, T-303/20 u T-307/20) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español – Deċiżjoni tas-SRB li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni – Dritt għall-proprjetà – Dritt għal smigħ – Dritt għal rimedju effettiv – Valutazzjoni tad-differenza fit-trattament – Indipendenza tal-evalwatur”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-302/20 : Antonio Del Valle Ruíz (Mexico, il-Messiku) u 36 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, (rappreżentanti : B. Fernández García, J. Álvarez González u P. Rubio Escobar, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-303/20 : José María Arias Mosquera (Madrid, Spanja) u 28 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, (rappreżentanti : B. Fernández García, J. Álvarez González u P. Rubio Escobar, avukati)

Rikorrent fil-kawża T-307/20 : Calatrava Real State 2015, SL (Madrid) (rappreżentanti : B. Fernández García, J. Álvarez González u P. Rubio Escobar, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti : M. Fernández Rupérez, A. Lapresta Bienz, L. Forestier u J. Rius Riu, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, V. Del Pozo Espinosa de los Monteros u L. Hesse, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-302/20 : Aeris Invest Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti : R. Vallina Hoset u M. Varela Suárez, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-kawżi magħquda T-302/20, T-303/20 u T-307/20 : Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti : A. Gavela Llopis, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2020/52 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), tas-17 ta’ Marzu 2020, intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk għandux jingħata kumpens għad-danni lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni implimentati fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Fil-Kawża T-302/20, Antonio Del Valle Ruíz u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, fil-Kawża T-303/20, José María Arias Mosquera u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness u, fil-Kawża T-307/20, Calatrava Real State 2015, SL, huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Aeris Invest Sàrl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.