Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2007 - Cofra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-477/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cofra srl (Barletta, l-Italja) (rappreżentant: M. A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007, SG/E/3/MIB/mbp D(2007) 8992;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-417/07 Lodato Gennaro & Co.

____________