Language of document : ECLI:EU:F:2009:52

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL

GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

4 ta’ Ġunju 2009

Kawża F-142/07

Magdalena Kaminska

vs

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEFA, li bih M. Kaminska, membru tal-persunal awżiljarju fil-Kumitat tar-Reġjuni mis-16 ta’ Awwissu 2004 sat-30 ta’ Novembru 2004, sussegwentement membru tal-persunal temporanju fi ħdan din l-istess istituzzjoni mill-31 ta’ Diċembru 2004 sal-31 ta’ Awwissu 2005 u, sussegwentement, mis-16 ta’ April 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007, titlob, essenzjalment, il-benefiċċju tal-allowance ta’ kuljum previst fl-Artikolu 25 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej, allowance li ġie rrifjutat lilha għal parti mill-perijodu li matulu hija kienet membru tal-persunal temporanju fi ħdan l-imsemmija istituzzjoni.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑142/07, Kaminska vs Il-Kumitat tar-Reġjuni, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jħallas somma fissa ta’ EUR 11 000 lir-rikorrenti, li tirrinunzja bħala korrispettiv għal kwalunkwe pretensjoni, inkluż dik dwar l-ispejjeż. Qed jiġi stabbilit li r-rikorrenti tirrinunzja wkoll għall-eżekuzzjoni tad-digriet tal-President tal-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-27 ta’ Novembru 2008, Kaminska vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (F‑142/07 AJ), li tatha parzjalment il-benefiċċju tal-għajnuna legali.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 69 u 74)