Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ġunju 2008 - Dow AgroSciences et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/07 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/44/KEE - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza )

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, Hertfordshire, ir-Renju Unit); Dow AgroSciences LLC (Indianapolis, Indiana, l-Istati Uniti); Dow AgroSciences (Mougins, Franza); Dow AgroSciences Export (Mougins); Dow AgroSciences BV (Hoek, l-Olanda); Dow AgroSciences Hungary kft (Budapest, l-Ungerija); Dow AgroSciences Italia Srl (Milan, l-Italja); Dow AgroSciences Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); Dow AgroSciences Iberica, SA (Madrid, Spanja); Dow AgroSciences s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Dow AgroSciences Danmark A/S (Kongens Lyngby, id-Danimarka); Dow AgroSciences GmbH (Munich, il-Ġermanja); Dintec Agroquímica - Produtos Químicos, Lda (Funchal, Madeira, il-Portugall); Finchimica SpA (Brescia, l-Italja); (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty uL. Parpala, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, ta' l-20 ta' Settembru 2007, dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 255, p.42) sa ma tingħata d-deċiżjoni tal-kawża prinċipali.

Dispożittiv

1.    It-talba ta' proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2.    L-ispejjeż huma rriżervati.

____________