Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta' Ġunju 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Aċċess tal-amministrazzjoni għar-residenza ta' uffiċjal ipprovduta lilu minn min kien jimpjegah - Rispett tad-domiċilju u tal-ħajja privata)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, sussegwentement G. Cipressa u L. Mansullo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa, kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-fatt li membri tal-persunal tal-Kummissjoni daħlu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f'Luanda fit-8 ta' April 2002 u, min-naħa l-oħra, in-notifika tal-kopji tar-ritratti meħuda f'dik l-okkażjoni u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relatata ma' dan l-avveniment.
Dispożittiv
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil L. Marcuccio s-somma ta' EUR 5 000.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Settembru 2008, inkwantu ċaħdet it-talba ta' L. Marcuccio tal-24 ta' April 2008, intiża għan-notifika tar-ritratti, għall-qerda tagħhom u għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar din il-qerda, hija annullata.
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż ta' L. Marcuccio.
L. Marcuccio għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.
____________1 - ĠU C 205, 29.8.2009, p. 48.