Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża F-40/15) 1

(Servizz pubbliku – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Interess ġuridiku –Evalwazzjonijiet analitiċi inqas favorevoli – Riferiment lill-Kumitat tar-Rapporti – Modifika mit-tieni evalwatur ta’ ċerti evalwazzjonijiet li ma taffettwax l-evalwazzjoni globali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: FV (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u A. Guillerme, avukati, sussegwentement L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2013.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

FV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 178, 1.6.2015, p. 27.