Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Constitucional (il-Portugall) fit-3 ta’ Marzu 2021 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs VectorImpacto – Automóveis Unipessoal Lda
(Kawża C-136/21)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Constitucional
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira
Konvenut: VectorImpacto – Automóveis Unipessoal Lda
Domanda preliminari
L-Artikolu 110 TFUE, moqri waħdu jew flimkien mal-Artikolu 191 TFUE, b’mod partikolari mal-paragrafu 2 tiegħu, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola tad-dritt nazzjonali li teskludi l-komponent ambjentali fl-applikazzjoni tat-tnaqqis assoċjat mad-deprezzament kummerċjali medju tal-vetturi fis-suq nazzjonali għat-taxxa applikata fuq vetturi użati b’numri ta’ reġistrazzjoni definittivi Komunitarji allokati minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, b’tali mod li jippermetti li l-valur hekk ikkalkolat ikun ogħla minn dak li jirrigwarda vetturi użati nazzjonali ekwivalenti?
____________