Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Settembru 2010 - Da Silva Pinto Branco vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-52/09) 1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Uffiċjal bi prova - Tkeċċija wara l-perijodu ta' prova - Drittijiet tad-difiża - Evalwazzjoni tal-abilitajiet - Stħarriġ ġudizzjarju)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Delfina Da Silva Pinto Branco (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Erniquin u C. Defago, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentant: M. A. V. Placco, aġent)

Suġġett

L-ewwel nett, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti titkeċċa. It-tieni nett, it-talba li tiġi nnominata uffiċjal jew, sussidjarjament li terġa' titpoġġa fil-funzjonijiet tagħha bħala uffiċjal taħt prova. Fl-aħħar nett, it-talba għall-ħlas ta' kumpens għad-danni morali sostnuti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

D. Da Silva Pinto Branco hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009, p. 16.