Language of document : ECLI:EU:C:2021:974

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA

ippreżentati fit‑2 ta’ Diċembru 2021 (1)

Kawża C156/21

LUngerija

vs

IlParlament Ewropew u

IlKunsill talUnjoni Ewropea

“Rikors għal annullament – Artikolu 151(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kwistjoni proċedurali – Talba għall-irtirar ta’ dokument – Opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill – Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 – Sistema ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni – Protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt fi Stat Membru – Bażi legali tar-Regolament 2020/2092 – Artikolu 322(1)(a) TFUE – Ksur tal-Artikolu 7 TUE u tal-Artikolu 269 TFUE – Ksur tal-Artikolu 4(1) TUE, tal-Artikolu 5(2) TUE u tal-Artikolu 13(2) TUE – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istati Membri – Prinċipju ta’ proporzjonalità”






1.        F’dan ir-rikors (2), ippreżentat skont l-Artikolu 263 TFUE, l-Ungerija prinċipalment titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 (3) u, sussidjarjament, uħud mill-artikoli tiegħu.

2.        Fir-rikors, li r-rilevanza kostituzzjonali tiegħu ma tistax tiġi miċħuda, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddetermina jekk ir-Regolament 2020/2092, li jintroduċi mekkaniżmu għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt mill-Istati Membri marbutin mal-implimentazzjoni baġitarja, ġiex adottat fuq bażi legali xierqa u jekk huwiex kompatibbli ma’ diversi dispożizzjonijiet tad-dritt primarju, b’mod partikolari, mal-Artikolu 7 TUE.

3.        Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tattribwixxi r-rikors lis-seduta plenarja, bħala l-qorti xierqa sabiex tiddeċiedi l-kawżi li huma ta’ “importanza eċċezzjonali” (l-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja).

I.      Ilkuntest ġuridiku

A.      Iddritt primarju

4.        L-Artikolu 7 TUE jipprovdi li:

“1.      Fuq proposta motivata minn terz ta’ l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’ maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.

Il-Kunsill għandu jivverifka regolarment jekk il-motivi li għalihom tkun saret il-kostatazzjoni għadhomx validi.

2.      Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta ta’ terz ta’ l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu.

3.      Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċidi li jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta’ l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.

L-obbligi ta’ l-Istat Membru inkwistjoni kif joħorġu mit-Trattati jibqgħu jorbtu fuq dak l-Istat.

4.      Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’, sussegwentement, ibiddel jew iħassar il-miżuri li jkunu ttieħdu taħt il-paragrafu 3 minħabba tibdil fis-sitwazzjoni li tkun wasslet sabiex dawn ikunu ttieħdu.

5.      L-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta’ dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill, huma stabbiliti fl-Artikolu 354 [TFUE]”.

5.        Skont l-Artikolu 269 TFUE:

“Il-Qorti tal-Ġustizzja m’għandhiex tkun kompetenti li tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skond l-Artikolu 7 [TUE] ħlief fuq talba ta’ l-Istat Membru suġġett għall-kostatazzjoni tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill, u biss fir-rigward tad-dispożizzjonijiet proċedurali previsti f’dak l-Artikolu.

Din it-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ tali kostatazzjoni. Il-Qorti għandha tiddeċiedi fi żmien xahar mid-data ta’ dik it-talba”.

6.        Skont l-Artikolu 322(1)(a) TFUE:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-Qorti ta’ l-Awdituri għandhom jadottaw, permezz ta’ regolament:

a)      ir-regoli finanzjarji li jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet”.

B.      IrRegolament 2020/2092

7.        Skont l-Artikolu 1 (“Suġġett”):

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri”.

8.        Skont l-Artikolu 2 (“Definizzjonijiet”):

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)      ‘l-istat tad-dritt’ tirreferi għall-valur tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 2 TUE. Dan jinkludi l-prinċipji ta’ legalità li jimplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralistiku għat-tfassil tal-liġijiet [li huwa suġġett għal obbligu ta’ rendikont]; taċ-ċertezza legali; tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja, minn qrati indipendenti u imparzjali, anke fir-rigward tad-drittijiet fundamentali; tas-separazzjoni tas-setgħat; u n-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi. L-istat tad-dritt għandu jinftiehem fid-dawl tal-valuri u l-prinċipji l-oħra tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 TUE

[…]”.

9.        L-Artikolu 3 (“Ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt”) jistipula li:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn li ġejjin jistgħu jkunu indikattivi ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt:

(a)      it-tqiegħed f’periklu tal-indipendenza tal-ġudikatura;

(b)      in-nuqqas milli jiġu impediti, ikkoreġuti jew issanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta’ riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom jew in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta’ interess;

(c)      il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta’ regoli proċedurali restrittivi u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ sentenzi, jew il-limitazzjoni ta’ investigazzjonijiet, ta’ prosekuzzjoni u ta’ sanzjonar effettivi ta’ ksur tal-liġi”.

10.      L-Artikolu 4 (“Kondizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri”) jipprovdi li:

“1.      Għandhom jittieħdu miżuri xierqa fejn ikun stabbilit skont l-Artikolu 6 li ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett.

2.      Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandu jikkonċerna wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)      il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, inkluż self jew strumenti oħrajn iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni b’mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri għal għotjiet;

(b)      il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar, u l-funzjonament xieraq ta’ sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta’ rendikont;

(c)      il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(d)      l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta’ azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c);

(e)      il-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta’ pieni effettivi u dissważivi fuq ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;

(f)      l-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament;

(g)      il-kooperazzjoni effettiva u f’waqtha mal-OLAF u, soġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, mal-UPPE fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet tagħhom skont l-atti tal-Unjoni applikabbli f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera;

(h)      sitwazzjonijiet jew imġiba oħra ta’ awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni”.

11.      L-Artikolu 5 (“Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni”) jindika li:

“1.      Dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati, jistgħu jiġu adottati miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament:

[…]

(b)      meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju:

(i)      sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar, jew emendar tagħha;

(ii)      sospensjoni tal-impenji;

(iii)      tnaqqis tal-impenji, inkluż permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji jew trasferimenti għal programmi ta’ nfiq oħrajn;

(iv)      tnaqqis fil-prefinanzjament;

(v)      interruzzjoni tal-iskadenzi tal-pagamenti;

(vi)      sospensjoni tal-pagamenti.

2.      Sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor, l-impożizzjoni ta’ miżuri xierqa ma għandhiex taffettwa l-obbligi tal-entitajiet governattivi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew tal-Istati Membri msemmija f’punt (b) tal-paragrafu 1 li jimplimentaw il-programm jew il-fond affettwat mill-miżura, u b’mod partikolari l-obbligi li għandhom lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, inkluż l-obbligu li jagħmlu pagamenti skont dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għas-settur jew finanzjarji applikabbli. Meta jimplimentaw fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri kkonċernati mill-miżuri adottati skont dan ir-Regolament għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-konformità tagħhom ma’ dawk l-obbligi kull tliet xhur mill-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk kienx hemm konformità mal-liġi applikabbli u, fejn meħtieġ, tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi l-baġit tal-Unjoni, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji.

3.      Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati. Huma għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tal-impatt reali jew potenzjali tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. In-natura, it-tul ta’ żmien, il-gravità u l-ambitu tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandhom jitqiesu kif xieraq. Il-miżuri għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikollhom fil-mira l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati mill-ksur.

4.      Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali dwar l-obbligi mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta’ sit web jew portal fuq l-Internet. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq l-istess sit web jew portal fuq l-Internet, għodod adegwati għar-riċevituri jew għall-benefiċjarji finali biex dawn jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta’ dawn l-obbligi li, fil-fehma ta’ dawn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, jaffettwahom direttament […].

5.      Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha kollu biex tiżgura li kwalunkwe ammont dovut mill-entitajiet tal-gvern jew mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu effettivament jitħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali […]”.

12.      L-Artikolu 6 (“Proċedura”) jistabbilixxi li:

“1.      Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet validi biex tqis li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 huma ssodisfati, hija għandha, sakemm ma tqisx li proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jippermettulha tipproteġi l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv, tibgħat notifika bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat, fejn tistabbilixxi l-elementi fattwali u r-raġunijiet speċifiċi li fuqhom huma bbażati s-sejbiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar din in-notifika u l-kontenut tagħha.

[…]

9.      Meta l-Kummissjoni tqis li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4 huma ssodisfati u li l-miżuri ta’ rimedju, jekk ikun hemm, proposti mill-Istat Membru skont il-paragrafu 5, ma jindirizzawx adegwatament is-sejbiet fin-notifika tal-Kummissjoni, hija għandha tippreżenta proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar il-miżuri xierqa lill-Kunsill fi żmien xahar minn meta tirċievi l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru jew, f’każ li ma ssir ebda osservazzjoni, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mill-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 7. Il-proposta għandha tippreżenta r-raġunijiet speċifiċi u l-evidenza li fuqhom il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha.

10.      Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahar minn meta jirċievi l-proposta tal-Kummissjoni. Jekk jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali, il-perijodu għall-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ xahrejn. Bil-ħsieb li tiġi żgurata deċiżjoni f’waqtha, il-Kummissjoni għandha tuża d-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 237 TFUE, fejn tqis li dan ikun xieraq.

11.      Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda l-proposta tal-Kummissjoni u jadotta t-test emendat permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni”.

C.      Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (4)

13.      L-Artikolu 4 (“Eċċezzjonijiet”) jipprovdi li:

“[…]

2.      L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’:

[…]

–      proċedimenti fil-qrati u pariri legali,

[…]

jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.

3.      Aċċess għad-dokument, miktub minn instituzzjoni għall-użu intern jew irċevut minn instituzzjoni, dwar kwistjoni fejn id-deċiżjoni ma ttiħditx mill-istituzzjoni, għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni, jekk m’hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.

Aċċess għad-dokument li fih opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernat għandu jiġi rifjutat anke wara li tittieħed id-deċiżjoni jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni, jekk m’hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.

[…]”

II.    Ilproċedura quddiem ilQorti talĠustizzja

14.      Fit-talba tagħha, l-Ungerija titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja (5) jogħġobha:

–      Tħassar ir-Regolament 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

–      Inkella, tħassar id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament 2020/2092: l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(2)(h); l-Artikolu 5(2) u s-sentenza ta’ qabel tal-aħħar u dik tal-aħħar tal-Artikolu 5(3); u l-Artikolu 6(3) u (8).

–      Tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal‑Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

15.      Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad ir-rikors u tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

16.      Fit‑12 ta’ Mejju 2021, il-Parlament talab li l-kawża tiġi deċiża skont l-Artikolu 133 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (proċedura mħaffa), talba li l-President tal-Qorti tal-Ġustizzja aċċetta fid‑9 ta’ Ġunju 2021.

17.      Fit‑12 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill talab lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’konformità mal-Artikolu 151(1) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex la tikkunsidra ċerti siltiet mit-talba tal-Ungerija u lanqas mill-Anness A.3 tagħha, għaliex jirriproduċu jew jagħmlu riferiment għal opinjoni mhux ippubblikata tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill. Fid‑29 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, skont il-punt 5 ta’ dan l-artikolu, li din il-kwistjoni għandha tiġi deċiża, flimkien mal-mertu, fis-sentenza.

18.      Fis-seduta, miżmuma quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’seduta plenarja fil‑11 u fit‑12 ta’ Ottubru 2021, intervjenew l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tar-Renju tal-Belġju, tar-Renju tad-Danimarka, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tal-Irlanda, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja.

19.      Fil-konklużjonijiet tiegħi, qabelxejn ser nindirizza l-kwistjoni ta’ proċedura mqajma mill-Kunsill. Iktar ’il quddiem, ser nesponi l-kuntest ġuridiku li fih ġie mfassal u adottat ir-Regolament 2020/2092. Finalment, ser nikkunsidra d-disa’ motivi għal annullament invokati mill-Ungerija.

III. Kwistjoni proċedurali

20.      Il-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex “ma tikkunsidrax is-siltiet tat-talba u tal-annessi tagħha, b’mod partikolari l-Anness A.3, li jagħmlu riferiment għal, jirriproduċu l-kontenut jew jirriflettu l-analiżi mwettqa fl-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill (dokument 13593/18 tal-Kunsill) [iktar ’il quddiem, l-‘opinjoni’] tal‑25 ta’ Ottubru 2018 u, b’mod partikolari, is-siltiet [tal-punti 21, 22, 164 u 166]”.

21.      L-Ungerija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċħad it-talba tal-Kunsill u, minflok, tordnalu jipproduċi l-opinjoni.

22.      Għandi nibda billi niċċara l-fatt li l-Kunsill ma huwiex qiegħed jitlob l-irtirar ta’ opinjoni li l-Ungerija sempliċement ma inkludietx bħala tali fit-talba tagħha. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jitkellem dwar l-irtirar ta’ dokument li ma ddaħħalx fil-proċess. It-talba tal-Kunsill hija limitata, bħalma jirriżulta mill-formulazzjoni tat-talba tiegħu skont l-Artikolu 151 tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex ma jittiħdux inkunsiderazzjoni s-siltiet tat-talba u tal-annessi tagħha li jirriproduċu jew jagħmlu riferiment għall-imsemmija opinjoni.

23.      L-opinjoni hija disponibbli għall-Istati kollha tal-Unjoni, kif ukoll għall-Kummissjoni, fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-Kunsill jew ta’ parteċipanti fil-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament 2020/2092.

24.      L-eżistenza tal-opinjoni kienet ukoll ġiet żvelata mill-istampa (6) u l-kontenut tagħha huwa aċċessibbli fuq l-internet. Madankollu, il-Kunsill iddeċieda li jżomm in-natura kunfidenzjali tagħha u ċaħad xi talbiet ta’ aċċess ippreżentati abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, iżda ppubblika biss il-punti 1 sa 8 tal-opinjoni (7).

25.      Għaldaqstant, tinħoloq kontradizzjoni fejn il-partijiet kollha għal din il-proċedura kellhom aċċess leġittimu għad-dokument u hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja li uffiċjalment ma tafx b’dan. F’dan il-kuntest, it-talba tal-Kunsill hija pjuttost sorprendenti (8) u ma tikkorrispondix għall-każijiet klassiċi ta’ rtirar ta’ dokumenti ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għalihom tagħmel riferiment il-ġurisprudenza tagħha.

26.      Fit-talba tal-Ungerija u fl-annessi tagħha hemm:

–      ir-riproduzzjoni ta’ silta tal-opinjoni, fil-punt 4 tad-dokument miġbur fl-Anness 3, intitolat Non-paper from Hungary dwar il-proposta tal-Kummissjoni, tad‑9 ta’ Novembru 2018, li kienet fl-oriġini tar-Regolament 2020/2092;

–      riferimenti għall-opinjoni li jidhru li qegħdin jirriproduċu l-kontenut tagħha, iżda li ma nistax niddetermina jekk jirriflettux l-opinjoni letteralment jew jekk humiex riformulazzjoni min-naħa tal-Ungerija (punti 22 u 164 tat-talba, kif ukoll il-paragrafi 2 sa 7 u 9 tal-Anness 3); u

–      riferimenti sempliċi għall-opinjoni, fil-kuntest ta’ argumenti speċifiċi tal-Ungerija (punti 21 u 166 tat-talba).

27.      Qabel ma nindirizza l-mertu tal-kwistjoni ta’ proċedura, inqis li huwa xieraq li nistabbilixxi r-regoli u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-aċċess, l-iżvelar u l-invokazzjoni quddiem qorti tad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari, tal-opinjonijiet tas-servizzi ġuridiċi tagħha.

A.      Regoli dwar laċċess u linvokazzjoni quddiem qorti ta’ dokumenti talistituzzjonijiet talUnjoni

28.      L-aċċess tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni huwa rregolat fir-Regolament Nru 1049/2001. L-għan tiegħu huwa li jiżgura l-iktar aċċess wiesa’ possibbli u, għaldaqstant, l-Artikolu 2(1) tiegħu jistabbilixxi, bħala prinċipju ġenerali, id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-Unjoni, għalkemm suġġett għal ċerti kundizzjonijiet u limiti (9).

29.      L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, riprodott iktar ’il fuq, jistabbilixxi s-sistema ta’ eċċezzjonijiet applikabbli għad-dritt ta’ aċċess, aġġustata minħabba l-eżistenza ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat. Fost dawn l-eċċezzjonijiet tinsab iċ-ċaħda tal-aċċess għad-dokumenti:

–      li l-iżvelar tagħhom jippreġudika l-protezzjoni tal-“proċedimenti fil-qrati u pariri legali, […] jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar” tagħhom;

–      imfassla “minn instituzzjoni għall-użu intern jew irċevut[i] minn instituzzjoni, dwar kwistjoni fejn id-deċiżjoni ma ttiħditx mill-istituzzjoni, […] jekk l-iżvelar tad-dokument[i] serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni, jekk m’hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar” tagħhom.

30.      Ir-Regolament Nru 1049/2001 japplika biss għat-talbiet ta’ aċċess ippreżentati minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, iżda mhux mill-Istati Membri. Fil-każ ta’ atti leġiżlattivi tal-Kunsill, l-Istati Membri, loġikament, għandhom disponibbli d-dokumenti ġġenerati minn din l-istituzzjoni.

31.      Madankollu, fir-rigward tal-iżvelar jew il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti ta’ natura ristretta, l-Istati Membri għandhom jitolbu awtorizzazzjoni li, sa fejn huwa kkonċernat il-Kunsill, hija prevista fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (10). L-Anness II ta’ dawn ir-regoli fih ir-regoli speċifiċi tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tiegħu, li jagħmlu riferiment għar-Regolament Nru 1049/2001 (11).

32.      Ir-riferiment għar-regoli tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa kkomplementat mil-linji gwida dwar l-ipproċessar tad-dokumenti interni tal-Kunsill (12). Il-punt 5 ta’ dawn il-linji gwida jistipula li d-dokumenti mmarkati bħala “LIMITE” huma meqjusa li huma koperti mill-obbligu tas-sigriet professjonali, skont l-Artikolu 339 TFUE u l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, u għaldaqstant għandhom jiġu pproċessati skont il-leġiżlazzjoni korrispondenti tal-UE, u b’mod partikolari, ir-Regolament Nru 1049/2001.

33.      Fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti “LIMITE”, il-punti 20 sa 22 tal-linji gwida tal-Kunsill jagħmlu l-pubblikazzjoni tagħhom suġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kunsill (13).

B.      Ġurisprudenza dwar, b’mod partikolari, laċċess għallopinjonijiet tasservizzi ġuridiċi talistituzzjonijiet u għallinvokazzjoni tagħhom quddiem qorti

34.      Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat l-iktar madwar każijiet li fihom il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jitolbu aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet u fejn dawn it-talbiet ġew miċħuda.

35.      Fil-kuntest ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja applikat u interpretat ir-Regolament Nru 1049/2001 f’dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, it-talbiet ta’ aċċess għall-opinjonijiet ġuridiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-regolament għandu “ċertu valur indikattiv fil-kuntest tal-ponderazzjoni tal-interessi meħtieġa sabiex tingħata deċiżjoni” dwar it-talbiet għall-irtirar ta’ dokumenti f’kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (14).

36.      Għall-Qorti tal-Ġustizzja “ikun kuntrarju għall-interess pubbliku [rifless fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001], li l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-pariri tas-servizz legali tagħhom, mogħtija b’indipendenza sħiħa, jekk jiġi aċċettat li l-produzzjoni ta’ tali dokumenti interni tista’ sseħħ fil-kuntest ta’ tilwima quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-imsemmija produzzjoni mill-istituzzjoni kkonċernata jew mingħajr ordni għal tali produzzjoni minn din il-qorti […]” (15).

37.      F’din il-linja, l-għan tal-eċċezzjoni dwar il-parir legali, prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa “sabiex tħares l-interess ta’ istituzzjoni sabiex titlob pariri legali u sabiex tirċievi pariri sinċieri, oġġettivi u kompluti” (16).

38.      L-eżami li għandu jwettaq il-Kunsill fl-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni, li għandha tiġi interpretata b’mod strett (17), jitwettaq fi tliet stadji u l-proċess tiegħu huwa spjegat fid-dettall fis-sentenza L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill (punti 37 sa 47):

–      “Fl-ewwel lok, il-Kunsill għandu jiżgura li d-dokument li qed jintalab jiżvela jikkonċerna sew parir legali”.

–      “Fit-tieni lok, il-Kunsill għandu jeżamina jekk l-iżvelar tal-partijiet mid-dokumenti inkwistjoni identifikati bħala li jikkonċernaw pariri legali ‘jistgħux idgħajjfu [jippreġudikaw]’ lil dawn tal-aħħar. Ir-riskju li jkun ippreġudikat dan l-interess għandu, sabiex ikun jista’ jiġi invokat, ikun raġonevolment prevedibbli, u mhux purament ipotetiku”.

–      “Fl-aħħar nett, fit-tielet u l-aħħar lok, jekk il-Kunsill jikkunsidra li l-iżvelar ta’ dokument jippreġudika l-ħarsien tal-pariri legali hekk kif huwa ddefinit, huwa għandu obbligu li jivverifika li ma jeżistix interess pubbliku akbar li jiġġustifika dan l-iżvelar minkejja l-ħsara li tirriżulta minn hekk għall-kapaċità [possibbiltà] tiegħu li jitlob pariri legali u li jirċievi pariri sinċieri, oġġettivi u kompluti” (18).

39.      F’din il-proċedura kollha, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati d-dikjarazzjonijiet ta’ prinċipju li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet fis-sentenza ClientEarth vs Il‑Kummissjoni (19):

“–      [I]r-Regolament Nru 1049/2001 jaqa’ taħt il-volontà espressa fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE li jistabbilixxi pass ġdid fil-proċess tal-ħolqien ta’ għaqda dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu fl-ikbar osservanza possibbli tal-prinċipju ta’ ftuħ u l-eqreb possibbli taċ-ċittadin.

–      Dan l-għan fundamentali tal-Unjoni huwa rifless ukoll, minn naħa, fl-Artikolu 15(1) TFUE, li jipprevedi, b’mod partikolari, li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod kemm jista’ jkun miftuħ, prinċipju kkonfermat ukoll fl-Artikolu 10(3) TUE u fl-Artikolu 298(1) TFUE, kif ukoll, min-naħa l-oħra, mir-rikonoxximent tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

–      Mill-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li t-trasparenza tippermetti li tingħata lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni iktar leġittimità, effikaċja u responsabbiltà fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni f’sistema demokratika. Hija tikkontribwixxi, barra minn hekk, billi tippermetti li d-diverġenzi bejn diversi fehmiet jiġu diskussi fil-miftuħ, sabiex tiżdied il-fiduċja ta’ dawn iċ-ċittadini”.

40.      L-eżiġenza ta’ “ftuħ” (trasparenza) tista’, madankollu, ma tkunx suffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata ż-żamma fil-proċess tal-opinjoni ta’ istituzzjoni ppreżentata bħala anness għal rikors, jekk ikun hemm ċerti riskji. Wieħed minn dawn ir-riskji huwa li l-istituzzjoni tiġi obbligata “tieħu pożizzjoni pubblikament dwar parir li, manifestament, kien intiż għal użu intern [li jkollu] riperkussjonijiet negattivi fir-rigward tal-interess [tal-istituzzjoni] li titlob pariri legali u li tirċievi pariri onesti, oġġettivi u komprensivi” (20).

41.      Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni taż-żamma fil-proċess ta’ dokument, meta l-istituzzjoni ma tkunx awtorizzat l-iżvelar tiegħu, tagħmilha iktar faċli li tiġi evitata l-proċedura ta’ talba għal aċċess, stabbilita fir-Regolament Nru 1049/2001 (21).

42.      F’dak li jirrigwarda l-opinjonijiet tal-istituzzjonijiet maħruġa fil-kuntest tal-proċeduri leġiżlattivi, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet dritt ta’ aċċess iktar wiesa’ u obbligu ta’ żvelar ikbar korrispondenti.

43.      Dan kien ġie ċċarat fis-sentenza L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet il-“ġustifikazzjonijiet” invokati minn din l-istituzzjoni sabiex mill-proċess tiġi eskluża opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tagħha dwar proposta leġiżlattiva. Il-Kunsill kien argumenta li l-iżvelar ta’ din l-opinjoni “jista’ jħalli dubju dwar il-legalità tal-att leġiżlattiv ikkonċernat” u “l-indipendenza tas-servizz legali tiegħu tiġi kkontestata” (22).

44.      Fir-risposti għal dawn l-allegazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li:

–      Fir-rigward tal-ewwel waħda, “hija preċiżament it-trasparenza f’dan ir-rigward li, billi tippermetti li d-diverġenzi bejn diversi fehmiet jiġu diskussi fil-miftuħ, tikkontribwixxi sabiex tagħti lill-istituzzjonijiet leġittimità dejjem akbar f’għajnejn iċ-ċittadini Ewropej u sabiex iżżid il-fiduċja tagħhom. Fil-fatt, huwa pjuttost in-nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ dibattitu li jistgħu jqajmu dubji f’moħħ iċ-ċittadini, mhux biss fir-rigward tal-legalità ta’ att iżolat, iżda wkoll fir-rigward tal-leġittimità tal-proċedimenti fil-qrati fl-intier tagħhom” (23).

–      Fir-rigward tat-tieni waħda, ir-riskju ddenunzjat (li tiġi kompromessa l-indipendenza tas-Servizz Ġuridiku) ma jistax ikun sempliċement ipotetiku, u lanqas ma jista’ jiġi mħawwad mal-interess li jiġu evitati pressjonijiet possibbli bl-għan li jiġi influwenzat il-mertu tal-opinjonijiet maħruġa minn dan is-servizz (24).

45.      Minn dan “isegwi […] li r-Regolament Nru 1049/2001 jimponi, bħala prinċipju, obbligu ta’ żvelar tal-pariri [opinjonijiet] tas-servizz legali tal-Kunsill dwar proċess leġiżlattiv”. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jiġi miċħud “l-iżvelar ta’ parir [opinjoni] legali speċifiku, mogħti fil-kuntest ta’ proċess leġiżlattiv, iżda li għandu natura partikolarment sensittiva, jew portata partikolarment wiesgħa li tmur lil hinn mill-kuntest tal-proċess leġiżlattiv inkwistjoni” (25).

C.      Analiżi tattalba talKunsill

46.      Fit-talba tal-Kunsill għandu jkun hemm distinzjoni bejn żewġ partijiet.

47.      L-ewwel waħda tikkonċerna t-talba għall-irtirar tal-Anness 3 tat-talba, li fiha l-hekk imsejħa Non-paper from Hungary dwar il-proposta tal-Kummissjoni li kienet fl-oriġini tar-Regolament 2020/2092. F’din in-Non paper hemm riproduzzjoni verbatim ta’ silta mill-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku, kif ukoll riferimenti għal din l-opinjoni li jidhru li qegħdin jirriproduċu l-kontenut tagħha.

48.      Billi n-Non-paper from Hungary huwa dokument imfassal u ppreżentat mill-Ungerija matul il-proċedura leġiżlattiva segwita għall-adozzjoni tar-Regolament 2020/2092, ir-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma japplikawx għaliha.

49.      Għaldaqstant, xejn ma jipprekludi lill-Ungerija, bħala l-Istat awtur tad-dokument, milli tippreżenta dan id-dokument fi proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, minkejja l-fatt li jinkludi kwotazzjonijiet diretti jew indiretti mill-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill.

50.      Fit-tieni parti tat-talba tal-Kunsill, din l-istituzzjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex ma tikkunsidrax is-siltiet tat-talba tal-Ungerija li jagħmlu riferiment għal, jirriproduċu l-kontenut jew jirriflettu l-analiżi mwettqa fl-opinjoni.

51.      Skont din it-talba huwa ammissibbli biss, teoretikament, dak li jikkonċerna r-riproduzzjoni tal-kontenut tal-opinjoni, u mhux dawk il-partijiet tat-talba li sempliċement jikkoinċidu magħha. Stat li jikkontesta l-validità ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni għandu locus standi sħiħ sabiex jiddefendi l-perspettiva tiegħu, kemm jekk jikkoinċidu kif ukoll jekk ma jikkoinċidux mal-kontenut tad-dokumenti mfassla fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni ta’ dan l-att.

52.      Li kieku l-Ungerija ressqet talba lill-Kunsill sabiex ikollha aċċess għall-opinjoni, fil-konfront tagħha jkunu jistgħu jiġi applikat, bħala prinċipju, ir-Regoli ta’ Proċedura ta’ din l-istituzzjoni, li l-Artikolu 6(2) tagħhom jistipula li l-Kunsill jista’ jawtorizza “l-produzzjoni għal użu ta’ proċedimenti legali ta’ kopja ta’ jew estratt minn dokumenti tal-Kunsill li kienu għadhom ma nħarġux għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar aċċess pubbliku ta’ dokumenti”.

53.      Fil-każ ta’ dokumenti tal-Kunsill indikati bħala “LIMITE”, bħalma huwa l-każ hawnhekk, il-linji gwida dwar l-ipproċessar tad-dokumenti interni tal-Kunsill, li għamilt riferiment għalihom iktar ’il fuq, fil-punt 5 tagħhom jistipulaw li huma meqjusa bħala koperti mis-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, u għandhom ukoll jiġu pproċessati f’konformità mal-leġiżlazzjoni korrispondenti tal-UE, u b’mod partikolari, mar-Regolament Nru 1049/2001. Fir-rigward tal-aċċess għal dawn id-dokumenti “LIMITE”, il-punti 20 sa 21 tal-linji gwida tal-Kunsill jissuġġettaw il-pubblikazzjoni tagħhom għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kunsill.

54.      L-Ungerija kien ikollha bżonn din l-istess awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kunsill sabiex tinkorpora bħala anness għat-talba tagħha l-opinjoni inkwistjoni, billi huwa dokument indikat bħala “LIMITE”, li għalih il-Kunsill awtorizza biss pubblikazzjoni limitata ħafna u li fir-rigward tiegħu ċaħad diversi talbiet ta’ aċċess minn individwi privati (26). Bħalma diġà spjegajt, jekk tiġi permessa b’mod indiskriminat l-inklużjoni fil-proċess ta’ dokument, meta l-istituzzjoni ma tkunx awtorizzat l-iżvelar tiegħu, ikun faċli li tiġi evitata l-proċedura ta’ talba għal aċċess, stabbilita mir-Regolament Nru 1049/2001 (27).

55.      Finalment, dak li huwa importanti sabiex tiġi deċiża, b’mezz jew b’ieħor, din il-kwistjoni huwa li titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-inkorporazzjoni tal-opinjonijiet ġuridiċi mfassla fil-kuntest tal-proċeduri leġiżlattivi, li teħtieġ l-eżami fi tliet stadji li diġà għamilt riferiment għalih (28).

56.      Fir-rigward tal-ewwel fażi ta’ dan l-eżami, ma hemmx dubju li inkwistjoni hemm opinjoni ġuridika (tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill), ċirkustanza li hija paċifika bejn il-partijiet.

57.      Fit-tieni fażi ta’ dan l-eżami għandu jiġi eżaminat jekk l-iżvelar ta’ din l-opinjoni speċifika jippreżentax riskju, raġonevolment prevedibbli u mhux sempliċement ipotetiku, għall-protezzjoni tal-parir legali tal-Kunsill.

58.      Sabiex jiġi evalwat jekk hemmx tali riskju f’din il-kawża ser naċċetta, bħala premessa, li l-Ungerija kienet teħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill sabiex tipproduċi l-opinjoni fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

59.      Fil-fehma tiegħi, din l-istess awtorizzazzjoni tkun neċessarja jekk kellha l-għan li tinkorpora fit-talba tagħha siltiet verbatim minn dokument immarkat bħala “LIMITE”, li l-Kunsill iżomm b’aċċess ristrett, bħalma huwa l-każ hawnhekk, dejjem sakemm dawn is-siltiet, fil-prattika, irendu pubbliku l-kontenut sħiħ jew sostanzjali tad-dokument.

60.      Fl-assenza tal-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kunsill, l-Istat Membru jista’ jinjora din l-eżiġenza għall-pubblikazzjoni u jippreżenta quddiem qorti dokumenti kunfidenzjali ta’ din l-istituzzjoni: ikun biżżejjed għalih li ma jinkludihomx bħala provi dokumentali, annessi mat-talba tiegħu, iżda li jinkludi l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti fiha.

61.      Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jkunu rilevanti:

–      L-opinjoni hija (ħlief fl-ewwel tmien punti tagħha, li huma sempliċement espożittivi u mhux analitiċi, u li ġew żvelati) dokument intern li huwa mmarkat bħala “LIMITE”, suġġett għall-eżiġenza tas-sigriet professjonali.

–      L-Ungerija, bħala Stat Membru, hija legalment fil-pussess tat-test tal-opinjoni. Hija kisbitu, għaldaqstant, mingħajr ma evitat il-proċedura tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, li l-Artikolu 5 tal-Anness II tagħhom effettivament jipprevedi li l-Istati għandhom jitolbu mingħand din l-istituzzjoni l-aċċess għad-dokumenti, madankollu din il-formalità tapplika biss għad-dokumenti li ma humiex fil-pussess tagħhom.

–      Il-Kunsill ma kienx obbligat jieħu pożizzjoni pubblika dwar opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tiegħu, billi seta’ jwieġeb għat-talba tal-Ungerija mingħajr il-ħtieġa li joħroġ, b’mod espliċitu, evalwazzjoni fuqha (29).

–      It-terminu “produzzjoni għal użu ta’ proċedimenti legali” ma jistax jiġi mifhum li jfisser is-sempliċi riferimenti ċirkustanzjali, magħmula fit-talba, għas-siltiet tal-opinjoni. Jista’ jiġi argumentat li qiegħed isir tentattiv sabiex tiġi evitata l-awtorizzazzjoni meħtieġa tal-Kunsill biss jekk dawn ir-riferimenti, minħabba l-portata tagħhom, ikunu ekwivalenti għall-iżvelar mhux awtorizzat tal-opinjoni nnifisha.

–      Bħalma diġà indikajt, l-Ungerija għandha kull dritt li tippreżenta l-argumenti ġuridiċi tagħha, anki jekk jikkoinċidu ma’ dawk tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill li dan l-Istat Membru għandu għarfien tagħhom sa fejn huwa involut fil-proċedura ta’ tfassil tar-Regolament 2020/2092.

62.      Għaldaqstant, ma nemminx li hemm riskju, raġonevolment prevedibbli u mhux sempliċement ipotetiku, għall-protezzjoni tal-parir legali tal-Kunsill. Madankollu, jekk dan huwa l-każ, u t-tieni fażi tal-eżami tintemm b’suċċess, xorta jkun meħtieġ li jiġi evalwat, fit-tielet stadju, jekk jeżistix interess pubbliku superjuri li jiġġustifika ż-żamma fil-proċess tar-riferimenti diretti u indiretti għal siltiet mill-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill.

63.      Kif ser ngħid iktar ’il quddiem, dan l-interess pubbliku superjuri huwa preżenti f’dan il-każ, irrispettivament mill-fatt li l-Ungerija għandha interess rispettiv fiċ-ċaħda tat-talba tal-Kunsill u fiż-żamma tar-riferimenti għall-opinjoni, li jservu bħala sostenn għat-teżi tagħha dwar l-(allegata) nullità tar-Regolament 2020/2092.

64.      L-interess superjuri li, f’din il-kawża, jiġġustifika l-invokazzjoni quddiem qorti u l-iżvelar ta’ siltiet mill-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill huwa t-trasparenza tal-proċedura leġiżlattiva.

65.      Infakkar li l-aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill meta jaġixxi fil-kapaċità leġiżlattiva tiegħu jippromwovi t-trasparenza u l-ftuħ tal-proċedura leġiżlattiva u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-demokrazija billi jagħmilha iktar faċli għaċ-ċittadini sabiex jikkontrollaw l-informazzjoni kollha li kkostitwixxiet il-bażi ta’ att leġiżlattiv (30).

66.      Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ proċedura leġiżlattiva trasparenti, għandhom jiġu aċċettati b’merħba l-opinjonijiet legali fondati kollha, favur jew kontra proposta partikolari, li jipprovdu lill-koleġiżlaturi (dawk li finalment jieħdu d-deċiżjonijiet) u liċ-ċittadini, b’mod ġenerali, bil-provi essenzjali sabiex tiġi evalwata din il-proposta.

67.      Dan huwa possibbli biss jekk l-opinjonijiet legali espressi jsiru pubbliċi, preċiżament sabiex “tippermetti [jippermettu] li d-diverġenzi bejn diversi fehmiet jiġu diskussi fil-miftuħ, [u dan] [j]ikkontribwixxi sabiex tagħti [jagħtu] lill-istituzzjonijiet leġittimità dejjem akbar f’għajnejn iċ-ċittadini Ewropej u sabiex iżżid il-fiduċja [iżidu l-fiduċja] tagħhom” (31).

68.      Abbażi ta’ dawn ir-riflessjonijiet, li naqbel magħhom bis-sħiħ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeterminat li hemm, bħala regola, l-obbligu li jiġu żvelati l-opinjonijiet legali dwar proċedura leġiżlattiva (32). Il-faċċata l-oħra ta’ dan l-obbligu huwa l-fatt li ma hemm l-ebda “bżonn ġenerali ta’ kunfidenzjalità” fir-rigward ta’ dawn l-opinjonijiet (33).

69.      Madankollu, dan l-obbligu ma huwiex assolut. B’mod partikolari, “ma [j]ipprekludix li l-iżvelar ta’ parir [opinjoni] legali speċifiku, mogħti fil-kuntest ta’ proċess leġiżlattiv, iżda li għandu natura partikolarment sensittiva, jew portata partikolarment wiesgħa li tmur lil hinn mill-kuntest tal-proċess leġiżlattiv inkwistjoni, jista’ jiġi rrifjutat fid-dawl tal-ħarsien tal-pariri legali” (34).

70.      L-opinjoni inkwistjoni hawnhekk ġiet imfassla fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament 2020/2092. Il-Kunsill ma ġġustifikax, fil-fehma tiegħi, li kienet opinjoni “partikolarment sensittiva”, għalkemm dan ir-regolament huwa bla dubju sinjifikattiv għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha.

71.      Huwa l-kontenut tal-opinjoni legali li għandu jkollu natura partikolarment sensittiva. Minn din il-perspettiva, anki jekk tikkonċerna miżura leġiżlattiva rilevanti, is-sensittività tal-opinjoni tista’ tiġi rrikonoxxuta biss meta jkun fiha informazzjoni partikolarment sensittiva (pereżempju, dwar kwistjonijiet riżervati jew sigrieti), iżda mhux meta jkun fiha s-sempliċi evalwazzjoni ta’ aspetti interpretattivi tat-Trattati, bħalma huma dawk relatati mal-bażijiet legali ta’ din il-miżura.

72.      Il-Kunsill lanqas ma jiġġustifika, fil-fehma tiegħi, li l-opinjoni tippreżenta “portata partikolarment wiesgħa li tmur lil hinn mill-kuntest tal-proċess leġiżlattiv inkwistjoni”.

73.      Għalkemm din l-espressjoni tas-sentenza L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill ma hijiex ċara ħafna (billi, bħala prinċipju, l-opinjonijiet legali dwar proposta leġiżlattiva huma limitati għall-eżami tal-validità jew tad-difetti tagħha, mingħajr ma jmorru lil hinn minn hekk), nifhem li tagħmel riferiment għal opinjonijiet li, minħabba li jmorru lil hinn mill-kontenut tar-regola li eventwalment ser tiġi kkontestata, ma humiex rilevanti għall-proċedura legali li huma maħsuba għaliha.

74.      Għaldaqstant, it-trasparenza tal-proċedura leġiżlattiva għandha tkun imposta, f’dan il-każ, fuq ir-riskju ipotetiku (mhux stabbilit hawnhekk) li l-parir legali tal-Kunsill jibqa’ mingħajr il-protezzjoni dovuta jew li s-Servizz Ġuridiku tiegħu jkollu diffikultà sabiex jadotta opinjonijiet “sinċieri, oġġettivi u kompluti” (35) – kwalitajiet li, barra minn hekk, huma ggarantiti mill-professjonalità tal-membri ta’ dan is-servizz u li l-Kunsill għandu jissalvagwardja.

75.      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad it-talba inċidentali tal-Kunsill.

IV.    IrRegolament 2020/2092: regola li testendi bejn ilkundizzjonalità finanzjarja u lgaranzija talIstat taddritt

76.      Sabiex wieħed jifhem aħjar il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tar-Regolament 2020/2092 huwa neċessarju li wieħed jikkunsidra: a) il-proċedura leġiżlattiva li ġiet segwita għall-adozzjoni tiegħu; u b) il-mekkaniżmi analogi diġà previsti fid-dritt tal-Unjoni, li magħhom issa huma miżjuda dawk implimentati minn dan ir-regolament.

A.      Proċedura leġiżlattiva li ġiet segwita għall-adozzjoni tar-Regolament 2020/2092

77.      It-tfassil tar-Regolament 2020/2092 kien partikolarment kumpless u l-proċedura leġiżlattiva li ġiet segwita tgħin sabiex jiġi interpretat b’mod xieraq (36).

78.      L-oriġini ta’ dan ir-regolament tinsab fl-isforzi tal-Unjoni sabiex ittejjeb l-istrumenti tagħha intiżi sabiex jiġi ggarantit ir-rispett tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt mill-Istati Membri. Dan il-valur tal-Unjoni, minqux fl-Artikolu 2 TUE, kien mhedded mill-prattiki reċenti ta’ wħud mill-Istati Membri tagħha, bħalma ġie enfasizzat repetutament mill-Parlament u mill-Kummissjoni. Uħud minn dawn l-Istati huma riċevituri kbar ta’ fondi mill-baġit tal-Unjoni (37).

79.      Sabiex jiġi indirizzat il-ksur tal-Istat tad-dritt, l-Unjoni għandha arsenal limitat ta’ strumenti ġuridiċi:

–      Il-mekkaniżmu tal-Artikolu 7 TUE huwa intiż li jikkonstata “li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2” jew “li hemm ksur serju u persistenti” ta’ dawn l-istess valuri, bil-konsegwenzi inerenti għal konstatazzjoni waħda jew oħra. Fil-każ tat-tieni waħda minn dawn l-ipoteżi, it-tħaddim tal-mekkaniżmu huwa limitat min-neċessità ta’ deċiżjoni unanima tal-Kunsill Ewropew.

–      Ir-rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentati mill-Kummissjoni (l-Artikolu 258 TFUE) jew minn Stat Membru ieħor (l-Artikolu 259 TFUE) jippermettu li jiġi ddeterminat jekk Stat Membru jkunx naqas milli jissodisfa wieħed mill-obbligi taħt it-Trattati.

80.      Fl‑2014, il-Kummissjoni adottat “qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt”, intiż sabiex tiġi żgurata “protezzjoni effettiva u koerenti tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha. Dan huwa qafas li jindirizza u jsolvi sitwazzjoni fejn hemm theddida sistemika għall-istat tad-dritt” (38).

81.      Il-qafas il-ġdid ipprova “jsolvi t-theddidiet futuri għall-istat tad-dritt fl-Istati Membri qabel jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 7 tat-TUE. Għaldaqstant dan huwa maħsub biex jindirizza nuqqas. Mhuwiex alternattiva għall-mekkaniżmi tal-Artikolu 7 tat-TUE iżda pjuttost jiġi qablu u jikkumplimentah” (39).

82.      Fl‑2019, il-Kummissjoni aġġornat l-istrateġija tagħha u ħolqot il-Mekkaniżmu Ewropew għall-Istat tad-dritt (40). Ibbażat fuq djalogu mill-qrib mal-awtoritajiet u mal-partijiet interessati nazzjonali, dan il-mekkaniżmu jipprovdi trasparenza u jkopri l-Istati Membri kollha b’mod oġġettiv u imparzjali. Il-Kummissjoni, b’din l-informazzjoni, tfassal rapport annwali li jinkludi evalwazzjoni ta’ kull Stat Membru (41).

83.      F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat, f’Mejju 2018, proposta għal regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet iġġeneralizzati fir-rigward tal-Istat tad-dritt fl-Istati Membri (42).

84.      Jidher li l-proposta tat lok għal xi riżervi fi ħdan is-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill. Il-Qorti tal-Awdituri għamlet ċerti rakkomandazzjonijiet sabiex ittejjeb il-kontenut tagħha (43), filwaqt li nnotat li l-proposta kellha bażi legali dubjuża, ma kinitx preċiża fil-kriterji tagħha, kienet tagħti marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ ħafna lill-Kummissjoni u evitat il-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.

85.      Wara proċedura leġiżlattiva kumplessa, il-Kunsill Ewropew ta’ Lulju 2020 (44) laħaq ftehim sabiex japprova l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (iktar ’il quddiem, il-“QFP”) 2021‑2027 u l-Pjan ta’ Rkupru għall-Ewropa Next Generation EU (iktar ’il quddiem, il-“Pjan Next Generation EU”). Il-ftehim indika li “ser tiġi stabbilita sistema ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit u l-Pjan Next Generation EU”.

86.      Minkejja dan il-ftehim, iż-żewġ koleġiżlaturi baqgħu b’perspettivi differenti dwar dak li kien ser isir ir-Regolament 2020/2092:

–      Il-Parlament ried jipproteġi l-Istat tad-dritt permezz tal-baġit, filwaqt li l-Kunsill xtaq jipproteġi l-baġit tal-Unjoni permezz tar-rispett tal-eżiġenzi tal-Istat tad-dritt.

–      Il-Parlament argumenta għal applikazzjoni wiesgħa tar-regolament, filwaqt li l-Kunsill xtaq li din tiġi limitata, billi sostna li hemm rabta diretta bejn il-ksur tal-Istat tad-dritt u l-effetti negattivi speċifiċi fuq il-baġit tal-Unjoni (45).

87.      Iż-żewġ koleġiżlaturi laħqu qbil fil‑5 ta’ Novembru 2020 dwar it-test, li, bi ftit li xejn aġġustamenti, sar ir-Regolament 2020/2092, li daħal fis-seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2021.

88.      L-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja kkontestaw it-test maqbul mill-koleġiżlaturi u, għalkemm ma kellhomx dritt għall-veto kontra l-adozzjoni tiegħu, minħabba li l-bażi legali tiegħu hija l-Artikolu 322(1) TFUE, li jipprevedi l-maġġoranza kkwalifikata, huma heddew li jwaqqfu l-adozzjoni tal-QFP 2021‑2027 u l-Pjan Next Generation EU, li l-approvazzjoni tagħhom effettivament teħtieġ l-unanimità tal-Istati Membri.

89.      Is-sitwazzjoni ġiet żblukkata fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2020, li l-konklużjonijiet tiegħu kienu jinkludu “impenn” dwar il-portata u l-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/2092 (46).

90.      Għalkemm il-Kunsill Ewropew ma għandu l-ebda setgħa leġiżlattiva f’dan il-kuntest, il-konklużjonijiet tiegħu jikkonfermaw mill-ġdid il-garanziji proċedurali u sostantivi mniżżla fir-Regolament 2020/2092 favur l-Istati Membri u joffru interpretazzjoni (li tista’ tiġi kklassifikata bħala awtorevoli, fid-dawl ta’ min jagħmilha, iżda mhux vinkolanti) tat-tifsira u tal-portata ta’ diversi mill-elementi tiegħu. Għandu jiġi mfakkar, fi kwalunkwe każ, li l-interpretazzjoni tar-Regolament 2020/2092, għandha ssir mill-Qorti tal-Ġustizzja.

91.      B’mod partikolari, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, ir-Regolament il-ġdid “għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ tal-Artikolu 4(2) TUE, b’mod partikolari l-identità nazzjonali tal-Istati Membri, li hija inerenti fl-istrutturi fundamentali politiċi u kostituzzjonali tagħhom, il-prinċipju ta’ għoti, kif ukoll il-prinċipji ta’ oġġettività, nondiskriminazzjoni u ugwaljanza fit-trattament tal-Istati Membri”.

92.      L-elementi ta’ qbil li l-Kunsill Ewropew jiġbor huma, inter alia, dawn li ġejjin (47):

–      L-għan tar-regolament huwa l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż tal-Pjan Next Generation EU, il-ġestjoni finanzjarja tajba tiegħu u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (48).

–      Il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità previst fir-regolament għandu jiġi applikat b’mod oġġettiv, ġust u imparzjali u abbażi tal-fatti stabbiliti, filwaqt li tiġi ggarantita l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza fit-trattament tal-Istati Membri.

–      Sabiex jiġi ggarantit ir-rispett ta’ dawn il-prinċipji, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tfassal u tadotta linji gwida dwar kif għandu jiġi applikat ir-regolament, kif ukoll metodu sabiex titwettaq l-evalwazzjoni tiegħu. Dawn il-linji gwida jitfasslu f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. F’każ li jiġi ppreżentat rikors għal annullament fir-rigward tar-regolament, il-linji gwida jiġu ffinalizzati wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jinkorporaw kwalunkwe element rilevanti li jirriżulta minn din is-sentenza (49).

–      Il-miżuri adottati skont il-mekkaniżmu għandhom ikunu proporzjonali għall-impatt tal-ksur tal-Istat tad-dritt fil-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew fl-interessi finanzjarja tagħha. Għandu jiġi stabbilit b’mod adegwat li hemm rabta kawżali suffiċjentement diretta bejn dan il-ksur u l-konsegwenzi negattivi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

–      L-elementi li jwasslu għall-skattar imniżżla fir-regolament għandhom jinftiehmu u jiġu applikati bħala lista magħluqa ta’ elementi omoġenji, u ma għandhomx ikunu miftuħa għal elementi jew avvenimenti ta’ natura differenti. Ir-regolament ma jagħmilx riferimenti għal nuqqasijiet iġġeneralizzati (50).

–      L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu hija ta’ natura sussidjarja meta mqabbla mal-proċeduri l-oħra previsti fid-dritt tal-Unjoni u ser jiġi applikat meta dawn ma jippermettux li jiġi protett il-baġit tal-Unjoni b’mod iktar effikaċi.

93.      B’dan l-“impenn” tal-Kunsill Ewropew, l-Ungerija u r-Repubblika tal-Polonja invokaw id-dritt tagħhom għal veto fil-QFP u fil-Pjan Next Generation EU u r-Regolament 2020/2092 ġie finalment adottat mill-Kunsill fl‑14 ta’ Diċembru u mill-Parlament fis‑16 ta’ Diċembru 2020 (51).

94.      It-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092, permezz tar-rekwiżit ta’ rabta “suffiċjentement diretta” bejn l-implimentazzjoni baġitarja u l-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, sa ċertu punt ġie “kontrobilanċjat” permezz tal-applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja għall-fondi mmobilizzati mill-Unjoni favur l-Istati Membri permezz tal-Pjan Next Generation EU, stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/2094 (52). Ir-Regolament 2020/2092 għandu japplika wkoll kemm għall-ksur “mifrux” tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, kif ukoll għal dak “individwali” (53).

95.      L-applikazzjoni jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092 tkompli, madankollu, toħloq kunflitti istituzzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Parlament (54).

B.      Mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità finanzjarja fiddritt talUnjoni

96.      L-Unjoni għandha baġit li jipprovdiha bil-mezzi neċessarji sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u sabiex twettaq il-politiki tagħha. Dan il-baġit huwa ffinanzjat, bla ħsara għal dħul ieħor, mir-riżorsi proprji (l-Artikolu 311 TFUE) skont id-dispożizzjonijiet li tistabbilixxi deċiżjoni tal-Kunsill (55). Il-baġit huwa l-istrument tad-dritt tal-Unjoni li kull sena jittraduċi l-prinċipju ta’ solidarjetà (56) f’termini finanzjarji u huwa ta’ importanza kostituzzjonali.

97.      Id-dħul u l-ispejjeż tal-baġit annwali tal-Unjoni huma ddeterminati mill-programmazzjoni pluriennali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 312 TFUE. Il-QFP jiggarantixxi l-iżvilupp organizzat tal-ispejjeż tal-Unjoni fi ħdan il-limitu tar-riżorsi proprji tagħha. Bħalissa huwa fis-seħħ il-QFP 2021‑2027 (57), li jipprevedi żieda ta’ 0.6 % fir-riżorsi proprji, flimkien mal-fondi mmobilizzati bl-adozzjoni tal-Istrument ta’ Rkupru sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi tal-COVID‑19 (58).

98.      L-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandha titwettaq mill-Kummissjoni, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 TFUE. Huwa għandu jiġi implimentat “f’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, skond id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti magħmula skond l-Artikolu 322 [TFUE], […] b’ konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprazzjonijiet jkunu wżati skond il-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba” (59).

99.      L-Artikolu 310(6) TFUE jistipula li “[l]-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 325, jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni”.

100. Ir-Regolament Finanzjarju (60) jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ timplimenta l-baġit tal-Unjoni b’mod dirett, b’mod indirett u permezz tal-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri. Fil-prattika, iktar minn 70 % tal-baġit huwa implimentat mill-Kummissjoni f’ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju. F’din il-ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jwettqu, b’delega, il-kompiti neċessarji għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-baġit tal-Unjoni, suġġetti għall-kontroll mill-Kummissjoni (61).

101. F’dan il-kuntest ta’ implimentazzjoni baġitarja kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħarġu l-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità li jaqgħu taħt ir-Regolament Finanzjarju u regoli oħra speċifiċi tal-Unjoni.

102. Is-sistemi ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-ġestjoni tajba tal-baġit jirriflettu fenomenu iktar wiesa’ tal-użu tal-kundizzjonalità, kemm fid-dritt tal-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi oħra (inter alia, dawk li għandhom sistemi legali federali) (62) u f’organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Fond Monetarju Internazzjonali jew il-Bank Dinji.

103. Fid-dritt tal-Unjoni, il-kundizzjonalità hija naturalment applikata għall-adeżjoni tal-Istati l-ġodda, suġġetti għar-rispett tal-hekk imsejħa kriterji ta’ Copenhagen, u hija prattika standard fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, li l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp hija suġġetta, bl-istess karatteristika naturali, għall-kundizzjoni li jiġu rrispettati l-eżiġenzi tad-drittijiet umani (63).

104. Fil-kuntest tar-relazzjonijiet interni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-kundizzjonalità ntużat, b’mod partikolari, fl-istrumenti ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali u fil-ġestjoni tal-baġit (64).

105. Mingħajr ma jitqiesu eżawrjenti, għandhom jissemmew l-eżempji ta’ kundizzjonalità finanzjarja li ġejjin fir-Regolament il-ġdid dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Strutturali għall-perijodu 2021‑2027 (65):

–      Kundizzjonalità ambjentali u klimatika, prevista fl-Artikolu 6 (“Miri klimatiċi u mekkaniżmu ta’ aġġustament għall-klima”) u fl-Artikolu 9(4).

–      Kundizzjonalità bbażata fuq ir-rispett tal-“prinċipji orizzontali” (l-Artikolu 9) dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Fondi.

–      Kundizzjonalità marbuta ma’ għanijiet speċifiċi, prevista fl-Artikolu 15 (“Kondizzjonijiet abilitanti”) u fl-Anness III (66). Dan tal-aħħar fih “il-kondizzjonijiet abilitanti orizzontali applikabbli għall-objettivi speċifiċi kollha u l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfar tagħhom”. L-Anness III jinkludi mekkaniżmi ta’ monitoraġġ effikaċi tas-suq tal-kuntratti pubbliċi; strumenti u kapaċità għall-implimentazzjoni effikaċi tar-regoli dwar l-għajnuna mogħtija mill-istat; l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; u l-eżekuzzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità (CRPD) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (67). Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux osservati, il-Kummissjoni tista’ tissospendi r-rimbors tal-ispejjeż imġarrba mill-Istat.

–      Kundizzjonalità makroekonomika, prevista fl-Artikolu 19 (“Miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi mal-governanza ekonomika tajba”). Din id-dispożizzjoni tagħti s-setgħa lill-Kunsill, fuq proposta minn qabel tal-Kummissjoni, li jissospendi kompletament jew parzjalment l-impenji jew il-ħlasijiet ta’ programm wieħed jew ta’ diversi programmi ta’ Stat Membru: i) meta dan l-Istat Membru ma jadottax miżuri korrettivi suffiċjenti jew ma jaġixxix sabiex jevita żbilanċ eċċessiv, iddeterminat skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 (68); ii) meta l-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru ma jkunx ħa miżuri skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 (69) u tiddeċiedi li ma tawtorizzax l-iżborż tal-għajnuna finanzjarja mogħtija lil dan l-Istat Membru; u iii) meta l-Kunsill iqis li Stat Membru ma huwiex konformi mal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 (70) jew mal-miżuri meħtieġa għal deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 136(1) TFUE.

106. Fl-istess linja, l-Artikoli 96 u 97 tar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni 2021‑2027 jawtorizzaw, rispettivament, lill-Kummissjoni sabiex tinterrompi l-perijodu għall-ħlas jew tissospendi l-ħlasijiet lill-Istati Membri meta jkun hemm irregolarità jew nuqqas gravi jew opinjoni motivata tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE dwar kwistjoni li tqiegħed f’riskju l-legalità u r-regolarità tal-ispiża. Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 104, tista’ wkoll twettaq korrezzjoni finanzjarja a posteriori, billi tnaqqas l-għajnuna mill-Fondi li tingħata lil programm meta jkun hemm dan it-tip ta’ sitwazzjonijiet.

107. Il-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità jinsabu wkoll fir-regoli settorjali applikabbli għal strumenti finanzjarji tal-Unjoni. Fost l-eżempji ta’ dawn insibu:

–      Kundizzjonalità makroekonomika, prevista fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/241 (71) f’termini simili għal dawk tal-Artikolu 19 tar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni 2021‑2027. Il-kundizzjonalità makroekonomika tal-fondi strutturali tiġi ttrasferita għall-Mekkaniżmu ta’ Rkupru u Reżiljenza, li huwa l-vettura finanzjarja prinċipali tal-Istrument ta’ Rkupru għall-Unjoni Ewropea, adottat permezz tar-Regolament 2020/2094 sabiex jiġi ssupplimentat il-QFP għall-indirizzar tal-konsegwenzi finanzjarji tal-COVID‑19. L-implimentazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu għandha ssir mill-Kummissjoni taħt ġestjoni diretta, f’konformità mar-regoli rilevanti adottati bi qbil mal-Artikolu 322 TFUE, b’mod partikolari, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament 2020/2092.

–      Kundizzjonalità bl-għan li tinkiseb l-osservanza tar-regoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/1148 (72).

–      Kundizzjonalità bl-għan li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-għanijiet ambjentali prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/1229 li jistabbilixxi l-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (73).

–      Kundizzjonalità klimatika u ambjentali għall-ħlasijiet diretti lill-bdiewa fil-kuntest tal-PAK, prevista fl-Artikoli 43 sa 47 tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 (74).

108. Dawn il-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità huma varjati, iżda kollha kemm huma jsegwu loġika komuni: l-eliġibbiltà għal ħlas mill-baġit tal-Unjoni hija suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti eżiġenzi orizzontali, li huma differenti minn dawk direttament previsti mill-Fond Ewropew, u li jkunu addizzjonali għalih, li għalihom huwa attribwit il-ħlas (75).

109. Il-kundizzjonalità finanzjarja li ġiet introdotta mir-Regolament 2020/2092 hija marbuta, f’dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni baġitarja, mar-rispett tal-Istat tad-dritt, “essenzjali għall-protezzjoni tal-valuri fundamentali l-oħra [tal-Artikolu 2 TUE]” (76). Bħala kundizzjoni orizzontali, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw magħha fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

110. Il-kundizzjonalità finanzjarja timplika rabta bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà. L-Unjoni tittrasferixxi l-fondi mill-baġit tagħha lill-Istati Membri sakemm dawn jintefqu b’mod responsabbli, u dan għandu jsir f’konformità mal-valuri tal-Unjoni, bħalma huwa l-Istat tad-dritt. Ikun hemm biżżejjed fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fil-mument li l-Unjoni nnifisha tkun ipprovduta bil-mezzi finanzjarji essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha biss jekk l-implimentazzjoni tal-baġit tirrispetta l-valuri tal-Unjoni.

111. Huwa ċar għal kulħadd li din id-dimensjoni l-ġdida tat-teknika tal-kundizzjonalità għandha impatt li jaffettwa b’mod sinjifikattiv ir-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-Istati Membri. Bħala riżultat tal-mekkaniżmu tal-kundizzjonalità, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħat imsaħħa sabiex jiżguraw li l-Istati Membri jikkonformaw mal-valuri tad-dritt tal-Unjoni meta jintervjenu fil-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni.

112. Madankollu, l-użu tat-teknika tal-kundizzjonalità finanzjarja f’regoli tad-dritt sekondarju għandu jikkonforma mal-eżiġenzi tad-dritt primarju u għandu jaqa’ taħt il-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni.

113. Sa issa, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat, prinċipalment, il-kundizzjonalità ambjentali applikata għall-ħlasijiet diretti lill-bdiewa (77), kif ukoll il-kundizzjonalità makroekonomika li ġiet indirizzata, b’mod favorevoli, fis-sentenza Pringle (78).

114. Fis-sentenza msemmija l-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-kundizzjonalità kienet mekkaniżmu xieraq sabiex jiġi tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u tal-miżuri ta’ koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Hija indikat ukoll li l-kundizzjonalità makroekonomika prevista fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 12(1) u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (Trattat dwar il-MES) (79) kienet tiżgura l-kompatibbiltà tal-attivitajiet tal-MES, b’mod partikolari, mal-Artikolu 125 TFUE u mal-miżuri ta’ koordinazzjoni adottati mill-Unjoni (80).

115. Din il-kawża u l-Kawża C‑157/21 joffru lill-Qorti tal-Ġustizzja l-possibbiltà li tiżviluppa l-ġurisprudenza tagħha dwar il-kundizzjonalità finanzjarja, billi testendiha għal strument li bih l-istituzzjonijiet tagħha, sabiex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni, jippromwovu l-osservanza, mill-Istati Membri, tal-valur tal-Istat tad-dritt minqux fl-Artikolu 2 TUE.

116. Wara dawn il-kunsiderazzjonijiet, ser nindirizza l-analiżi tal-motivi għal nullità sussegwenti invokati mill-Gvern Ungeriż.

V.      Lewwel motiv tarrikors: assenza jew inadegwatezza talbażi legali tarRegolament 2020/2092

A.      Largumenti talpartijiet

117. Skont il-Gvern Ungeriż, għalkemm l-Artikolu 322(1)(a) TFUE jagħti s-setgħa lil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jadotta regoli finanzjarji dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, ir-Regolament 2020/2092 ma fihx dispożizzjonijiet baġitarji jew finanzjarji.

118. Għaldaqstant, il-bażi legali tar-Regolament 2020/2092 ma hijiex dik xierqa u l-Unjoni ma għandhiex il-kompetenza li tapprova regola tad-dritt sekondarju b’dan il-kontenut.

119. Fil-fehma tiegħu, ir-Regolament 2020/2092 jippermetti li l-Kummissjoni u l-Kunsill jiddefinixxu l-kunċett tal-Istat tad-dritt u l-azzjonijiet li jiksru l-eżiġenzi imposti minn dan il-valur tal-Unjoni. Il-mekkaniżmu approvat jawtorizza l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet li jaffettwaw l-istrutturi fundamentali ta’ Stat Membru, li fir-rigward tagħhom l-Unjoni ma għandhiex kompetenzi.

120. L-Artikolu 322 TFUE ma jkoprix tali azzjonijiet u, għaldaqstant, huwa bażi legali mhux xierqa għar-Regolament 2020/2092, li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jidħol f’kunflitt mal-proċedura prevista fl-Artikolu 7 TUE.

121. Il-Gvern Ungeriż, barra minn hekk, jispjega d-differenzi bejn ir-Regolament 2020/2092 u regoli finanzjarji u baġitarji oħra tal-Unjoni li għandhom bħala bażi l-Artikolu 322(1)(a) TFUE.

122. Fost l-elementi tar-Regolament 2020/2092 li jirriżultaw bħala inkompatibbli mal-Artikolu 322 TFUE, il-Gvern Ungeriż jagħmel riferiment, minn naħa, għall-kunflitti tal-interessi fit-tqassim tal-fondi tal-Unjoni. Ir-Regolament 2020/2092 ma fih l-ebda regola tal-proċedura għall-Istati Membri fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli dwar il-kunflitti ta’ interess u l-eliminazzjoni tagħhom, b’tali mod li jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri kontra dawn l-Istati abbażi ta’ ksur mhux speċifikat li jmur lil hinn mill-eżiġenzi previsti fir-Regolament Finanzjarju.

123. Min-naħa l-oħra, jindika li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 jobbliga lill-Istati Membri jiffinanzjaw, mill-baġit rispettiv tagħhom, il-programmi li fir-rigward tagħhom l-Unjoni tirtira l-fondi tagħha, sabiex jiġu protetti l-benefiċjarji. Din id-dispożizzjoni ma tikkonformax mar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u tirrappreżenta sanzjoni għall-Istat Membru li tikser l-eżiġenzi tal-Istat tad-dritt.

124. L-Artikolu 322 TUE, skont il-Gvern Ungeriż, ma jistax iservi bħala bażi sabiex jiġu imposti obbligi fuq il-baġits nazzjonali, sa fejn huwa jipprevedi biss l-adozzjoni ta’ regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

125. Il-Parlament u l-Kunsill jikkontestaw l-argumenti tal-Gvern Ungeriż u jikkunsidraw li l-Artikolu 322(1)(a) TFUE huwa l-bażi legali xierqa tar-Regolament 2020/2092 (81).

126. Fil-fehma ta’ dawn iż-żewġ istituzzjonijiet, ir-Regolament 2020/2092 jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità baġitarja (finanzjarja) bl-għan li tiġi żgurata l-osservanza tal-eżiġenzi tal-Istat tad-dritt, f’konformità ma’ mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità oħra diġà eżistenti fl-Unjoni. Dan huwa ġġustifikat mill-analiżi tal-għan u tal-kontenut ta’ dan ir-regolament.

B.      Evalwazzjoni

127. Ser nibda billi nfakkar il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għażla tal-bażijiet legali fid-dritt primarju sabiex jiġu adottati regoli tad-dritt sekondarju (82):

–      “l-għażla tal-bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju, fosthom l-għan u l-kontenut ta’ dan l-att. Jekk l-eżami tal-att ikkonċernat juri li dan għandu żewġ għanijiet jew li għandu żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawn ikun identifikabbli bħala ewlieni [prinċipali] jew predominanti, filwaqt li l-ieħor ma jkunx għajr anċillari, dan l-att għandu jiġi bbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti” (83).

–      “Barra minn hekk, […] jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi legali xierqa, il-kuntest ġuridiku li fih taqa’ leġiżlazzjoni ġdida, b’mod partikolari sa fejn tali kuntest jista’ jipprovdi kjarifika dwar l-għan tal-imsemmija leġiżlazzjoni” (84).

–      Ladarba tiġi adottata regola ta’ armonizzazzjoni, “il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jadatta dan l-att għal kull tibdil fiċ-ċirkustanzi jew għal kull żvilupp tal-konoxxenzi fid-dawl tal-kompitu li huwa għandu li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi ġenerali rrikonoxxuti mit-Trattat” (85).

128. F’konformità ma’ din il-ġurisprudenza, l-analiżi tal-għan u tal-kontenut tar-Regolament 2020/2092 ser tagħmilha possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 322(1)(a) TFUE huwiex il-bażi legali xierqa għall-adozzjoni tiegħu, jekk kellux ikun mod ieħor jew jekk l-Unjoni ma għandhiex il-kompetenza sabiex tadotta dan ir-regolament.

1.      Għan tarRegolament 2020/2092

129. Skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament 2020/2092 għandu l-għan li jistabbilixxi “[…] [i]r-regoli meħtieġa għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri”.

130. Diversi premessi tar-Regolament 2020/2092 jenfasizzaw ir-rabta bejn ir-rispett tal-Istat tad-dritt u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni.

–      Il-premessa 7 tindika li “[k]ull meta l-Istati Membri jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, […] ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għall-konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba minquxa fl-Artikolu 317 […] TFUE”.

–      Il-premessa 8 (86) tiddikjara li l-Istati Membri jistgħu jiggarantixxu l-ġestjoni finanzjarja tajba biss jekk l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu f’konformità mad-dritt, jekk każijiet ta’ frodi jkunu suġġetti għal proċeduri kriminali u jekk ikun hemm stħarriġ ġudizzjarju xieraq tad-deċiżjonijiet amministrattivi.

–      Il-premessa 9 (87) tenfasizza l-importanza tal-indipendenza ġudizzjarja u tas-servizzi ta’ investigazzjoni kriminali sabiex jindirizzaw deċiżjonijiet illegali u arbitrarji tal-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

–      Il-premessa 13 tirrepeti li “hemm […] relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba”.

–      Il-premessa 15 tinsisti li “[k]sur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari dawk li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jista’ jagħmel ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni”.

131. B’kunsiderazzjoni ta’ dawn il-premessi, li huma bla dubju konformi mal-formulazzjoni tar-Regolament 2020/2092, nifhem li l-għan ta’ dan ir-regolament huwa li joħloq mekkaniżmu speċifiku sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-baġit tal-Unjoni, meta Stat Membru jikser il-prinċipji tal-Istat tad-dritt li jippreġudikaw il-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tagħha.

132. Dan l-għan jidhirli li huwa konformi mal-għażla tal-Artikolu 322(1)(a) TFUE bħala bażi legali tar-Regolament 2020/2092 (88).

133. Il-Parlament u l-Kunsill jargumentaw li l-għan tar-regolament inkwistjoni huwa dak li jirriżulta minn dawn il-premessi. Huma jiċħdu l-analiżi tal-Gvern Ungeriż fejn jiddikjara li r-Regolament 2020/2092 ifittex li jżid proċedura oħra ma’ dawk diġà previsti (89) għall-protezzjoni tal-Istat tad-dritt, mingħajr ma hemm bażi legali għaliha fid-dritt primarju.

134. Fil-fatt, il-premessa 14 tar-Regolament 2020/2092, moqrija barra mill-kuntest, tidher li toffri ċertu appoġġ lill-argument tal-Gvern Ungeriż, billi tiddikjara li “[i]l-mekkaniżmu previst f’dan ir-Regolament jikkomplementa dawn l-istrumenti billi jipproteġi l-baġit tal-Unjoni kontra ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tiegħu jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni”.

135. Din l-inkonsistenza apparenti fil-loġika tal-premessi tar-Regolament 2020/2092 tista’ tkun dovuta għall-iżvilupp tal-proċess leġiżlattiva tiegħu. Bħalma diġà spjegajt, il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet tirrifletti, f’livell inqas, il-kundizzjonalità finanzjarja tal-mekkaniżmu previst u kienet tikkonċerna iktar il-protezzjoni tal-Istat tad-dritt. L-oġġezzjoni tal-Kunsill bidlet it-test finali tar-Regolament 2020/2092 fi strument ta’ kundizzjonalità finanzjarja, li fil-qafas tiegħu s-salvagwardja tal-Istat tad-dritt topera bħala kundizzjoni orizzontali li l-Istati Membri għandhom jissodisfaw fl-implimentazzjoni baġitarja.

136. Għaldaqstant, għandu jiġi analizzat fid-dettall il-kontenut tar-Regolament 2020/2092 sabiex jiġi ddeterminat jekk il-“prodott leġiżlattiv finali” huwiex, verament, mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja, bħalma huma oħrajn previsti fid-dritt tal-Unjoni. Jekk dan ikun il-każ, l-Artikolu 322(1)(a) TFUE jipprevedi bażi legali xierqa, għaliex dan ir-regolament ikun regola dwar l-implimentazzjoni baġitarja.

137. Jekk dan ma jkunx hekk, bħalma jsostni l-Gvern Ungeriż, inkunu fil-preżenza ta’ strument ieħor għall-protezzjoni tal-Istat tad-dritt, b’konnotazzjonijiet baġitarji, li għalih l-Artikolu 322 TFUE ma joffrix bażi legali xierqa u li għall-implimentazzjoni tiegħu l-Unjoni ma jkollhiex kompetenza.

138. Fil-fehma tiegħi, l-għan tar-Regolament 2020/2092 huwa li tiġi żgurata, permezz tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità, l-implimentazzjoni korretta tal-baġit tal-Unjoni, meta jkun hemm ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt fi Stat Membru li jqiegħed f’perikolu l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

139. Ikkunsidrat fl-intier tiegħu, l-għan tar-Regolament 2020/2092 huwa, għaldaqstant, il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni minn sitwazzjonijiet speċifiċi li jheddu l-implimentazzjoni korretta tiegħu u li jirrappreżentaw ksur tal-Istat tad-dritt. Għaldaqstant, l-għan tiegħu ma huwiex il-protezzjoni ta’ dan tal-aħħar permezz ta’ mekkaniżmu ta’ sanzjonijiet.

140. Minn din il-perspettiva, l-iskop tar-Regolament 2020/2092 huwa wieħed li jista’ jitqabbel ma’ dak tar-Regolament Finanzjarju, li l-bażi legali tiegħu fl-Artikolu 322 TFUE ma hijiex ikkontestata.

141. Fil-fatt, f’dikjarazzjoni konġunta magħmula fil-mument tal-adozzjoni tiegħu, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jinkorporaw il-kontenut tar-Regolament 2020/2092 fir-Regolament Finanzjarju, meta dan ikun is-suġġett ta’ emenda (90).

142. Bħalma jindika l-Kunsill, l-għażla tal-leġiżlatur Ewropew li tiġi mfassla regola sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni f’każijiet ta’ ksur tal-Istat tad-dritt hija koperta mis-setgħa diskrezzjonali fil-mument tal-leġiżlazzjoni.

143. Fi kwalunkwe każ, din l-għażla ma tistax tkun ikklassifikata bħala manifestament żbaljata. L-issodisfar tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt jista’ jkun ta’ importanza fundamentali għall-funzjonament tajjeb tal-finanzi pubbliċi u għall-implimentazzjoni korretta tal-baġits (91).

144. Fil-qosor, il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja marbut mal-Istat tad-dritt jidhirli li huwa għażla leġiżlattiva plawżibbli u li taqa’ taħt id-dritt primarju.

2.      Ilkontenut tarRegolament 2020/2092

145. Fl-evalwazzjoni ta’ jekk ir-Regolament 2020/2092 huwiex kopert mill-Artikolu 322(1)(a) TFUE, huwa indispensabbli, barra minn hekk u skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jiġi analizzat il-kontenut tiegħu.

146. Din l-analiżi tagħmilha possibbli li jiġi vverifikat jekk l-elementi tar-Regolament 2020/2092 humiex dawk proprji ta’ mekkaniżmu ġenwin ta’ kundizzjonalità finanzjarja (fil-linja ta’ dawk diġà eżistenti fid-dritt tal-Unjoni) u li jiġi ddeterminat, għaldaqstant, jekk l-Artikolu 322(1)(a) TFUE jipprovdilux bażi legali korretta.

a)      Ilkundizzjonijiet ta’ adozzjoni talmiżuri filproċedura tar-Regolament 2020/2092

147. Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, “[g]ħandhom jittieħdu miżuri xierqa fejn ikun stabbilit skont l-Artikolu 6 li ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett”.

148. Il-partijiet fil-proċedura ma jaqblux dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni:

–      Il-Gvern Ungeriż jargumenta li huwa jistabbilixxi proċedura fi tliet stadji fejn għandhom jiġu pprovati: a) il-ksur tal-Istat tad-dritt; b) ir-riskju gravi u suffiċjentement dirett għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; u ċ) in-neċessità li jiġu adottati miżuri proporzjonali sabiex tiġi indirizzata l-proċedura. Fil-fehma tiegħu, il-bażi legali tal-Artikolu 322(1)(a) TFUE ma toffrix kopertura għall-ewwel wieħed minn dawn l-istadji.

–      Il-Parlament u l-Kunsill ma jaqblux ma’ din l-interpretazzjoni u jqisu li l-proċedura tinvolvi biss żewġ stadji: a) il-prova tal-eżistenza ta’ ksur tal-Istat tad-dritt li joħloq direttament riskju gravi għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; u b) l-adozzjoni tal-kontromiżuri. B’dan il-mod, il-kundizzjonalità tapplika biss fir-rigward ta’ dak il-ksur tal-Istat tad-dritt b’impatt dirett fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u ta’ ċerta gravità.

149. Fil-fehma tiegħi, din l-interpretazzjoni tal-aħħar tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092 hija dik rilevanti. Il-kundizzjonalità finanzjarja hija limitata għal dak il-ksur tal-Istat tad-dritt li għandu rabta suffiċjentement diretta mal-implimentazzjoni baġitarja u li jaffettwa jew jhedded li jaffettwa b’mod gravi l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tagħha.

150. L-interpretazzjoni letterali twassal għal din il-konklużjoni, billi l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092 jeħtieġ rabta suffiċjentement diretta bejn il-ksur tal-Istat tad-dritt u l-implimentazzjoni baġitarja. Huwa b’dan il-mod biss li jkun jista’ jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità, b’mod li r-Regolament 2020/2092 iwieġeb mhux għall-ksur kollu tal-Istat tad-dritt, iżda għal dak il-ksur li għandu rabta diretta mal-implimentazzjoni baġitarja.

151. Fl-istess sens, għalkemm l-Artikolu 2(a) tar-Regolament 2020/2092 jipprovdi definizzjoni tal-Istat tad-dritt, dan jagħmlu biss “[g]ħall-finijiet ta’ dan ir-Regolament”. Huwa minnu li din id-dispożizzjoni tiddefinixxi “l-istat tad-dritt” b’mod ġenerali (bħala valur tal-Unjoni minqux mill-Artikolu 2 TUE) u miftuħ, għaliex jorbtu mal-prinċipji li jistabbilixxi sussegwentement, iżda, nirrepeti, bil-portata limitata li għadni kif enfasizzajt.

152. Fl-istess linja, l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/2092 jelenka xi indizji ta’ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt “[g]ħall-finijiet ta’ dan ir-Regolament”.

153. L-interpretazzjoni sistematika tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, moqri flimkien ma’ artikoli oħra tiegħu, twassalni sabiex nifhem li l-kundizzjonalità finanzjarja tiġi applikata biss fir-rigward ta’ dak il-ksur gravi tal-Istat tad-dritt li jkollu impatt dirett fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

154. L-indizji ta’ “ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt” li jinkorpora, bħala eżempju, l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/2092 huma limitati, fl-Artikolu 4(2) tal-istess regolament, għal xi oqsma ta’ azzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali direttament relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

155. Il-każijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2020/2092 jikkorrispondu, ninsisti, kemm għal attivitajiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni baġitarja, kif ukoll għal attivitajiet ġenerali, dejjem sakemm dawn tal-aħħar jinvolvu kontroll fuq l-attivitajiet ta’ implimentazzjoni baġitarja.

156. Huwa minnu li xi attivitajiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2020/2092 (92), meqjusa b’mod iżolat, ma jkollhomx, bħala tali, impatt fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 322(1)(a) TFUE, u lanqas ma jkunu konnessi awtomatikament mal-ġestjoni finanzjarja tajba (93) jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

157. Madankollu, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2020/2092 għandu l-għan li jirrestrinġi l-estensjoni ta’ dawn l-attivitajiet ġenerali għal dawk li, imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali, ikunu konnessi mal-implimentazzjoni baġitarja. Dan huwa l-każ għal:

–      L-azzjoni tas-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni pubblika, applikabbli biss, f’dan il-kuntest, għal “ksur […] tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni” (punt c).

–      L-istħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti, sakemm jitwettaq fir-rigward tal-azzjonijiet jew tal-omissjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li, min-naħa tagħhom, huma konnessi (skont il-punti a), b) u c) tal-istess taqsima) mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni (punt d)).

–      Il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, il-korruzzjoni u ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni meta, għal darba oħra, ikunu relatati “mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni” (punt e)).

158. Fir-rigward tal-klawżola tal-għeluq (punt h)) li tagħmel riferiment għal “sitwazzjonijiet jew imġiba oħra ta’ awtoritajiet”, dawn jistgħu jiġu koperti biss mir-Regolament 2020/2092 meta “huma [jkunu] rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni”. Il-klawżola tal-għeluq ma hijiex estiża, għaldaqstant, għal imġiba li ma hijiex konnessa mal-implimentazzjoni baġitarja.

159. Fil-fehma tiegħi, it-teknika użata mil-leġiżlatur sabiex jiddetermina l-qasam u r-rekwiżiti ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu inkwistjoni hija xierqa sa fejn timponi, bħala kundizzjoni orizzontali għall-implimentazzjoni korretta tal-baġit, ir-rispett tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt.

160. Il-ksur gravi ta’ dawn il-prinċipji li jippermetti l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità huwa dak li jkun ġej minn attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew minn attivitajiet ġenerali tal-awtoritajiet statali li huma direttament relatati ma’ din l-implimentazzjoni baġitarja.

161. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 6(9) tar-Regolament 2020/2092 jeħtieġ lill-Kummissjoni tiddikjara l-motivi speċifiċi u tipprovdi l-provi konkreti tal-eżistenza ta’ ksur gravi tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, relatat direttament mal-implimentazzjoni tal-baġit. Huwa biss b’dan il-mod li jkunu jistgħu jiġu approvati l-miżuri xierqa kontra l-Istat Membru li jkun wettaq il-ksur.

162. L-interpretazzjoni finalista u l-interpretazzjoni storika tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, ukoll iwassluni sabiex niddeduċi li l-kundizzjonalità finanzjarja tapplika biss fir-rigward tal-ksur gravi tal-Istat tad-dritt li jkollu impatt dirett fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

163. F’dan is-sens, nirrepeti l-utilità li tittieħed inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-approvazzjoni tar-Regolament 2020/2092.

164. Bħalma diġà indikajt, il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet iktar orjentata lejn il-protezzjoni tal-Istat tad-dritt u kienet tirrifletti, f’livell inqas, il-kundizzjonalità finanzjarja tal-mekkaniżmu. L-intervent tal-Kunsill fisser li t-test finali tar-Regolament 2020/2092 seta’ jinbidel, b’ċarezza ikbar, fi strument ta’ kundizzjonalità finanzjarja, li fil-qafas tiegħu s-salvagwardja tal-Istat tad-dritt topera bħala kundizzjoni orizzontali li l-Istati Membri għandhom jissodisfaw fl-implimentazzjoni baġitarja.

165. Fl-evoluzzjoni tat-test leġiżlattiv, element ewlieni kien l-inklużjoni, fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, tal-eżiġenza ta’ rabta suffiċjentement diretta (94) bejn l-implimentazzjoni baġitarja u l-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt (95).

166. L-introduzzjoni ta’ dan l-element, ikkritikat ħafna minn ċerta dottrina (96), timplika ċertu tnaqqis fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Fil-formulazzjoni finali tiegħu, il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja huwa strettament marbut mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, sabiex ma jiksirx l-Artikolu 7 TUE u sabiex l-att leġiżlattiv ikun jista’ jaqa’ fil-bażi legali tal-Artikolu 322 TFUE (97).

167. Ir-rabta suffiċjentement diretta tiżgura li l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità ma joperax fir-rigward ta’ kwalunkwe ksur gravi tal-Istat tad-dritt, iżda li jiġi limitat għal dak il-ksur li, billi jkun ta’ din in-natura, ikun strettament relatat mal-implimentazzjoni baġitarja (98). Din ir-rabta għandha tintwera mill-Kummissjoni qabel ma tipproponi miżuri korrettivi u ma hemm l-ebda awtomatiżmu sabiex dan jiġi pprovat, irrispettivament minn kemm ikun gravi l-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt.

168. Il-premessa 13 tar-Regolament 2020/2092 tenfasizza din ir-rabta billi tiddikjara li “hemm għalhekk relazzjoni ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba”.

169. Fil-qosor, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, f’konformità mal-kriterji ta’ interpretazzjoni letterali, sistematika, teleoloġika u storika, twassalni sabiex insostni li dan ir-regolament jintroduċi mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja li huwa applikabbli biss fir-rigward ta’ dak il-ksur gravi tal-Istat tad-dritt li jkollu impatt dirett fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Mifhum b’dan il-mod, ir-Regolament 2020/2092 għandu bażi legali suffiċjenti fl-Artikolu 322(1)(a) TFUE.

170. Din id-dikjarazzjoni ma hijiex affettwata mill-argument tal-Gvern Ungeriż dwar l-(allegata) kontradizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju dwar il-kunflitti ta’ interessi (l-Artikolu 61) (99) u l-Artikolu 3(b) tar-Regolament 2020/2092, li jiddeskrivi bħala indizju ta’ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, inter alia, il-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali ma jiggarantixxux il-fatt li “ma jeżistux kunflitti ta’ interess”.

171. Bħalma jindika l-Kunsill, l-applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092 hija sussidjarja għal dik tar-regoli finanzjarji l-oħra tal-Unjoni. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2020/2092 jipprevedi li l-Kummissjoni tattiva l-mekkaniżmu “sakemm ma tqisx li proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jippermettulha tipproteġi l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv” (100).

172. Dan ifisser li l-proċedura ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti ta’ interess tal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju għandha tapplika għall-każijiet speċifiċi u li l-mekkaniżmu tar-Regolament 2020/2092 jidħol fis-seħħ biss meta l-funzjonament ta’ awtorità tal-Istat Membru li tintervjeni fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jkun kompromess minn kunflitti ta’ interessi partikolarment gravi.

b)      Ilkriterji ta’ adozzjoni talmiżuri filproċedura tarRegolament 2020/2092

173. Skont il-Gvern Ungeriż, il-miżuri li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jadottaw skont ir-Regolament 2020/2092 huma, fil-verità, sanzjonijiet għall-ksur tar-regoli tal-Istat tad-dritt, iktar milli “miżuri” awtentiċi ta’ protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-bażi legali tal-Artikolu 322(1)(a) TFUE ma hijiex adegwata.

174. Dan jiġi dedott mill-premessa 18 u mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 li jistabbilixxu l-kriterji sabiex dawn il-miżuri jiġu aġġustati, abbażi tal-ksur innifsu (jiġifieri, in-natura, it-tul, il-gravità u l-portata tiegħu, kif ukoll l-“intenzjoni” tal-Istat Membru) iktar milli tal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

175. Il-Kunsill u l-Parlament iwieġbu li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 jistabbilixxi ġerarkija ta’ kriterji, li fosthom huma enfasizzati l-proporzjonalità u “[l]-impatt reali jew potenzjali tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni”. Fir-rigward tan-“natura, it-tul ta’ żmien, il-gravità u l-ambitu tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt”, dawn huma fatturi ta’ evalwazzjoni sussidjarja. Il-kriterju tal-intenzjoni tal-Istat li wettaq il-ksur, imsemmi fil-premessa 18, ma għandux valur normattiv.

176. Fil-fehma tiegħi, skont l-Artikolu 5(3) u l-premessa 18 tar-Regolament 2020/2092 dawn ma jikkoinċidux b’mod sħiħ. Din tal-aħħar tidher li tqis il-kriterju dwar “l-effetti fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” bħala wieħed sussidjarju fil-mument tal-adozzjoni tal-miżuri.

177. Madankollu, nemmen li l-interpretazzjoni sistematika tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 tippermetti li jiġi dedott li l-adozzjoni ta’ miżuri għandha tkun irregolata, l-ewwel u qabel kollox, mill-proporzjonalità u mill-impatti reali jew potenzjali tal-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’hekk tinżamm in-natura proprja tal-miżuri, li ma tikkoinċidix ma’ dik tas-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti għall-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt (101).

178. In-natura, it-tul, il-gravità u l-portata tal-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt mill-Istat li jwettaq il-ksur jistgħu jservu biss sabiex jiġi ddeterminat l-impatt tal-azzjonijiet tiegħu fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

179. B’din l-interpretazzjoni, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 jaqa’ fl-Artikolu 322(1)(a) TFUE, għaliex il-miżuri previsti fih huma, nirrepeti, miżuri ta’ korrezzjoni baġitarja u mhux sanzjonijiet kontra l-Istat Membru li jwettaq il-ksur.

180. Il-Gvern Ungeriż għandu dubji jekk il-kontenut tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 (“[i]l-miżuri għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikollhom fil-mira l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati mill-ksur”) huwiex kompatibbli ma’ din il-bażi legali. B’dan tiġi ammessa kundizzjonalità “reċiproka”, iktar lil hinn minn dik li tikkonċerna l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

181. L-ispjegazzjoni tal-Kunsill, li hija bbażata fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità, jidhirli li hija konvinċenti. L-ammissjoni eċċezzjonali tal-kundizzjonalità finanzjarja “reċiproka” hija spjegata mill-fatt li ċertu ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt mill-awtoritajiet nazzjonali jista’ jaffettwa numru wiesa’ ħafna ta’ setturi, u jkun sproporzjonat li jiġu adottati miżuri finanzjarji korrettivi fihom kollha. Huma possibbli wkoll, bħalma sostna l-Kunsill fis-seduta, każijiet li fihom il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt isir magħruf wara l-implimentazzjoni sħiħa ta’ ċerti programmi ta’ nfiq tal-Unjoni u li fir-rigward tagħhom il-korrezzjoni finanzjarja ma tkunx fattibbli. F’tali każ, din il-korrezzjoni tista’ taffettwa programmi ta’ nfiq oħra li jkunu fis-seħħ, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità (102).

182. Mifhuma b’dan il-mod, din l-ammissjoni eċċezzjonali ta’ kundizzjonalità finanzjarja “reċiproka” (li tinvolvi l-possibbiltà li l-korrezzjoni ma tiġix estiża għas-setturi kollha affettwati mill-ksur tal-Istat tad-dritt jew li tiġi estiża għall-ispejjeż tal-baġit tal-Unjoni li jkunu fis-seħħ) ma teliminax in-natura baġitarja tal-mekkaniżmu u hija kompatibbli mal-Artikolu 322 TFUE.

c)      Ilkriterji ta’ revoka talmiżuri filproċedura tarRegolament 2020/2092

183. L-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament 2020/2092 jipprevedi r-revoka tal-miżuri fuq talba tal-Istat jew fuq proposta tal-Kummissjoni, meta l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tagħhom ma jibqgħux issodisfatti.

184. Dan ifisser li l-persistenza tal-impatt jew tar-riskju ta’ impatt fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni hija essenzjali sabiex il-miżuri korrettivi ta’ kundizzjonalità finanzjarja adottati jinżammu.

185. Bħalma jsostni l-Kunsill, meta l-impatt fuq l-implimentazzjoni baġitarja jintemm, il-miżuri korrettivi jiġu rrevokati, anki jekk ikun għad hemm il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt mill-Istat Membru. Bħalma indika l-Parlament Ewropew fis-seduta, il-possibbilta ta’ revoka ma teżistix fil-każ tas-sanzjonijiet.

186. B’dan il-mod jintwera (fil-fatt, jiġi kkonfermat) li l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità japplika korrezzjonijiet finanzjarji u mhux sanzjonijiet għall-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt.

d)      Ilprotezzjoni talbenefiċjarji filproċedura tarRegolament 2020/2092

187. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 (103), moqri fid-dawl tal-premessa 19 tiegħu, jintroduċi garanzija għad-destinatarji finali jew għall-benefiċjarji tal-programmi ta’ nfiq iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

188. L-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kundizzjonalità finanzjarja meta Stat jikser il-prinċipji tal-Istat tad-dritt ma għandhiex tippreġudika l-benefiċjarji finali mill-fondi, li għandhom jibqgħu jirċevuhom. Barra minn hekk, l-Istat għandu jinforma b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar ir-rispett ta’ dan l-obbligu.

189. Skont il-Gvern Ungeriż, l-Istat Membru kkonċernat għandu jġarrab il-ħlas tal-fondi lill-benefiċjarji, f’każ ta’ korrezzjoni finanzjarja, u għandu jagħmel dan mill-baġit tiegħu stess. Ir-Regolament 2020/2092, għaldaqstant, jimponi fuq l-Istati obbligi dwar il-baġit nazzjonali tagħhom, ċirkustanza li ma hijiex prevista fl-Artikolu 322 TFUE.

190. Il-Kunsill iwieġeb li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 għandu effett dikjarattiv u ma jimponix fuq l-Istat Membru obbligi addizzjonali għal dawk speċifikati fir-“regoli speċifiċi għas-settur jew finanzjarji applikabbli”. Fil-verità, iżid biss modalità ta’ kontroll tal-konformità mal-obbligi diġà eżistenti f’regoli settorjali, sabiex jiġu protetti l-benefiċjarji tal-fondi mill-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ korrezzjonijiet finanzjarji.

191. Fil-fehma tiegħi, l-argument tal-Gvern Ungeriż għandu jiġi miċħud, peress li l-protezzjoni tal-benefiċjarji prevista fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 hija miżura tipika u loġika fil-ġestjoni kondiviża tal-fondi tal-baġit tal-Unjoni.

192. Skont il-premessa 19 tar-Regolament 2020/2092, “[…] f’ġestjoni kondiviża, il-pagamenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma legalment indipendenti mill-pagamenti mill-awtoritajiet nazzjonali lill-benefiċjarji”.

193. Minn din il-premessa huwa inferit li l-miżuri adottati skont ir-Regolament 2020/2092 ma jaffettwawx “id-disponibbiltà tal-finanzjament għall-pagamenti lill-benefiċjarji skont l-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti skont ir-regoli speċifiċi għas-settur u finanzjarji applikabbli […]. [L]-obbligi lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali stabbiliti f’dan ir-Regolament huma parti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-finanzjament f’ġestjoni kondiviża”.

194. Minħabba d-disoċjazzjoni bejn il-ħlas tal-Kummissjoni lill-Istat Membru u l-ħlas tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ ġestjoni lill-benefiċjarji tal-programmi u l-fondi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, huwa loġiku li, bħala regola ġenerali, jiġi impost l-obbligu fuq l-Istati Membri sabiex iżommu l-ħlasijiet għall-benefiċjarji, inkluż f’każ ta’ korrezzjoni finanzjarja adottata mill-Unjoni.

195. Barra minn hekk, il-korrezzjoni finanzjarja titlef l-effikaċja tagħha jekk l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jeħtieġu l-ħlas lura, mingħand il-benefiċjarji, tal-fondi li jkunu rċevew jew jekk ma jitħallsux lilhom il-fondi mwiegħda, ladarba l-istituzzjonijiet tal-Unjoni japprovaw miżura ta’ protezzjoni tal-baġit tagħha f’każ li jkun hemm ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt li jaffettwa l-ġestjoni tiegħu.

196. F’dawn il-każijiet, il-korrezzjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandha tiġi mġarrba mill-Istat Membru li jkun wettaq il-ksur u ma għandhiex tingħadda fuq il-benefiċjarji tal-fondi li ma humiex involuti fil-ksur (104).

197. L-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji jista’ jippreġudika biss il-persuni fiżiċi u ġuridiċi ta’ Stat Membru meta dawn ikunu responsabbli għall-ksur tar-regoli tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti tal-fondi tal-baġit tagħha, li ma huwiex il-każ, nirrepeti, fl-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/2092.

198. Għall-kuntrarju, jekk ir-responsabbiltà tal-ksur hija f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali, huma dawn tal-aħħar li għandhom jaffaċċjaw il-konsegwenzi tal-azzjonijiet tagħhom stess, li wasslu għall-miżuri korrettivi (105), bħalma huwa l-każ bl-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/2092.

199. L-Artikolu 103 tar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Strutturali għall-perijodu 2021‑2027 jirregola l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Istati Membri f’din l-istess linja (106). Il-protezzjoni tal-benefiċjarji finali hija koperta wkoll mill-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (107).

200. Fil-qosor, il-garanzija li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 jistabbilixxi favur il-benefiċjarji finali taqa’ mingħajr ebda diffikultà f’mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja u hija marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, u b’hekk, l-Artikolu 322 TFUE jipprovdiha b’kopertura suffiċjenti.

201. Għaldaqstant, inqis li l-ewwel motiv tar-rikors għandu jiġi miċħud.

VI.    Ittieni motiv tarrikors: ksur talArtikolu 7 TUE u ksur talArtikolu 4(1), talArtikolu 5(1), talArtikolu 13(2) TUE u talArtikolu 269 TFUE kkunsidrati flimkien

202. Fit-tieni motiv ta’ rikors tiegħu, il-Gvern Ungeriż jallega żewġ ksur tat-Trattati:

–      Dak tal-Artikolu 7 TUE.

–      Dak tal-Artikolu 269 TFUE u tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali tal-Artikolu 13(2) TUE.

203. Bir-riferiment għall-(allegat) ksur tal-Artikolu 7 TUE, il-Gvern Ungeriż jorbtu ma’ dak tal-prinċipju ta’ għoti ta’ kompetenzi tal-Artikolu 4(1), u tal-Artikolu 5(1) TUE, minħabba li l-bażi legali li fuqha huwa bbażat ir-Regolament 2020/2092 ma hijiex adegwata. Sa fejn jirrepeti, b’dan il-mod, argumenti tal-ewwel motiv ta’ nullità, nagħmel riferiment għal dak li diġà esponejt dwarhom.

A.      Lewwel parti tattieni motiv: ksur talArtikolu 7 TUE

1.      Largumenti talpartijiet

204. Il-Gvern Ungeriż isostni li l-proċedura tar-Regolament 2020/2092 hija sempliċi estensjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 TUE, li la tippermetti din id-dispożizzjoni u lanqas xi dispożizzjoni oħra tad-dritt primarju. Tnejn mit-tliet stadji ta’ din il-proċedura jikkoinċidu ma’ dawk tal-mekkaniżmu tal-Artikolu 7 TUE, li l-kundizzjonijiet għat-tnedija tiegħu huma iktar rigorużi minn dawk applikabbli għall-adozzjoni tal-miżuri fuq il-bażi tar-regolament ikkontestat.

205. Fil-fehma tal-Gvern Ungeriż, l-għan tar-Regolament 2020/2092 jikkoinċidi ma’ dak tal-Artikolu 7 TUE peress li jfittex li jrażżan il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt billi jimponi sanzjonijiet. Dan il-fatt huwa enfasizzat mill-assenza ta’ mekkaniżmu ġenwin ta’ kundizzjonalità; in-nuqqas ta’ rabta reali bejn il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt u l-baġit tal-Unjoni; il-konnessjoni tal-miżuri ma’ dawk applikabbli għall-ksur tal-Istat tad-dritt iktar milli mal-baġit tal-Unjoni; it-teħid inkunsiderazzjoni tal-intenzjoni tal-Istat Membru bħala element rilevanti; u li r-revoka tal-miżuri hija marbuta mal-għan tal-ksur.

206. Il-Parlament u l-Kunsill jikkontestaw dawn ir-raġunamenti, billi jargumentaw li l-mekkaniżmu tar-Regolament 2020/2092 huwa indipendenti mill-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, għandu għanijiet differenti u huwa rregolat minn regoli differenti. L-għan tiegħu huwa li jipproteġi l-baġit tal-Unjoni u mhux li jissanzjona l-ksur tal-Istat tad-dritt. Il-kundizzjonijiet ta’ adozzjoni tal-miżuri u t-tipoloġija tagħhom huma differenti minn dawk tal-Artikolu 7 TUE.

2.      Evalwazzjoni

207. Sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-Regolament 2020/2092 jistabbilixxix proċedura li hija kompatibbli ma’ dik tal-Artikolu 7 TUE, qabelxejn għandu jiġi ċċarat jekk dan tal-aħħar huwiex l-uniku mezz li bih l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jista’ jipproteġi l-valur tal-Istat tad-dritt.

a)      In-nonesklużività talArtikolu 7 TUE għallprotezzjoni talIstat taddritt

208. Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 7 TUE ma jawtorizzax lil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jistabbilixxi, permezz ta’ regoli tad-dritt sekondarju, mekkaniżmu ieħor simili, anki jekk b’inqas rekwiżiti sostantivi u proċedurali, li jkollu l-istess għan ta’ protezzjoni tal-Istat tad-dritt u li japplika sanzjonijiet simili.

209. Madankollu, dan ma jfissirx li l-protezzjoni tal-Istat tad-dritt tista’ tiġi pprovduta biss permezz tal-Artikolu 7 TUE (108). Ma hemm xejn li jipprekludi li din il-protezzjoni tiġi pprovduta permezz ta’ strumenti oħra għajr dak tal-Artikolu 7 TUE, sakemm il-karatteristiċi essenzjali tagħhom ikunu differenti minn dawk tal-imsemmi artikolu.

210. Il-prinċipji tal-Istat tad-dritt għandhom, bħalma jenfasizza l-Kunsill, valur strutturali fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, b’mod li l-ksur tagħhom jista’ jaffettwahom b’mod gravi (109). Huwa għalhekk li l-Qorti tal-Ġustizzja, speċjalment fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-indipendenza ġudizzjarja (110) u dwar il-mandati għal arrest u konsenja Ewropej (111), enfasizzat il-valuri tal-Artikolu 2 TUE u aċċettat l-adegwatezza tar-regoli tad-dritt sekondarju sabiex dawn jiġu protetti, apparti d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 TUE. Hija ġġustifikat ukoll, għall-protezzjoni tal-Istat tad-dritt, ir-rikonoxximent tal-leġittimazzjoni attiva ta’ Stati terzi sabiex jippreżentaw rikorsi għal annullament (112).

211. Fir-rigward tal-mandati ta’ arrest u konsenja, meta l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 TUE, iżda hemm informazzjoni li turi l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistematiċi jew iġġeneralizzati dwar l-indipendenza tal-qorti fl-Istat Membru emittenti, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tiċħadhom, jekk ikun hemm raġunijiet serji u fondati sabiex wieħed jemmen li, f’każ ta’ konsenja lejn dan l-Istat Membru tal-aħħar, il-persuna mitluba tkun f’riskju reali li jinkiser id-dritt fundamentali tagħha għal smigħ xieraq, iggarantit mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta (113).

212. Dan juri li, f’dawn il-każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tuża wieħed mill-prinċipji tal-Istat tad-dritt sabiex tidentifika eċċezzjoni għall-arrest u l-konsenja tal-persuna mitluba, mingħajr ma tuża l-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.

213. Xi ħaġa simili sseħħ bil-protezzjoni tal-indipendenza tal-qrati nazzjonali inkarigati sabiex japplikaw id-dritt tal-Unjoni, li ġiet difiża mill-Qorti tal-Ġustizzja billi għamlet riferiment, mill-ġdid, għall-valur tal-Istat tad-dritt (114), anki jekk ma jsirx użu mill-Artikolu 7 TUE.

214. L-osservanza minn Stat Membru mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 TUE tikkostitwixxi rekwiżit għat-tgawdija tad-drittijiet li huma ġejjin mill-applikazzjoni tat-Trattati għal dan l-Istat Membru. Għaldaqstant, Stat Membru ma jistax jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu b’mod li jwassal għal tnaqqis fil-protezzjoni tal-valur tal-Istat tad-dritt, kif minqux, b’mod partikolari, fl-Artikolu 19 TUE. L-Istati Membri għandhom jevitaw, fir-rigward ta’ dan il-valur, kwalunkwe regressjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, billi joqogħdu lura milli jadottaw miżuri li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza ġudizzjarja (115).

215. Dawn l-eżempji tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-protezzjoni tal-valur tal-Istat tad-dritt jiżvelaw li r-regoli maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom l-għan li jirreaġixxu, f’oqsma speċifiċi (u mhux neċessarjament permezz tal-mekkaniżmu tal-Artikolu 7 TUE), kontra ċertu ksur ta’ dan il-valur li jħalli impatt fuq il-ġestjoni baġitarja huma kompatibbli mad-dritt primarju.

216. Jekk dan il-ksur jaffettwa l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-Istati Membri, ninsisti li ma hemm xejn li jipprekludi lil-leġiżlatur tal-Unjoni milli japprova regola (bħar-Regolament 2020/2092) sabiex jippreserva dan il-baġit, mingħajr ma għaldaqstant jidħol f’kunflitt mal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 TUE jew mingħajr ma jevitaha.

b)      Ittqabbil talproċedura talArtikolu 7 TUE malproċedura tarRegolament 2020/2092

217. L-analiżi tar-Regolament 2020/2092 tgħin sabiex jiġi ddeterminat jekk il-proċedura li jintroduċi tikkorrispondix għal mekkaniżmu ġenwin ta’ kundizzjonalità finanzjarja, fil-linja ta’ dawk diġà eżistenti fid-dritt tal-Unjoni, jew inkella għal strument għas-sanzjonar tal-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt simili għal dak tal-Artikolu 7 TUE.

218. Din l-analiżi wettaqtha, fir-rigward tal-bażi legali tar-Regolament 2020/2092, fl-eżaminazzjoni tal-motiv għal annullament preċedenti. Minnha niddeduċi ċ-ċaħda tal-argumenti tal-Gvern Ungeriż dwar in-natura tal-kundizzjonalità, li, fil-fehma tiegħu, iktar hija maħsuba sabiex tiġġieled il-ksur tal-Istat tad-dritt milli biex tipproteġi l-baġit tal-Unjoni.

219. Issa ser inlesti l-preżentazzjoni tiegħi billi ndur għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-differenzi bejn il-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità finanzjarja (116) u r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, li r-relazzjonijiet bejniethom, b’analoġija, jipprovdu xi elementi ta’ evalwazzjoni validi għal din il-kawża. Iż-żewġ proċeduri huma indipendenti minn xulxin, għaliex għandhom għanijiet differenti u huma rregolati minn regoli differenti.

220. Fost dawn id-differenzi huma enfasizzati dawn li ġejjin:

–      Fir-rikorsi ppreżentati taħt l-Artikolu 258 TFUE, il-Kummissjoni hija libera li ma tkomplix, jekk l-Istat Membru jkun temm l-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, li ma huwiex il-każ, pereżempju, bil-proċedura ta’ likwidazzjoni ta’ kontijiet tal-FAEGG fejn il-Kummissjoni ma tgawdix setgħa ta’ evalwazzjoni li tippermettilha tidderoga mir-regoli li jirregolaw dan il-qsim ta’ piż (117).

–      Fil-kuntest tal-proċedura ta’ tal-clearance tal-kontijiet tal-FAEGG, il-Kummissjoni għandha tapplika korrezzjoni finanzjarja jekk l-ispejjeż li jintalab il-finanzjament tagħhom ma jkunux saru skont ir-regoli tal-Unjoni. Din il-korrezzjoni tevita li l-FAEGG jintalab iħallas ammonti li ma servewx sabiex jiffinanzjaw għan imfittex mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni u, għaldaqstant, ma tikkostitwixxix sanzjoni (118).

–      Il-proċeduri ta’ sospensjoni jew ta’ tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja permezz ta’ fondi strutturali tal-Unjoni għall-azzjonijiet nazzjonali huma differenti minn dik irregolata fl-Artikolu 258 TFUE, li l-miżuri tagħha ma hemmx konformità magħhom. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tibdiex proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jew tiċħad il-kontinwazzjoni tagħha, dan ma jimplikax li hija ma tistax tissospendi jew tnaqqas l-għajnuna tal-Unjoni għal azzjoni nazzjonali, b’mod partikolari meta ma jkunux ġew irrispettati kundizzjoni waħda jew diversi kundizzjonijiet li dan il-finanzjament kellu jkun konformi magħhom.  Sabiex dan isir, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li, ċertament, tieħu inkunsiderazzjoni l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu miftuħa f’konformità mal-Artikolu 258 TFUE jew id-dikjarazzjoni ta’ dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-Qorti tal-Ġustizzja (119).

–      Għall-kuntrarju tal-ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, id-deċiżjoni għas-sospensjoni jew għat-tnaqqis tal-finanzjament tal-Unjoni tikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju għad-destinatarju tiegħu, li jista’ jiġi kkontestat permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem il-qrati tal-Unjoni (120).

221. Din il-ġurisprudenza ntużat sabiex tingħata leġittimità lil klawżoli ta’ kundizzjonalità li jorbtu l-ħlas ta’ fondi tal-baġit tal-Unjoni mar-rispett tal-obbligi orizzontali, bħall-funzjonament adegwat tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll tal-fondi, li kkontribwixxew għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni. Dan iseħħ ukoll fil-każ ta’ nuqqasijiet sistematiċi fil-funzjonament tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni (121).

222. Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, għandu jiġi vverifikat jekk il-mekkaniżmu tal-Artikolu 7 TUE huwiex differenti minn dak stabbilit mir-Regolament 2020/2092.

223. Fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri, skont l-Artikolu 7 TUE din għandha tiġi suġġetta għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur gravi u persistenti, minn Stat Membru, tal-valuri tal-Artikolu 2 TUE. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, madankollu, jipprevedi biss il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, minn Stat Membru, li jaffettwa jew jhedded li jaffettwa, serjament u direttament, il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

224. Il-limitu tal-Artikolu 7 TUE huwa iktar strett minn dak tar-Regolament 2020/2092, peress li jeħtieġ l-eżistenza ta’ ksur gravi u persistenti ta’ kwalunkwe wieħed mill-valuri tal-Artikolu 2 (mhux biss tal-Istat tad-dritt).

225. L-Artikolu 7 TUE ma jeħtieġx rabta suffiċjentement diretta ma qasam speċifiku tad-dritt tal-Unjoni, hekk kif jeħtieġ ir-Regolament 2020/2092 billi jeżiġi l-konnessjoni tal-ksur tal-Istat tad-dritt mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. L-applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092 hija, għaldaqstant, ħafna iktar limitata minn dik tal-Artikolu 7 TUE.

226. Il-mekkaniżmu tar-Regolament 2020/2092, sa fejn jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ adozzjoni tal-miżura, jixbah lil strumenti oħra ta’ kundizzjonalità finanzjarja u ta’ implimentazzjoni baġitarja, u mhux lil dak tal-Artikolu 7 TUE. Is-similarità magħhom u mhux ma’ dan tal-aħħar hija riflessa, pereżempju:

–      Fir-Regolament Finanzjarju, li l-Artikolu 131(3) tiegħu jawtorizza s-sospensjoni tal-ħlas ta’ fondi meta jintwera, jew ikun neċessarju li jiġi stabbilit, li kien hemm irregolaritajiet, frodi jew nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fl-implimentazzjoni tal-impenn legali, jew meta l-irregolaritajiet, il-frodi jew in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jqajmu dubju dwar l-affidabbiltà jew l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-persuna jew tal-entità li timplimenta l-fondi tal-Unjoni, jew il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti.

–      Fir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-fondi strutturali għall-perijodu 2021‑2027, li jipprevedi b’mod simili l-possibbiltà li jiġu sospiżi l-ħlasijiet (l-Artikolu 97(1)) u li jsiru korrezzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 104(1)).

227. F’dak li jikkonċerna wkoll il-kundizzjonalità makroekonomika tar-Regolament 20201/241, il-miżuri korrettivi huma adottati, skont l-Artikolu 10 tiegħu, “[…] fejn il-Kunsill jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(8) jew (11) TFUE li Stat Membru ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu, sakemm ma jkunx iddetermina l-eżistenza ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għall-Unjoni kollha kemm hi […]”.

228. F’dak li jikkonċerna t-tipi ta’ miżuri, għal darba oħra, ir-Regolament 2020/2092 huwa iktar qrib il-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità tar-Regolament Finanzjarju u ta’ regoli oħra tal-Unjoni milli l-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.

229. L-Artikolu 7(3) TUE jipprevedi li l-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jissospendi “lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati”. L-azzjonijiet disponibbli għall-Kunsill taħt dan it-titolu jmorru ferm lil hinn minn dawk marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, previsti mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament 2020/2092 (122). Dawn tal-aħħar (sospensjonijiet ta’ programmi, ta’ impenji u ta’ ħlasijiet, fost l-oħrajn) huma dawk tipiċi tad-dritt tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni baġitarja.

230. Fir-rigward tal-kriterji ta’ għażla tal-miżuri, fir-Regolament 2020/2092 dawn jikkoinċidu, globalment, ma’ dawk tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni u jitbiegħdu mill-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, li l-punt 3 tiegħu jipprevedi li, fl-adozzjoni tal-miżuri, il-Kunsill għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi possibbli tagħhom għad-drittijiet u l-obbligi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi.

231. F’dan ir-rigward, ser nagħmel riferiment għall-analiżi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 li żviluppajt fil-motiv preċedenti, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bħala kriterju ta’ aġġustament tal-miżuri, flimkien ma’ dawk tan-natura, tal-gravità u tal-frekwenza tal-irregolaritajiet, kif ukoll dak tal-konsegwenzi finanzjarji tagħhom għall-baġit tal-Unjoni.

232. Fir-regoli finanzjarji tal-Unjoni jinsabu wkoll dawn l-istess kriterji u dak ta’ rabta mar-regolarità tal-ispiża (123). Il-proċedura ta’ kundizzjonalità makroekonomika tal-Mekkaniżmu ta’ Rkupru u Reżiljenza tinkludi, apparti l-proporzjonalità, kriterji oħra speċifiċi ta’ natura soċjali u ekonomika (124).

233. Fir-rigward tar-revoka tal-miżuri, l-Artikolu 7(4) TUE jindika li l-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jemenda jew jirrevoka l-miżuri adottati f’konformità mal-punt 3, bi tweġiba għall-bidliet fis-sitwazzjoni li ispirathom.

234. L-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament 2020/2092 japplika kriterju simili, iżda dan huwa marbut ma’ jekk il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt ikollux impatt fuq l-implimentazzjoni tajba tal-baġit tal-Unjoni. Huwa biss f’dan il-każ li r-revoka tal-miżuri ta’ korrezzjoni finanzjarja hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-Istat Membru jirrimedja tali ksur (125).

235. L-istess loġika tinsab fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament 2021/241. Ir-regoli finanzjarji ġenerali tal-Unjoni jsegwu mudell simili għar-revoka tal-miżuri, meta jkun hemm sospensjoni provviżorja jew korrezzjoni finanzjarja provviżorja (126).

236. Fil-qosor, il-kundizzjonijiet ta’ adozzjoni, it-tipi ta’ miżuri, il-kriterji ta’ għażla u l-kriterji ta’ revoka tal-miżuri jġibu l-mekkaniżmu tar-Regolament 2020/2092 qrib ir-regoli finanzjarji tal-Unjoni u jbegħduh mill-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.

237. Għaldaqstant, inqis li l-ewwel parti tat-tieni motiv tar-rikors għandha tiġi miċħuda.

B.      Ittieni parti tattieni motiv tarrikors: ksur talprinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali u talArtikolu 269 TFUE

1.      Largumenti talpartijiet

238. Skont il-Gvern Ungeriż, ir-Regolament 2020/2092 jikser il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali stabbilit fl-Artikolu 13(2) TUE, kif ukoll l-Artikolu 269 TFUE f’dak li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

239. Il-Gvern Ungeriż iqis li l-proċedura tar-Regolament 2020/2092, li hija iktar faċli, iktar rapida u iktar effikaċi minn dik tal-Artikolu 7 TUE għas-sanzjonar tal-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, ibiddel il-bilanċ istituzzjonali sottostanti ta’ dan tal-aħħar u, għaldaqstant, dak tal-Artikolu 13 TUE, għad-detriment tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, hija tintroduċi stħarriġ mingħajr limitazzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, li huwa ħafna iktar intensiv minn dak tal-Artikolu 269 TFUE.

240. Il-Parlament u l-Kunsill jikkontestaw dawn l-argumenti. Fil-fehma tagħhom, il-proċedura tar-Regolament 2020/2092 ma tiksirx il-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali, billi hija simili għal dik użata f’regoli finanzjarji oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-limitazzjoni tal-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja preskritta fl-Artikolu 269 TFUE ma għandhiex għalfejn tapplika għall-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità finanzjarja.

2.      Evalwazzjoni

241. Il-Gvern Ungeriż iressaq żewġ raġunijiet li jwasslu għall-annullament tar-Regolament 2020/2092: a) dik dwar il-ħolqien ta’ proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet parallela għal dik tal-Artikolu 7 TUE, li joħloq distorsjoni fil-bilanċ istituzzjonali stabbilit fih u fl-Artikolu 13(2) TUE; u b) l-inkompatibbiltà tal-istħarriġ ġudizzjarju mingħajr limiti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-miżuri meħuda taħt ir-Regolament 2020/2092 ma’ dak ħafna iktar ristrett tal-Artikolu 269 TFUE.

a)      Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tarRegolament 2020/2092 imqabbla ma’ dik talArtikolu 7 TUE

242. L-Artikolu 7 TUE jistabbilixxi sistema riġida ta’ adozzjoni ta’ deċiżjonijiet b’xi proċeduri ta’ votazzjoni speċifiċi (127). Il-proċeduri huma differenti, skont jekk jiġix ikkonstatat sempliċi riskju ta’ ksur gravi tal-valuri tal-Artikolu 2 TUE jew tiġix stabbilita l-eżistenza ta’ tali ksur.

243. Fl-ewwel każ (riskju ta’ ksur):

–      Il-proposta għandha tkun ta’ terz tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni.

–      Il-Kunsill, li jiddeċiedi b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu u wara approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ lill-Istat Membru inkwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, f’konformità mal-istess proċedura.

244. Fit-tieni każ (eżistenza ta’ ksur):

–      Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’unanimità u fuq talba ta’ terz tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni u wara approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata l-eżistenza ta’ ksur gravi u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkun stieden lil dan l-Istat biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

–      Meta tkun saret din il-konstatazzjoni, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, b’maġġoranza kkwalifikata, li jiġu sospiżi ċerti drittijiet li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tat-Trattati għall-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill, b’maġġoranza kkwalifikata, jista’, sussegwentement, jiddeċiedi li jiġu emendati jew irrevokati l-miżuri adottati, bi tweġiba għall-bidliet fis-sitwazzjoni li wasslet sabiex dawn jiġu imposti.

245. L-Artikolu 7 TUE jipprevedi għaldaqstant, żewġ votazzjonijiet fil-Kunsill, waħda b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa u oħra b’maġġoranza kkwalifikata, u votazzjoni oħra, unanima, fil-Kunsill Ewropew, mingħajr ma l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ jipparteċipa fihom. Hija proċedura fakultattiva u mingħajr skadenzi għall-istadji differenti tagħha. Hija sseħħ, prinċipalment, fi ħdan il-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-inizjattiva għal proposta motivata li għandha ssir minn terz tal-Istati Membri, mill-Parlament jew mill-Kummissjoni.

246. Ir-Regolament 2020/2092 jitbiegħed minn dan l-approċċ u joqrob lejn il-proċeduri tal-Artikolu 258 TFUE:

–      L-inizjattiva hija r-responsabbiltà esklużiva tal-Kummissjoni, li teħodha meta tikkonstata li hemm motivi raġonevoli sabiex tqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament 2020/2092 huma ssodisfatti.

–      Il-Kummissjoni tibgħat lill-Istat Membru “notifika bil-miktub […], fejn tistabbilixxi l-elementi fattwali u r-raġunijiet speċifiċi li fuqhom huma bbażati s-sejbiet tagħha” (l-Artikolu 6(1)).

–      Fil-perijodu indikat mill-Kummissjoni, l-Istat Membru “għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista’ jagħmel osservazzjonijiet”, li fihom “jista’ jipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju biex jindirizza s-sejbiet stabbiliti fin-notifika tal-Kummissjoni” (l-Artikolu 6(5)).

–      Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni rċevuta u l-osservazzjonijiet tal-Istat Membru, kif ukoll l-adegwatezza tal-miżuri korrettivi. Jekk ikollha “l-ħsieb li tagħmel proposta [lill-Kunsill], hija għandha […] tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari fuq il-proporzjonalità tal-miżuri previsti” (l-Artikoli 6(6) u (7)).

–      Jekk il-Kummissjoni tinsisti bl-intenzjoni tagħha, hija għandha tippreżenta proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill, fejn tesponi l-motivi speċifiċi u l-provi li fuqhom ibbażat il-konstatazzjonijiet tagħha (l-Artikolu 6(9)).

–      Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, jew, b’maġġoranza kkwalifikata, jista’ jemendaha “u jadotta t-test emendat permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni” (l-Artikolu 6(11)).

247. Għaldaqstant, fir-Regolament 2020/2092 hemm fażi preliminari ġestita mill-Kummissjoni li tinvolvi żewġ fażijiet ta’ konsultazzjonijiet mal-Istat ikkonċernat, b’mod simili għal li jseħħ fir-rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Il-proċedura hija obbligatorja għall-Kummissjoni u huma stabbiliti skadenzi fl-istadji kollha tagħha. Hemm votazzjoni fil-Kunsill, b’maġġoranza kkwalifikata, li fiha jintervjeni l-Istat ikkonċernat.

248. Meta mqabbla mal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, dik tar-Regolament 2020/2092 hija inqas riġida u tippermetti, fit-termini li għadhom kif ġew esposti, l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi b’iktar faċilità.

249. Il-Kunsill jargumenta li din il-proċedura tirrispetta l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali u li hija simili għal dik użata għal atti baġitarji oħra tal-Unjoni abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 317 u tal-Artikolu 291(2) TFUE.

250. Madankollu, dan l-argument jaffaċċja żewġ diffikultajiet li jikkonċernaw l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill u l-intervent tal-Kunsill Ewropew f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali.

251. L-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill huwa bbażat fuq “l-importanza tal-effetti finanzjarji tal-miżuri adottati skont [ir-Regolament 2020/2092]” (128). Madankollu, ma huwiex ċar li dan l-għoti huwa konformi mal-Artikolu 317 TFUE, li skontu, hija biss il-Kummissjoni, taħt ir-responsabbiltà tagħha, li timplimenta l-baġit tal-Unjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

252. Jista’ att leġiżlattiv bħar-Regolament 2020/2092, li l-bażi legali tiegħu hija l-Artikolu 322(1)(a) TFUE, u li jistabbilixxi regoli finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, jagħti lill-Kunsill is-setgħa sabiex jimplimenta dawn ir-regoli? Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tgħin sabiex tirrispondi għal din id-domanda (129). Huwa possibbli li ssir distinzjoni, kif argumentat mill-Kunsill fis-seduta, bejn l-implimentazzjoni baġitarja f’sens strett (implimentazzjoni ta’ impenji ta’ nfiq), li l-Artikolu 317 TFUE jagħti lill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni baġitarja f’sens wiesa’, imsemmija fl-Artikolu 322(1)(a), fejn isir riferiment għar-regoli finanzjarji dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit. Dawn tal-aħħar jinkwadraw l-azzjoni sussegwenti tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-impenji ta’ nfiq. Fir-rigward ta’ dawn ir-regoli finanzjarji, ma hemm l-ebda riżerva fl-Artikolu 322 TFUE favur il-Kummissjoni. Għaldaqstant, hija fattibbli l-parteċipazzjoni tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tar-regoli finanzjarji dwar l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit, permezz tal-Artikolu 291 TFUE, sakemm dan l-intervent ikun iġġustifikat (130), bħalma huwa l-każ fil-premessa 20 tar-Regolament 2020/2092.

253. Fil-fatt, l-Artikolu 291 TFUE, li jifforma parti mill-intestatura tat-TFUE ddedikata għall-“atti legali ta’ l-Unjoni”, jipprevedi:

–      Skont il-punt 1 tiegħu, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti.

–      Skont il-punt 2 tiegħu, “[m]eta jkun hemm bżonn ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ l-atti ta’ l-Unjoni legalment vinkolanti, dawk l-atti għandhom jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b’mod xieraq […] lill-Kunsill”.

254. Din id-dispożizzjoni tawtorizza l-għoti, kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kunsill, ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni regolatorja li, fin-nuqqas tagħha, dawn is-setgħat jibqgħu tal-Istati Membri. Wieħed mill-każijiet speċifiċi li fih ikunu jistgħu jkunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi ta’ implimentazzjoni sabiex il-Kunsill jingħata l-kompetenza, jikkonċerna l-implimentazzjoni baġitarja, mifhuma f’sens wiesa’.

255. Kif jargumenta l-Kunsill, regoli finanzjarji oħra tal-Unjoni wkoll jagħtuh kompetenzi ta’ implimentazzjoni baġitarja. Dan huwa l-każ tal-Artikolu 19(6), (7), (8), (11) u (13) tar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni tal-perijodu 2021‑2027, li jagħti lill-Kunsill is-setgħa li jadotta miżuri ta’ implimentazzjoni fil-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità makroekonomika li jistabbilixxi. Dan huwa l-każ ukoll għar-Regolament 2021/241, li skontu:

–      “Proposta mill-Kummissjoni għal deċiżjoni tassospensjoni tal-impenji għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li jirrifjuta tali proposta b’maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni” (l-Artikolu 10(3)).

–      “Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu japprova, permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, il-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru […]” (l-Artikolu 20).

256. Għaldaqstant jista’ jiġi aċċettat li l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja tar-Regolament 2020/2092 iwieġeb għal wieħed minn dawn “il-każ[ijiet] speċifiku/speċifiċi ġġustifika[i] kif xieraq” li jippermettu l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill.

257. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Kunsill Ewropew fil-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tar-Regolament 2020/2092, din hija prevista biss fil-premessa 26 tiegħu (131) u ma ġietx inkorporata fl-artikoli tiegħu (għalkemm issemmiet fl-impenn tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2020). Billi l-premessi għandhom l-għan li jipprevedu b’mod konċiż il-kontenut ulterjuri tad-dispożittiv ta’ att (jiġifieri, l-artikoli tiegħu), huma ma humiex legalment effikaċi sa fejn imorru lil hinn minn din il-funzjoni (132).

258. Dan l-intervent tal-Kunsill Ewropew (li jieħu l-forma ta’ brejk ta’ emerġenza matul il-proċedura ta’ deċiżjoni tar-Regolament 2020/2092) ma jirrispettax id-dritt primarju jekk ikollu effetti legali obbligatorji (133), billi l-ebda regola tat-Trattati ma tagħti dawn is-setgħat (134).

259. Il-Kummissjoni taċċetta l-intervent tal-Kunsill Ewropew billi inkwistjoni hemm “diskussjoni politika li ma tinvolvix pass formali fil-proċedura jew l-involviment tal-Kunsill Ewropew fl-implimentazzjoni tal-baġit, u ma għandux jagħmel il-mekkaniżmu ineffettiv, peress li s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill u r-rwol tal-Kummissjoni mhumiex affettwati” (135).

260. Mifhuma b’dan il-mod, u abbażi tal-premessa li l-intervent politiku tal-Kunsill Ewropew ma jidhirx fl-artikoli tar-Regolament 2020/2092 ma jistax jinterferixxi fil-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet prevista fih, l-oġġezzjonijiet tal-Gvern Ungeriż kontra l-intervent tal-Kunsill Ewropew ma jibqgħux effettivi.

b)      Ksur possibbli talArtikolu 269 TFUE

261. Skont il-Gvern Ungeriż, il-miżuri tar-Regolament 2020/2092 huma suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju sħiħ tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tista’ tiddeċiedi dwar il-mertu tad-deċiżjonijiet adottati u mhux biss dwar “l-osservanza tad-dispożizzjonijiet proċedurali”. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 269 TFUE jillimita lil dawn tal-aħħar għall-kontestazzjoni tal-atti tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill approvati fil-kuntest tal-Artikolu 7 TUE.

262. Il-premessa impliċita f’din il-parti tal-motiv hija li l-mekkaniżmu tar-Regolament 2020/2092 jikkoinċidi, fil-verità, ma’ dak tal-Artikolu 7 TUE. Għar-raġunijiet esposti sa issa, nemmen li din il-premessa ma hijiex korretta, u dan iqiegħed f’dubju l-argumentazzjoni sussegwenti kollha tal-Gvern Ungeriż.

263. Il-livell doppju ta’ skrutinju ġudizzjarju f’każ (Artikolu 263 TFUE) u fil-każ l-ieħor (Artikolu 269 TFUE) ma jistax jiġi miċħud, billi l-Qorti tal-Ġustizzja:

–      Iżżomm il-ġurisprudenza ġenerali tagħha sabiex tivverifika l-legalità tal-atti li l-Kummissjoni u l-Kunsill jadottaw skont ir-Regolament 2020/2092 u li huma s-suġġett ta’ rikors għal annullament. Dan jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 263 TFUE (fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jimponu miżuri korrettivi) u mill-Artikolu 265 TFUE (fir-rigward tan-nuqqas ta’ azzjoni possibbli tal-Kummissjoni fl-iżvolġiment tal-proċedura).

–      Skont l-Artikolu 269 TFUE, hija għandha ġurisprudenza limitata għall-ksur tar-regoli tal-proċedura, u mhux għar-regoli sostantivi, meta jitressaq rikors għal annullament kontra l-atti adottati mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 7 TUE.

264. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ċerti aspetti proċedurali tal-Artikolu 7 TUE fis-sentenza tat‑3 ta’ Ġunju 2021, L‑Ungerija vs Il‑Parlament (136). B’mod partikolari, hija ddikjarat li:

–      L-Artikolu 269 TFUE jagħmel riferiment biss għall-atti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew li huma adottati fil-kuntest tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE, iżda mhux għad-deċiżjonijiet tal-Parlament adottati skont dan l-istess artikolu (137).

–      Dawn id-deċiżjonijiet tal-Parlament huma suġġetti għall-“kompetenza [ġurisdizzjoni] ġenerali li hija rrikonoxxuta lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-Artikolu 263 TFUE għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni” (138).

–      Billi l-Artikolu 269 TFUE jinvolvi limitazzjoni fuq il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa għandu jiġi interpretat b’mod ristrett (139).

265. B’mod partikolari, minħabba d-differenzi bejn iż-żewġ proċeduri, xejn ma jipprekludi lill-atti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill skont ir-Regolament 2020/2092 milli jiġu suġġetti għall-istħarriġ sħiħ tal-legalità (jiġifieri, mingħajr restrizzjoni) tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 TFUE, u mhux għal dak iktar limitat tal-Artikolu 269 TFUE, li japplika biss, b’mod eċċezzjonali, għall-atti approvati f’konformità mal-Artikolu 7 TUE.

266. It-tieni parti tat-tieni motiv tar-rikors għandha, għaldaqstant, tiġi miċħuda.

VII. Ittielet motiv tarrikors: ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

A.      Largumenti talpartijiet

267. Il-Gvern Ungeriż jargumenta li l-kunċett tal-Istat tad-dritt li fuqu huwa bbażat ir-Regolament 2020/2092 huwa astratt, ma jistax ikun is-suġġett ta’ definizzjoni uniformi fid-dritt tal-Unjoni u għandu jiġi speċifikat mill-ordinamenti ta’ kull Stat Membru. L-Artikolu 2(a) tar-Regolament 2020/2092 jestendi dan il-kunċett u jaffettwa ċ-ċertezza legali b’mod negattiv.

268. Barra minn hekk, skont il-Gvern Ungeriż, l-“aspetti” li fihom huwa speċifikat il-kunċett tal-Istat tad-dritt tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2020/2092 (li jagħti xi eżempji tal-oqsma li fihom huwa possibbli l-ksur) huma espressi b’mod miftuħ u astratt, bi ksur tal-eżiġenzi taċ-ċertezza legali.

269. Dan l-istess difett jestendi għal dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament 2020/2092 (l-Artikolu 4(1) u (2)(h); l-Artikolu 5(3); l-Artikolu 6(3) u (8)), u dan iwassal għal livell għoli ta’ inċertezza legali.

270. Il-Parlament u l-Kunsill jikkontestaw dawn l-allegazzjonijiet, billi huma tal-fehma li d-definizzjoni tal-Istat tad-dritt għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092 hija valida u tirrispetta ċ-ċertezza legali, bl-istess mod li jagħmlu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità.

B.      Evalwazzjoni

271. Ser nibda billi nfakkar li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja:

–      Il-prinċipju ta’ ċertezza legali “jeżiġi, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari u preċiżi u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari meta jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u l-impriżi. B’mod partikolari, l-imsemmi prinċipju jeżiġi li leġiżlazzjoni tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu b’eżattezza l-portata tal-obbligi li hija timponi fuqhom u li dawn tal-aħħar ikollhom il-possibbiltà li jkollhom għarfien tad-drittijiet u tal-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità u jaġixxu konsegwentement” (140).

–      Dan il-prinċipju “japplika b’rigorożità partikolari fil-każ ta’ leġiżlazzjoni li tista’ tinvolvi konsegwenzi finanzjarji” (141).

–      “[B]illi ċertu ammont ta’ inċertezza dwar it-tifsira u l-portata ta’ regola tad-dritt huwa inerenti għaliha, wieħed għandu jillimita ruħu […] li jeżamina jekk l-att legali in kwistjoni huwa vvizzjat b’ambigwità tali li tfixkel lil dan l-Istat Membru milli jirrisolvi b’ċertezza suffiċjenti dubji li jista’ jkollu dwar il-portata jew it-tifsira tar-Regolament ikkontestat” (142).

–      L-eżiġenzi tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ma “jistgħux jinftiehmu bħala li jimponu li standard li juża l-kunċett ġuridiku astratt isemmi l-ipoteżijiet konkreti differenti li fihom dan il-kunċett jista’ jiġi applikat, sa fejn dawn l-ipoteżijiet ma jistgħux jiġu determinati minn qabel mil-leġiżlatur” (143).

–      L-osservanza tal-imperattiv taċ-ċertezza legali għandu jiġi kkunsidrat flimkien ma’ interessi pubbliċi oħra (144).

272. Għalkemm il-kunċett tal-Istat tad-dritt bħala valur tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 2 TUE huwa wiesa’, xejn ma jipprekludi lil-leġiżlatur tal-Unjoni milli jispeċifikah f’kuntest materjali speċifiku, bħal dak tal-implimentazzjoni baġitarja, għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja.

273. Il-kunċett tal-Istat tad-dritt għandu tifsira awtonoma fl-ordinament tal-Unjoni. L-istabbiliment tal-limiti tiegħu ma jistax jitħalla f’idejn d-drittijiet nazzjonali tal-Istati Membri, minħabba r-riskju li tali proċess ikun jinvolvi għall-applikazzjoni uniformi tiegħu. Għalkemm sa issa ma kienx is-suġġett ta’ żvilupp leġiżlattiv sistematiku, x’aktarx li ma jkunx hemm ostakoli sabiex iseħħ dan, fl-oqsma tal-kompetenzi proprji tal-Unjoni.

274. Kif diġà speċifikajt, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kkontribwixxiet għall-iżvilupp tal-valur tal-Istat tad-dritt f’dak li jirrigwarda l-implikazzjonijiet tiegħu għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva jew għall-indipendenza ġudizzjarja. It-tagħlimiet li jinstabu fiha jistgħu jipprovdu lil-leġiżlatur tal-Unjoni b’linji gwida sabiex jgħinuh jispeċifika dan il-valur fid-drittijiet sekondarji. Dan kien il-każ għar-Regolament 2020/2092.

275. Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk id-definizzjoni tal-Istat tad-dritt fl-Artikolu2(a) tar-Regolament 2020/2092, kif ukoll l-indizji ta’ ksur (l-Artikolu 3) u l-eżempji ta’ ksur tal-prinċipji li jkopri, jikkonformawx mal-eżiġenzi tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

276. Fid-definizzjoni tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament 2020/2092 hemm tliet elementi:

–      L-Istat tad-dritt huwa valur tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 2 TUE.

–      Huwa jikkonsisti f’seba’ prinċipji legali: dak tal-legalità, li jimplika proċedura leġiżlattiva trasparenti, demokratika, pluralista u suġġetta għall-obbligu ta’ rendikont; dak ta’ ċertezza legali; tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħa implimentattiva; dak tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, li jinkludi l-aċċess għall-ġustizzja, mill-qrati indipendenti u imparzjali, anki f’dak li jikkonċerna d-drittijiet fundamentali; dak tas-separazzjoni tas-setgħat; u dak tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza quddiem il-liġi.

–      Dawn il-prinċipji għandhom ikunu interpretati “b’kunsiderazzjoni tal-valuri u l-prinċipji l-oħra tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 TUE”.

277. Din id-definizzjoni li, nirrepeti, issir sempliċement għall-finijiet tar-Regolament 2020/2092, tieħu l-kunċett tal-Artikolu 2TUE u tiżviluppah billi tispeċifika s-seba’ prinċipji li jinkludi l-leġiżlatur. Dawn huma bbażati fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u fuq ix-xogħlijiet tal-Kummissjoni (145) li, min-naħa tagħhom, huma bbażati fuq l-elementi tal-Istat tad-dritt identifikati minn korpi internazzjonali, bħall-Kummissjoni ta’ Venezja (146).

278. Il-karatterizzazzjoni tal-Istat tad-dritt permezz tar-riferiment għall-prinċipji indikati iktar ’il fuq tikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ ċarezza, preċiżjoni u prevedibbiltà mitluba mill-prinċipju ta’ ċertezza legali. L-Istati Membri għandhom livell ta’ għarfien suffiċjenti tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn, speċjalment jekk jitqies li l-maġġoranza tagħhom ġew żviluppati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

279. Ċertament, dawn il-prinċipji għandhom grad inevitabbli ta’ astrazzjoni u ma huwiex possibbli li l-leġiżlatur jidentifika l-każijiet kollha li fihom ikunu applikabbli. Tali ċirkustanza, li hija komuni għal kull regola ġuridika li tagħti effett lil prinċipju ta’ dritt, ma tiksirx, minnha nnifisha, l-eżiġenzi taċ-ċertezza legali. Huwa l-interpretu li għandu jispeċifika l-applikazzjoni tagħha għal każ speċifiku.

280. L-identifikazzjoni fl-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/2092 ta’ xi “indizji ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt” (ksur tal-indipendenza tal-qrati, assenza ta’ sanzjonijiet għad-deċiżjonijiet illegali jew arbitrarji tal-awtoritajiet pubbliċi jew limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali) tiżvela l-isforz tal-leġiżlatur sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt u jżid iċ-ċertezza legali.

281. L-istess japplika għall-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2020/2092, li fih lista indikattiva ta’ elementi li fihom jista’ jseħħ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt.

282. Din il-lista għandha l-għan li tispeċifika l-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ kundizzjonalità tar-Regolament 2020/2092, meta jkun hemm rabta diretta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

283. Il-punt h) ta’ din il-lista jagħmel riferiment għal “sitwazzjonijiet jew imġiba oħra ta’ awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni”. L-inklużjoni tagħha, bħalma diġà esponejt, hija loġika u l-portata wiesgħa tat-termini tagħha ma taffettwax liċ-ċertezza legali iktar milli taffettwaha kwalunkwe klawżola simili oħra. Din il-klawżola ma tistax tiġi evitata fid-dawl tal-impossibbiltà li jiġi ddettaljat b’mod eżawrjenti l-katalogu ta’ azzjonijiet mill-Istati Membri li x’aktarx jiksru l-prinċipji tal-Istat tad-dritt fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

284. L-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2020/2092 jillimita l-applikazzjoni tiegħu għal qasam materjali ta’ kompetenza tal-Unjoni, bħalma hija l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għaldaqstant, huwa jipprevedi ċertezza legali għall-Istati Membri billi jippermettilhom ikunu jafu ex ante għal liema “aspetti” tal-azzjoni tagħhom tapplika l-kundizzjonalità finanzjarja għal ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, li hija limitata għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

285. L-użu ta’ kunċetti relattivament indeterminati fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2020/2092 ma jwassalx, fil-fehma tiegħi, għal ambigwità li tmur kontra l-eżiġenzi tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Il-kunċetti mniżżla fih huma użati b’mod wiesa’ f’regoli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam finanzjarju. Il-kjarifika addizzjonali tagħhom għandha tkun kwistjoni għall-prassi amministrattiva tal-Kummissjoni (147) u tal-Kunsill fl-applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092, suġġett għal stħarriġ sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

286. Il-Gvern Ungeriż iżid, ma’ dawk li għadni kif analizzajt, artikoli oħra tar-Regolament 2020/2092 li, fil-fehma tiegħu, jiksru wkoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

287. Fl-ewwel lok, jagħmel riferiment għall-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, li jipprevedi miżuri korrettivi meta “[…] ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett”.

288. Skont il-Gvern Ungeriż, il-possibbiltà li jadotta l-miżuri f’każ ta’ riskju gravi testendi l-applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092 għal sitwazzjonijiet inċerti li ma ġewx ipprovati. Barra minn hekk, jippermetti li l-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri arbitrarji, mhux marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, f’kontradizzjoni mal-eżiġenzi taċ-ċertezza legali.

289. Madankollu, ma nemminx li dawn l-argumenti jistgħu jkunu kondiviżi. Il-fatt li jiġu previsti miżuri mhux biss għal meta jkun hemm ksur ipprovat tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt direttament marbut mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, iżda wkoll għal meta jkun hemm riskju gravi li jseħħ tali riskju, ma jinvolvi l-ebda inċertezza legali.

290. Bħalma ser nesponi fir-risposta għar-raba’ motiv tar-rikors, huwa normali li fid-dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji tal-Unjoni jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-ksur diġà mwettaq kif ukoll ir-riskju gravi jew it-theddida gravi li tali ksur iseħħ.

291. Jekk jiġi segwit l-argument tal-Gvern Ungeriż, ikun diffiċli li kwalunkwe regola ġuridika tikkunsidra, bħala sitwazzjoni fattwali, riskju jew theddida bħala kunċetti li, fihom innifishom, jagħmlu riferiment għall-futur f’termini li ma humiex għalkollox prevedibbli (148).

292. Fit-tieni lok, il-Gvern Ungeriż jirrepeti li r-riferiment tal-Artikolu 4(2)(h) tar-Regolament 2020/2092 għal “sitwazzjonijiet jew imġiba oħra ta’ awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni” huwa inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Diġà spjegajt għalxiex ma naqbilx ma’ dan l-argument.

293. Fit-tielet lok, il-Gvern Ungeriż iqis li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali għaliex ma jispeċifikax b’mod xieraq it-tip u l-portata tal-miżuri korrettivi li jistgħu jiġu adottati kontra l-Istat Membru u għaliex ma jiggarantixxix li jkun hemm rabta diretta bejn dawn u bejn il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt.

294. Infakkar li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 jawtorizza l-adozzjoni ta’ miżuri proporzjonati għall-impatti reali jew potenzjali tal-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt fil-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew fl-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għall-approvazzjoni tagħhom, għandhom jiġu kkunsidrati n-natura, it-tul, il-gravità u l-portata tal-ksur ta’ dawn il-prinċipji.

295. Ma nara l-ebda inkompatibbiltà mal-prinċipju ta’ ċertezza legali f’dan il-mod ta’ determinazzjoni tat-tip u tal-portata tal-miżuri. Bħalma jindika l-Parlament, l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja hija bbażata fuq is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tipproponi l-miżuri korrettivi adegwati għall-aspetti speċifiċi ta’ kull każ. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika u timmotiva l-miżuri li hija tipproponi lill-Kunsill u dawn huma suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja.

296. Fir-rigward tal-ineżistenza (ipotetika) ta’ rabta diretta bejn il-ksur u l-miżuri korrettivi, minħabba li, skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092, “[i]l-miżuri għandhom, sa fejn ikun possibbli (149), ikollhom fil-mira l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati mill-ksur”, għal darba oħra, l-argument tal-Gvern Ungeriż jidhirli li huwa ftit li xejn konvinċenti.

297. F’din id-dispożizzjoni ma nara l-ebda inkompatibbiltà mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għaliex hemm sitwazzjonijiet li fihom ma huwiex possibbli, ex ante, li jiġi previst liema risposti jikkorrispondu l-aħjar għall-azzjonijiet ta’ ksur. Huwa loġiku li l-Kummissjoni u l-Kunsill ikollhom il-possibbiltà li jadottaw miżuri korrettivi, inklużi dawk “trasversali” fit-termini diġà msemmija (150), sakemm dawn ikunu ġġustifikati b’mod xieraq u jkunu suġġetti għall-istħarriġ sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

298. Fir-raba’ lok, il-Gvern Ungeriż jargumenta li l-Artikolu 6(3) u (8) tar-Regolament 2020/2092 jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali, għaliex ma jiddefinixxix b’mod suffiċjentement preċiż l-informazzjoni kkunsidrata mill-Kummissjoni fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet tagħha.

299. Anke dan l-argument għandu jiġi miċħud. Il-Kummissjoni għandha turi l-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt, kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri korrettivi li tqis bħala xierqa sabiex jitreġġa’ lura dan il-ksur. Jidhirli li huwa loġiku li, għal dawn il-finijiet, hija tista’ titlob informazzjoni mis-sorsi kollha disponibbli għaliha, bħalma jindika l-Artikolu 6(3) tar-Regolament 2020/2092. Jekk l-Istat li jwettaq il-ksur iqis li din l-informazzjoni ma tkunx preċiża, huwa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu żewġ fażijiet ta’ konsultazzjonijiet sabiex jikkontestaha quddiem il-Kummissjoni, qabel ma din tal-aħħar tipproponi l-miżuri lill-Kunsill.

300. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, it-tielet motiv tar-rikors għandu jiġi miċħud.

VIII. Motivi għal annullament parzjali ta’ diversi dispożizzjonijiet tarRegolament 2020/2092

301. Fir-raba’ sad-disa’ motiv tar-rikors tiegħu, il-Gvern Ungeriż jitlob l-annullament ta’ diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament 2020/2092 b’allegazzjonijiet li, fil-maġġoranza tagħhom, jirriproduċu dawk invokati f’xi wieħed mill-ewwel tliet motivi għal annullament.

302. Għall-Qorti tal-Ġustizzja, l-annullament parzjali ta’ att tal-Unjoni huwa possibbli biss sakemm l-elementi li fir-rigward tagħhom jintalab l-annullament ikunu jistgħu jiġu sseparati mill-bqija tal-att. Din l-eżiġenza ma hijiex issodisfatta meta l-annullament parzjali ta’ att jibdel is-sustanza tiegħu (151).

303. Skont din il-ġurisprudenza, ir-raba’ motiv tar-rikors tal-Gvern Ungeriż, li fih jitlob li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092 jiġi ddikjarat null huwa inammissibbli, għaliex din id-dispożizzjoni tikkorrispondi għas-sustanza tar-regolament innifsu, sa fejn tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ adozzjoni tal-miżuri korrettivi fil-konfront ta’ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt li għandhom rabta diretta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Mingħajr dan l-artikolu, ir-Regolament 2020/2092 ma jistax jiġi applikat.

304. L-istess raġunament japplika għas-seba’ u għat-tmien motiv, li fihom il-Gvern Ungeriż jitlob l-annullament tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092, li jistabbilixxi l-kriterji għall-adozzjoni tal-miżuri korrettivi. Mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja mingħajr il-possibbiltà li jiġu applikati miżuri korrettivi, minħabba nuqqas ta’ kriterji, ikun inutli, u għaldaqstant, dan l-artikolu huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tar-regolament ikkontestat.

305. Fi kwalunkwe każ, ser nanalizza l-motivi kollha għal annullament parzjali, inklużi dawk it-tlieta li nemmen li huma inammissibbli, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li huwa xieraq li jiġi eżaminat il-mertu.

A.      Irraba’ motiv tarrikors: lArtikolu 4(1) tarRegolament 2020/2092

1.      Largumenti talpartijiet

306. Skont il-Gvern Ungeriż, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092, sa fejn jawtorizza l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi f’każ ta’ riskju gravi għall-ġestjoni finanzjarja tajba jew għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali.

307. Huwa jżid li jekk din il-possibbiltà, li ma hijiex prevista f’regoli finanzarji oħra tal-Unjoni, tiġi permessa, dan ikun jeżenta lill-Kummissjoni mid-dmir li twettaq evalwazzjoni oġġettiva sabiex tipprova r-rabta ta’ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

308. Il-Parlament u l-Kunsill jikkontestaw dan l-argument tal-Gvern Ungeriż.

2.      Evalwazzjoni

309. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092 jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi meta “[…] ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru […] jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett” (152).

310. Regoli finanzjarji oħra tal-Unjoni jipprevedu miżuri simili, kemm għal sitwazzjonijiet li fihom il-ksur ikun diġà seħħ kif ukoll għal dawk li fihom hemm ir-riskju li ser iseħħ ksur. Xi eżempji huma dawn li ġejjin:

–      It-tieni u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Finanzjarju jagħmlu riferiment għall-ġestjoni kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jimponi fuq dawn l-Istati kontroll minnqabel, inkluż in situ, ta’ kampjuni ta’ operazzjonijiet rappreżentattivi tar-riskju u/jew ibbażati fuqu. Barra minn hekk, “[b]ħala parti mill-evalwazzjoni tagħha tar-riskji u f’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur, il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha ta’ awditjar, […] għandha tqis il-livell ta’ riskju evalwat b’konformità ma’ regoli speċifiċi għas-settur”.

–      L-Artikolu 104 tar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni tal-perijodu 2021‑2027 jipprevedi li “[l]-Kummissjoni għandha tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għal programm fejn hija tikkonkludi li jkun hemm nuqqas serju li jkun poġġa f’riskju l-appoġġ mill-Fondi li jkunu diġà mħallsa lill-programm”.

–      Ir-Regolament Finanzjarju (Artikoli 135 sa 143) jistabbilixxi sistema ta’ detezzjoni bikrija sabiex jipprekludi mill-għoti ta’ fondi tal-baġit tal-Unjoni lill-applikanti u lill-benefiċjarji f’sitwazzjonijiet li jirrappreżentaw riskju gravi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

311. Il-fatt li jiġi indirizzat biss il-ksur li diġà jkun seħħ (tar-regoli tal-Unjoni) u mhux ir-riskju gravi li dan jista’ jseħħ huwa inkompatibbli mal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 317 TFUE. Ġestjoni finanzjarja tajba tinvolvi r-rimedju tal-ksur li diġà jkun seħħ, iżda wkoll il-kunsiderazzjoni tat-theddid (sakemm dan ikun gravi u kredibbli) li tali ksur ser iseħħ u jwassal għal konsegwenzi finanzjarji mhux mixtieqa.

312. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tappoġġja l-użu tal-kriterju tar-riskju gravi sabiex tadotta, kontra l-Istati Membri, korrezzjonijiet finanzjarji jew miżuri protettivi oħra tal-baġit tal-Unjoni meta dawn l-Istati japplikaw kontrolli insuffiċjenti, mingħajr il-ħtieġa li jiġi pprovat telf reali u effettiv (153).

313. Fir-Regolament 2020/2092, l-evalwazzjoni tar-riskju gravi ta’ ksur ta’ prinċipju tal-Istat tad-dritt direttament marbut mal-implimentazzjoni baġitarja, bħala kriterju għall-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi, jidhirli li huwa partikolarment rilevanti, minħabba n-natura orizzontali tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità.

314. In-nuqqasijiet iġġeneralizzati tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-konformità mal-prinċipji tal-Istat tad-dritt relatati mal-baġit, fihom innifishom jistgħu jirrappreżentaw riskju għall-ġestjoni tajba tal-baġit u għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

315. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092 jipprevedi l-ipoteżi ta’ theddida li taffettwa gravement il-baġit jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa konformi mal-eżiġenzi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għaliex il-miżuri ta’ reazzjoni għal sitwazzjoni ta’ riskju għandhom ikunu proporzjonali għall-intensità ta’ dan ir-riskju u għall-impatt tiegħu fuq il-baġit jew fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa kkonfermat mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092.

316. Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni l-Gvern Ungeriż, bl-ebda mod ma tiġi sanċita preżunzjoni ta’ riskju li ddgħajjef ir-rabta bejn il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fl-ebda mument ma tiġi eżentata mill-obbligu tagħha li tipprova l-eżistenza tat-theddida jew tar-riskju li, ninsisti, għandu jkun gravi, reali u mhux sempliċement ipotetiku.

317. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2020/2092 huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, u għaldaqstant ir-raba’ motiv tar-rikors għandu jiġi miċħud.

B.      Ilħames motiv tarrikors: lArtikolu 4(2)(h) tarRegolament 2020/2092

318. Skont il-Gvern Ungeriż, l-Artikolu 4(2)(h) tar-Regolament 2020/2092 ma jipprovdix definizzjoni preċiża tal-każijiet li fihom jista’ jseħħ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt. Billi tagħmel riferiment, mingħajr iktar dettall, għal “sitwazzjonijiet jew imġiba oħra ta’ awtoritajiet”, id-dispożizzjoni tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

319. Il-motiv għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet esposti fir-risposta għat-tielet motiv.

C.      Issitt motiv tarrikors: ksur talArtikolu 5(2) tarRegolament 2020/2092

1.      Largumenti talpartijiet

320. Skont il-Gvern Ungeriż, il-mandat tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 (fil-qosor, li l-Istat Membru li kontrih jiġu adottati miżuri għandu jkompli jiffinanzja l-benefiċjarji finali tal-programmi):

–      Huwa inkompatibbli mal-bażi legali ta’ dan ir-regolament, billi l-obbligu jaqa’ fuq il-baġits tal-Istati Membri.

–      Jikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar id-defiċit baġitarju u jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri.

321. Il-Parlament u l-Kunsill jikkontestaw dan l-argument, billi jirrepetu – bħalma diġà għamlu fir-rigward tal-ewwel motiv tar-rikors – li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 ma jimponi l-ebda obbligu li huwa addizzjonali għal dawk diġà eżistenti u huwa essenzjali sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet miksuba mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, huma jenfasizzaw li huwa l-Istat Membru li għandu r-responsabbiltà li jintlaħqu l-għanijiet dwar id-defiċit baġitarju f’konformità mal-għażliet leġiżlattivi tiegħu stess, bla ħsara għall-konformità mar-regoli tal-Unjoni (fosthom, ir-Regolament 2020/2092 innifsu).

2.      Evalwazzjoni

322. Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2020/2092 mal-bażi legali tal-Artikolu 322(1)(a) TFUE, diġà esprimejt ruħi fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel motiv tar-rikors.

323. Fir-rigward tal-(in)kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kontroll tad-defiċits pubbliċi eċċessivi, ma naqbilx mal-fehma tal-Gvern Ungeriż.

324. Kull Stat Membru (b’mod partikolari, jekk dan ma jkunx parti miż-żona euro) għandu s-setgħa li jfassal u jikkontrolla l-baġits tiegħu, suġġett biss għal-limiti stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni. Ir-Regolament 2020/2092 ma jinterferixxix fil-libertà tal-Istati Membri sabiex jiddeċiedu, f’dawn il-limiti, l-għażliet baġitarji tagħhom stess ta’ dħul u spejjeż pubbliċi.

325. Fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa baġitarja, l-Istat Membru ċertament għandu jġarrab l-ispejjeż tal-korrezzjonijiet finanzjarji imposti fil-kuntest tar-Regolament 2020/2092 u, b’mod partikolari, dawk li jirriżultaw mill-obbligu għar-rispett tal-eżiġenza li jkomplu jiffinanzjaw lill-benefiċjarji finali tal-programmi.

326. Fir-rigward tal-(allegata) faċilità ikbar tal-Istati l-kbar sabiex jassumu dan l-obbligu, l-ugwaljanza bejn l-Istati Membri hija osservata peress li r-Regolament 2020/2092 jimponi fuq l-Istati kollha dmir identiku li jkomplu jiffinanzjaw il-benefiċjarji finali.

327. Barra minn hekk, il-finanzjament irċevut mill-baġit tal-Unjoni minn Stat Membru normalment huwa relatat mal-piż ekonomiku u l-popolazzjoni ta’ dan l-Istat, bħala elementi rilevanti. L-Istati b’piż ekonomiku u popolazzjoni iktar baxxi għandhom ikunu benefiċjarji ta’ programmi tal-Unjoni skont il-karatteristiċi uniċi tagħhom. Il-korrezzjonijiet finanzjarji għall-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt għaldaqstant jaffettwawhom sal-istess punt.

328. Il-fatt li l-Istat, irrispettivament mill-piż ekonomiku u l-popolazzjoni tiegħu, ikun kontribwenti nett jew riċevitur nett ta’ fondi tal-Unjoni ma jibdilx din is-sitwazzjoni. Loġikament, ir-riċevituri netti tal-fondi tal-baġit tal-Unjoni jkunu proporzjonalment iktar esposti għall-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità finanzjarja mill-kontribwenti netti, iżda tali ċirkustanza hija inevitabbli u ma toħloqx diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri.

329. Is-sitt motiv tar-rikors għandu, għaldaqstant, jiġi miċħud.

D.      Isseba’ motiv tarrikors: issentenza ta’ qabel talaħħar talArtikolu 5(3) tarRegolament 2020/2092

330. Skont il-Gvern Ungeriż, it-tielet sentenza tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 (li skontha “[i]n-natura, it-tul ta’ żmien, il-gravità u l-ambitu tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandhom jitqiesu kif xieraq”) tirriżulta bħala inkompatibbli mal-bażi legali tar-Regolament u mal-Artikolu 7 TUE. Huwa jsostni li din id-dispożizzjoni ma hijiex relatata mal-baġit jew mal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, barra minn hekk, ma għandhiex il-preċiżjoni meħtieġa mill-prinċipju ta’ ċertezza legali.

331. Dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda għar-raġunijiet stabbiliti fl-eżami tal-ewwel u t-tielet motiv.

E.      Ittmien motiv tarrikors: laħħar sentenza talArtikolu 5(3) tarRegolament 2020/2092

332. Il-Gvern Ungeriż isostni li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 2020/2092 (“[i]l-miżuri għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikollhom fil-mira l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati mill-ksur”) ma tiggarantixxix l-eżistenza ta’ relazzjoni diretta bejn il-ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt li jiġi kkonstatat fil-prattika u dawn il-miżuri. Fil-fehma tiegħu, id-dispożizzjoni tikser kemm il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll dak ta’ ċertezza legali.

333. Dan il-motiv għandu jiġi miċħud abbażi tal-argumenti esposti fl-analiżi tal-ewwel u t-tielet motiv.

F.      Iddisa’ motiv tarrikors, lArtikolu 6(3) u (8) tarRegolament 2020/2092.

334. Il-Gvern Ungeriż isostni li l-Artikolu 6(3) u (8) tar-Regolament 2020/2092 (li jgħid li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra “l-informazzjoni rilevanti minn sorsi disponibbli, inkluż deċiżjonijiet, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra u ta’ istituzzjonijiet rikonoxxuti oħra”) jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali, billi ma jiddefinixxix b’mod xieraq ir-riferimenti u s-sorsi li għandhom jintużaw.

335. Dan il-motiv għandu jiġi miċħud abbażi tal-kunsiderazzjonijiet esposti fl-analiżi tat-tielet motiv.

IX.    Fuq lispejjeż

336. Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk ikunu ntalbu. Peress li l-Ungerija tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-Parlament u mill-Kunsill.

337. Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiż l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

X.      Konklużjoni

338. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:

“1)      Tiċħad it-talba inċidentali tal-Kunsill li biha jitlob li jiġu injorati s-siltiet tar-rikors tal-Ungerija u tal-annessi tiegħu, b’mod partikolari l-Anness A.3, li jagħmlu riferiment għal, jirriproduċu l-kontenut jew jirriflettu l-analiżi mwettqa fl-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill (dokument 13593/18 tal-Kunsill) tal‑25 ta’ Ottubru 2018.

2)      Tiċħad l-ewwel, it-tieni u t-tielet motiv tar-rikors ippreżentati mill-Ungerija kontra r-Regolament (EU, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew tas‑16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, li fihom jintalab l-annullament tiegħu.

3)      Tiddikjara bħala inammissibbli r-raba’, is-seba’ u t-tmien motiv u tiċħad il-ħames, is-sitt u d-disa’ motiv tar-rikors, li fihom jintalab, b’mod sussidjarju, l-annullament tal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 4(2)(h), l-Artikolu 5(2), 5(3), is-sentenza ta’ qabel tal-aħħar tal-Artikolu 5(3), l-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(3), u l-Artikolu 6(3) u (8) tar-Regolament 2020/2092.

4)      Tikkundanna lill-Ungerija sabiex tħallas, apparti l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5)      Tordna li l-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom”.


1      Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.


2      Fil-Kawża C‑157/21, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsil, ir-Repubblika tal-Polonja tifformula l-istess talba. F’din l-istess data nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi fiż-żewġ kawżi.


3      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU 2020, L 433I, p. 1, rettifika fil-ĠU 2021, L 373, p. 94).


4      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


5      Skont l-Artikolu 16(3) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Ungerija talbet li l-kawża tiġi riferuta lill-Awla Manja.


6      Artikolu ta’ Político, tad‑29 ta’ Ottubru 2018.


7      Dokument identifikat mill-Kunsill bin-numru ST 13593 2018 INIT. Il-punti 1 sa 8 fihom l-introduzzjoni u d-dikjarazzjoni tal-kuntest ġuridiku u tal-fatti, iżda jeskludu l-analiżi ġuridika. Ġew ippubblikati fit‑18 ta’ Diċembru 2020: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST%2013593%202018-INIT/en/pdf. Ara f’dan ir-rigward is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑21 ta’ April 2021, Pech vs Il‑Kunsill (T‑252/19, EU:T:2021:203), punti 2 sa 4.


8      Il-Qorti Ġenerali ġiet affaċċjata b’talba simili. Digriet tal‑20 ta’ Mejju 2020, Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (T‑526/19, EU:T:2020:210), li huwa s-suġġett ta’ appell pendenti u fejn hemm il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek tas‑6 ta’ Ottubru 2021 Nord Stream 2 vs Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2021:831).


9      “Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali residenti jew bl-uffiċċju reġistrat f’Stat Membru, għandu dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f’dan ir-Regolament”.


10      Deċiżjoni tal-Kunsill tal‑1 ta’ Diċembru 2009 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU 2009, L 325, p. 35). Skont l-Artikolu 6(2) tagħha, “Il-Kunsill jew il-Coreper jista’ jawtorizza l-produzzjoni għal użu ta’ proċedimenti legali ta’ kopja ta’ jew estratt minn dokumenti tal-Kunsill li kienu għadhom ma nħarġux għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar aċċess pubbliku ta’ dokumenti”.


11      Artikolu 5: “[m]eta Stat Membru jippreżenta talba lill-Kunsill, din għandha tiġi ttrattata skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Anness. Fil-każ ta’ rifjut sħiħ jew parzjali tal-aċċess, l-applikant għandu jkun infurmat li kwalunkwe applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi indirizzata direttament lill-Kunsill”.


12      Nota tal-Kunsill tal‑10 ta’ April 2018, dwar l-ipproċessar tad-dokumenti interni tal-Kunsill, fuq https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7695-2018-INIT/mt/pdf.


13      Punt 20: “Id-dokumenti ‘LIMITE’ m’għandhomx isiru pubbliċi sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni għal dak l-għan minn uffiċjali tal-Kunsill debitament awtorizzati, mill-amministrazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru (ara l-paragrafu 21), jew, fejn rilevanti, mill-Kunsill, skont irRegolament (KE) Nru 1049/2001 u r-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill”.


      Punt 21: “Il-persunal fi kwalunkwe istituzzjoni jew korp tal-UE ħlief il-Kunsill ma jistax jiddeċiedi hu stess li jagħmel dokumenti ‘LIMITE’ pubbliċi mingħajr ma jikkonsulta l-ewwel lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK). Il-persunal fl-amministrazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru jikkonsulta lis-SĠK qabel ma jieħu tali deċiżjoni sakemm ma jkunx ċar li d-dokument jista’ jsir pubbliku, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001”.


      Punt 22: “[i]l-kontenut tad-dokumenti ‘LIMITE’ jista’ jiġi ppubblikat biss fuq siti tal-Internet siguri jew pjattaformi bbażati fuq l-Internet approvati mill-Kunsill jew b’karatteristiċi ta’ aċċess protett (eż. il-Portal tad-Delegati)”.


14      Sentenza tal‑31 ta’ Jannar 2020, Is‑Slovenja vs Il‑Kroazja (C‑457/18, EU:C:2020:65; iktar ’il quddiem, is-“sentenza Is‑Slovenja vs Il‑Kroazja), punt 67; u d-digriet tal‑14 ta’ Mejju 2019, L‑Ungerija vs Il‑Parlament (C‑650/18, mhux ippubblikat, EU:C:2019:438; iktar ’il quddiem, id-“digriet L‑Ungerija vs Il‑Parlament”), punti 9, 12 u 13.


15      Sentenza Is‑Slovenja vs Il‑Kroazja, punt 66, b’ċitazzjoni tad-digriet L‑Ungerija vs Il‑Parlament, punti 8 u 9.


16      Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008, L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill (C‑39/05 P u C‑52/05 P, EU:C:2008:374; iktar ’il quddiem, is-“sentenza L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill”), punt 42.


17      Ibidem, punt 36.


18      Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill, punti 38 sa 44; tat‑3 ta’ Lulju 2014, Il‑Kunsill vs in’t Veld (C‑350/12 P, EU:C:2014:2039), punt 96; u d-digriet L‑Ungerija vs Il‑Parlament, punt 11.


19      Sentenza tal‑4 ta’ Settembru 2018 (C‑57/16 P, EU:C:2018:660), punti 73 sa 75; u d-digriet L‑Ungerija vs Il‑Parlament, punt 13.


20      Sentenza Is‑Slovenja vs Il‑Kroazja, punt 70.


21      Digriet L‑Ungerija vs Il‑Parlament, punt 14; u s-sentenza Is‑Slovenja vs Il‑Kroazja, punt 68.


22      Sentenza L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill, punti 54.


23      Ibidem, punt 59.


24      Ibidem, punti 62 sa 66.


25      Ibidem, punti 68 u 69.


26      Waħda minn dawn id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-Kunsill hija dik li l-Qorti Ġenerali ħassret fis-sentenza tal‑21 ta’ April 2021, Pech vs Il‑Kunsill (T‑252/19, EU:T:2021:203).


27      Digriet L‑Ungerija vs Il‑Parlament, punt 14; u s-sentenza Is‑Slovenja vs Il‑Kroazja, punt 68. Bħalma spjegajt ukoll, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill u l-linji gwida ġenerali tiegħu ta’ aċċess għad-dokumenti jagħmlu riferiment għar-Regolament Nru 1049/2001.


28      Punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


29      Matul is-seduta, il-Kunsill ma kellux għalfejn jikkummenta dwar l-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tiegħu.


30      Sentenza L‑Isvizzera u Turco vs Il‑Kunsill, punt 67.


31      Ibidem, punt 59. Dan l-istess punt iżid dan li ġej: “[f]il-fatt, huwa pjuttost in-nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ dibattitu li jistgħu jqajmu dubji f’moħħ iċ-ċittadini, mhux biss fir-rigward tal-legalità ta’ att iżolat, iżda wkoll fir-rigward tal-leġittimità tal-proċedimenti fil-qrati fl-intier tagħhom”.


32      Sentenza L‑Isvizzera u Turco vs Il‑Kunsill, punti 68 u 71.


33      Ibidem, punt 57.


34      Ibidem, punt 69.


35      Ibidem, punt 64.


36      Ara Louis, J.-V., “Respect de l’État de droit et protection des finances de l’Union”, Cahiers de droit européen, 2020, Nru 1, pp. 3 sa 20; u Baraggia, A. u Bonelli, M., “Linking Money to Values: the new Rule of Law Regulation and its constitutional challenges”, German Law Journal, ippubblikat.


37      L-Ungerija hija waħda mir-riċevituri prinċipali per capita tal-fondi strutturali tal-Unjoni b’EUR 25 424 713 942 fil-QFP 2014‑2020 (EUR 2 532 għal kull ċittadin) u b’perċentwali għoli tal-investimenti pubbliċi tal-pajjiż ikkofinanzjati mill-Unjoni, skont id-data tal-Kummissjoni disponibbli fuq https://cohesiondata.ec.europa.eu/countries/HU. Ir-Repubblika tal-Polonja tispikka bħala waħda mill-benefiċjarji prinċipali tal-fondi strutturali tal-Unjoni, billi rċeviet EUR 89 990 274 817 (EUR 2 262 għal kull ċittadin) fil-QFP 2014‑2020, skont id-data tal-Kummissjoni disponibbli fuq https://cohesiondata.ec.europa.eu/countries/PL.


38      Dokument COM(2014) 158 final tal‑11 ta’ Marzu 2014, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt.


39      L-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku tal-Kunsill Nru 10296/14 tas‑27 ta’ Mejju 2014 tikkritika din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fejn tindika li r-rispett tal-Istat tad-dritt jista’ jkun biss is-suġġett ta’ azzjoni mill-istituzzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura tal-Artikolu 7 TUE jew jekk ikun hemm kompetenza sostantiva speċifika oħra.


40      Dokument COM(2019) 163 final tat‑3 ta’ April 2019, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill: It-tisħiħ ulterjuri tal-Istat tad-Dritt fi ħdan l-Unjoni. Is-sitwazzjoni bħalissa u l-passi li jmiss li jistgħu jittieħdu; Dokument COM(2019) 343 final tas‑17 ta’ Lulju 2019, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni. Pjan ta’ azzjoni.


41      Ara, għas-snin 2020 u 2021, id-Dokument COM(2020) 580 final tat‑30 ta’ Settembru 2020, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ir-Rapport tal‑2020 dwar l-Istat tad-Dritt. Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea; kif ukoll id-Dokument COM(2021) 700 final tal‑20 ta’ Lulju 2021, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ir-Rapport tal‑2021 dwar l-Istat tad-Dritt. Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea.


42      Dokument COM(2018) 324 final tat‑2 ta’ Mejju 2018, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri.


43      Ara l-opinjoni Nru 1/2018 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑2 ta’ Mejju 2018 dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (ĠU 2018, C 291, p. 1).


44      Dokument EUCO 10/20, anness, punti 22 u 23, Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal‑21 ta’ Lulju 2020.


45      Ara Rubio, E., Rule of Law Conditionality what could an acceptable compromise look like?, Institut Jacques Delors Policy Brief, Ottubru 2020; Dimitrovs, A., u Droste, H., “Conditionality Mechanism: What’s In It?”, VerfBlog, 2020/12/30, https://verfassungsblog.de/conditionality-mechanism-whats-in-it/.


46      Dokument EUCO 22/20, punt 2, Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal‑11 ta’ Diċembru 2020. Ara l-kritika dwar dawn il-konklużjonijiet ta’ Beramdane, A., “Conditionnalité budgétaire ou conditionnalité de l’État de droit?”, Revue du droit de l’Union européenne, 2021, Nru 1, p. 155; Scheppele, K. L., Pech, L. u Platon, S., “Compromising the Rule of Law while Compromising on the Rule of Law”, VerfBlog, 2020/12/13, https://verfassungsblog.de/compromising-the-rule-of-law-while-compromising-on-the-rule-of-law/; u ta’ Alemanno, A. u Chamon, M, “To Save the Rule of Law you Must Apparently Break It”, VerfBlog, 2020/12/11, https://verfassungsblog.de/to-save-the-rule-of-law-you-must-apparently-break-it/, li għalih il-Kunsill Ewropew aġixxa ultra vires.


47      Ara analiżi ddettaljata f’Editorial Comments, “Compromising (on) the general conditionality mechanism and the rule of law”, Common Market Law Review, 2021, Nru 2, pp. 267 sa 284.


48      Din l-affermazzjoni hija konformi mal-ħolqien tar-regolament bħala strument ta’ kundizzjonalità baġitarja differenti mill-mekkaniżmu ta’ protezzjoni tal-Istat tad-dritt.


49      Il-Parlament wera l-oppożizzjoni tiegħu għal dan l-impenn u kkritika lill-Kummissjoni talli aċċettat in-neċessità li jiġu mfassla linji gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/2092 u talli ssuġġettat l-adozzjoni tagħhom għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rikorsi għal annullament possibbli ta’ dan ir-regolament. Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat‑8 ta’ Lulju 2021 dwar it-tfassil ta’ linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (2021/2071(INI)) F’Diċembru 2021, il-linji gwida kienu għadhom ma ġewx adottati, u għaldaqstant, l-implimentazzjoni tar-regolament hija de facto sospiża.


50      Dwar din id-dikjarazzjoni tal-aħħar, ara l-punt 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


51      Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas‑17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021‑2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument ta’ Rkupru għall-Unjoni Ewropea u r-Regolament dwar l-istat tad-dritt (2020/2923(RSP)), b’mod partikolari, il-punt 4.


52      Premessa 7 tar-Regolament tal-Kunsill tal‑14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID‑19 (ĠU 2020, L 433I, p. 23). Ara wkoll l-Artikolu 8 tar-Regolament 2021/241.


53      Skont il-premessa 15 tar-Regolament 2020/2092, il-“[k]sur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari dawk li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, jista’ jagħmel ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa l-każ għal ksur individwali tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u saħansitra aktar għal ksur mifrux jew minħabba prattiki rikorrenti jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, jew għal miżuri ġenerali adottati minn tali awtoritajiet”. Innota, f’linja mhux koinċidentali, li, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal‑11 ta’ Diċembru 2020, “ir-regolament ma jagħmilx riferimenti għal nuqqasijiet iġġeneralizzati”. Din id-dikjarazzjoni ma hijiex konformi għal dak li hemm indikat f’din il-premessa, u għaldaqstant ma jistax ikollha effett fuq l-interpretazzjoni tar-Regolament 2020/2092.


54      Fl‑20 ta’ Ottubru 2021, il-President tal-Parlament Ewropew talab lis-Servizz Ġuridiku ta’ din l-istituzzjoni sabiex jipprepara talba kontra l-Kummissjoni Ewropea għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-Regolament 2020/2092.


55      Għall-QFP 2021‑2027, din hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal‑14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU 2020, L 424, p. 1).


56      Ara Lenaerts, K. u Adam, S., “La solidarité, valeur commune aux États membres et principe fédératif de l’Union européenne”, Cahiers de droit européen, 2021, Nru 2, pp. 307 sa 417.


57      Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas‑17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill‑2021 sal‑2027 (ĠU 2020, L 433I, p. 11).


58      Dan l-istrument jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni, fuq bażi eċċezzjonali, sabiex tieħu self b’mod temporanju f’isem l-Unjoni fis-swieq tal-kapitali għal valur massimu ta’ EUR 750 000 miljun, li minnhom, massimu ta’ EUR 360 000 miljun jintużaw sabiex jingħata self u massimu ta’ EUR 390 000 miljun sabiex jiġu koperti l-ispejjeż, fejn l-iskop esklużiv ta’ dawn l-ammonti huwa li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi kkawżata mill-COVID‑19. Bħalma diġà indikajt fil-konklużjonijiet tiegħi tat‑18 ta’ Marzu 2021, Il‑Ġermanja vs Il‑Polonja (C‑848/19, EU:C:2021:218), nota ta’ qiegħ il-paġna 43, dan huwa l-ikbar sforz ta’ solidarjetà mniedi mill-Unjoni fl-istorja tagħha.


59      L-Artikolu 310(5) TFUE jirrepeti li “[l]-baġit għandu jkun implimentat skond il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ l-Unjoni sabiex jassiguraw li l-approprazzjonijiet imdaħħla fil-baġit jintużaw skond dan il-prinċipju”.


60      Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36) (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Finanzjarju”).


61      L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju jindika li, “[f]ejn il-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’ġestjoni kondiviża, il-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u għandhom jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet komplimentari għandhom jiġu stabbiliti f’regoli speċifiċi għas-setturi”.


62      Fl-Istati Uniti, l-istituzzjonijiet federali użaw, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Istati federali u mal-entitajiet lokali, il-kundizzjonalità finanzjarja sabiex jissuġġettaw l-għoti ta’ fondi tal-baġit federali għall-kundizzjoni li, inter alia, tiġi pprojbita s-segregazzjoni razzjali fl-edukazzjoni u fiċ-ċentri tax-xogħol, jiġi introdott salarju minimu, tiġi stabbilita amministrazzjoni pubblika statali indipendenti jew tiġi stabbilita veloċità massima fit-toroq tul il-pajjiż kollu. Il-bażi ta’ din il-kundizzjonalità finanzjarja federali tinsab fil-klawżola 1 tat-Taqsima 8 tal-Artikolu I tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti (the Spending Clause of the Constitution), li tagħti lill-Kungress is-setgħa “to lay and collect Taxes, […] to […] provide for the […] general Welfare of the United States”). Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti stabbilixxiet ir-rekwiżiti għall-użu ta’ din il-kundizzjonalità, inter alia, fis-sentenzi, South Dakota vs  Dole, 483 U.S. 203 (1987), u NFIB vs  Sebelius, 567 U.S. 519 (2012). Ara Yeh, Brian T., The Federal Government’s Authority to Impose Conditions on Grant Funds, Congressional Research Service, 2017, fuq https://sgp.fas.org/crs/misc/R44797.pdf; u Margulies, P., “Deconstructing Sanctuary Cities: The Legality of Federal Grant Conditions That Require State and Local Cooperation on Immigration Enforcement”, Wash. & Lee L. Rev. 2018, p. 1507.


63      Ara Viță, V., “Revisiting the Dominant Discourse on Conditionality in the EU: The Case of EU Spending Conditionality”, Cambridge Yearbook of European Legal Studies, 2017, pp. 116 sa 143.


64      Ara Viță, V., Conditionalities in Cohesion Policy, Research for REGI Committee, European Parliament, Policy Department for Structural and Cohesion Policies, Brussell, 2018.


65      Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU 2021, L 231, p. 159, rettifika fil-ĠU 2021, L 261, p. 58; iktar ’il quddiem, ir-“Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni 2021‑2027”). Dan ir-regolament isaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità diġà previsti mill-QFP 2014‑2020 fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifika fil-ĠU 2016, L 200, p. 140 u fil-ĠU 2019, L 66, p. 6).


66      Min-naħa l-oħra, l-Anness IV fih il-“kondizzjonijiet abilitanti tematiċi applikabbli għall-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni […]”.


67      Deċiżjoni tas‑26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU 2010, L 23, p. 35).


68      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU 2011, L 306, p. 25).


69      Regolament tal-Kunsill tat‑18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita’ li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament ta’ l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 81).


70      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU 2013, L 140, p. 1).


71      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU 2021, L 57, p. 17).


72      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU 2021, L 251, p. 48).


73      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Lulju 2021 dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku taħt il-mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU 2021, L 274, p. 1).


74      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7).


75      Pereżempju, l-osservanza mill-Istat Membru tal-eżiġenzi ta’ bilanċ makroekonomiku hija kundizzjoni għar-riċeviment tal-iżborżi tal-fondi strutturali, bħall-FEŻR jew il-FSE.


76      Premessa 6 tar-Regolament 2020/2092.


77      Fost il-ġurisprudenza dwar il-kundizzjonalità ambjentali fil-ħlasijiet diretti lill-bdiewa jistgħu jissemmew is-sentenzi tas‑27 ta’ Jannar 2021, De Ruiter (C‑361/19, EU:C:2021:71), punti 31 sa 41; u tal‑25 ta’ Lulju 2018, Teglgaard u Fløjstrupgård (C‑239/17, EU:C:2018:597), punti 42 et seq. Is-sentenza tas‑7 ta’ Awwissu 2018, Argo Kalda Mardi talu (C‑435/17, EU:C:2018:637), punt 39, tindika li, “[s]kont l-Artikolu 93 ta’ dan l-aħħar imsemmi regolament [Nru 1306/2013], l-istandards marbuta mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba jifformaw parti mir-regoli marbuta mal-kundizzjonalità, li, kif previst fl-Artikolu 91 tal-imsemmi regolament, għandhom jiġu osservati taħt piena ta’ sanzjoni amministrattiva. Dawn l-istandards huma stabbiliti fil-livell nazzjonali, elenkati fl-Anness II tal-istess regolament u jikkonċernaw b’mod partikolari l-qasam tal-ambjent”.


78      Sentenza tas‑27 ta’ Novembru 2012 (C‑370/12, EU:C:2012:756), punt 69: “[…] ir-raġuni għalfejn l-għoti ta’ assistenza finanzjarja mill-mekkaniżmu ta’ stabbiltà huwa suġġett għal kundizzjonalità stretta, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 136 TFUE, li jikkostitwixxi d-dispożizzjoni kkonċernata bir-reviżjoni tat-Trattat FUE, hija sabiex jiġi żgurat li, fil-funzjonament tiegħu, dan il-mekkaniżmu josserva d-dritt tal-Unjoni, inklużi l-miżuri meħuda mill-Unjoni fil-kuntest tal-koordinament tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri”.


79      Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portuġiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Finlandja, konkluż fi Brussell fit‑2 ta’ Frar 2012.


80      Sentenza tas‑27 ta’ Novembru 2012, Pringle (C‑370/12, EU:C:2012:756), punti 111 u 112. Il-punti 154 sa 156 jagħmlu riferiment għall-azzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tat-Trattat dwar il-MES biex tiġi żgurata l-konformità tal-kundizzjonalità marbuta mal-għajnuna finanzjarja. Dawn l-istess riferimenti saru fis-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Mallis u Malli vs Il‑Kummissjoni u Il‑BĊE (C‑105/15 P, EU:C:2016:702), punt 54.


81      Iktar ’il quddiem, sabiex jiġu evitati repetizzjonijiet, ser nassumi li l-Istati li intervjenew fis-seduta (bl-eċċezzjoni, loġikament, tal-Ungerija u tar-Repubblika tal-Polonja), kif ukoll il-Kummissjoni, jaqblu mal-fehmiet tal-Parlament u tal-Kunsill.


82      Sentenzi tat‑8 ta’ Diċembru 2020, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑626/18, EU:C:2020:1000), punti 43 sa 47; tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001), punti 38 sa 42; u tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035).


83      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035), punt 31.


84      Ibidem, punt 32.


85      Ibidem, punt 38.


86      “Ġestjoni finanzjarja tajba tista’ tiġi żgurata biss mill-Istati Membri jekk l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu f’konformità mal-liġi, jekk każijiet ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess jew ksur ieħor tal-liġi, jiġu segwiti b’mod effettiv mis-servizzi investigattivi u ta’ prosekuzzjoni, u jekk deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali tal-awtoritajiet pubbliċi, inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”.


87      “L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu garantiti dejjem, u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b’mod xieraq. Il-ġudikatura, u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani u proċeduri biex jaġixxu b’mod effettiv u b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dritt ta’ proċess ġust, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tad-difiża. Is-sentenzi finali jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod effettiv. Dawk il-kondizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji ta’ awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni”.


88      Ara Martín Rodríguez, P., El Estado de Derecho en la Unión Europea, Marcial Pons, Madrid, 2021, p. 131, li jgħid li “l-Artikolu 322 TFUE jipprovdi bażi legali li hija iktar milli suffiċjenti għall-istabbiliment ta’ din il-kundizzjonalità [finanzjarja], li, barra minn hekk, diġà kienet teżisti fir-rigward ta’ kontenut sostantiv speċifiku tal-Istat tad-dritt […]” [traduzzjoni libera].


89      Il-mekkaniżmu Ewropew għall-protezzjoni tal-Istat tad-dritt, it-tabella ta’ valutazzjoni tal-ġustizzja fl-UE, il-proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u l-proċedura tal-Artikolu 7 TUE.


90      Il-formulazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni konġunta hija din li ġejja: “Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jikkunsidraw l-inklużjoni tal-kontenut ta’ dan ir-Regolament fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑18 ta’ Lulju 2018 (ir-‘Regolament Finanzjarju’) fil-mument tar-reviżjoni li jmiss tiegħu”. Ara t-test tagħha fl-anness tad-dokument COM/2020/843 final tal‑14 ta’ Diċembru 2020, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.


91      Ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni Nru 1/2018 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-proposta tat‑2 ta’ Mejju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (ĠU 2018, C 291, p. 1), punti 10 u 11.


92      Dawk fil-punt c) (“il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni pubblika”), il-punt d) (“l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti”) u l-punt e) (“il-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tal-liġi tal-Unjoni”).


93      Skont l-Artikolu 2(59) tar-Regolament Finanzjarju, “ġestjoni finanzjarja tajba” tfisser “l-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività”.


94      Is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2014, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (C‑385/13 P, EU:C:2014:2350), punti 68 u 69, issemmi n-neċessità ta’ rabta suffiċjentement diretta bejn allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni, mill-Istat Membru benefiċjarju, u l-miżura li għaliha jintalab il-finanzjament, bħala element li jippermetti lill-Kummissjoni tordna s-sospensjoni tal-ħlas tal-fondi strutturali lill-Istat Membri.


95      Martín Rodríguez, P., op. cit., p. 133, jenfasizza wkoll li l-element ewlieni għall-interpretazzjoni tar-Regolament 2020/2092 jinsab fl-eżiġenza ta’ impatt “b’mod suffiċjentement dirett”.


96      L-editorjal ta’ European Papers, 2020, Nru 5, pp. 1101 sa 1104, jiddeskrivi bħala probatio diabólica għall-Kummissjoni r-rekwiżit li jintwera li l-ksur tal-Istat tad-dritt jirreferi esklużivament għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Huwa jżid li dan ir-rekwiżit “will presumably render inoperative the conditionality mechanism” u li r-Regolament 2020/2092 “appears to be doomed to fail” jekk jiġi applikat biss għall-imġiba tal-Istati li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni.


97      Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u tal‑11 ta’ Diċembru 2020, punt 2(h), jikkonfermaw li “għandu jkun stabbilit b’mod dovut li hemm rabta kawżali suffiċjentement diretta bejn dan il-ksur u l-konsegwenzi negattivi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Is-sempliċi konstatazzjoni li seħħ ksur tal-istat tad-dritt ma tkunx biżżejjed sabiex jiġi attivat il-mekkaniżmu”.


98      Il-Kunsill Ewropew tal-10 u tal‑11 ta’ Diċembru 2020, fil-konklużjonijiet tiegħu, punt 2(h), imur lil hinn mit-test tar-regolament billi jiddikjara li, “meta tali informazzjoni u konstatazzjonijiet [li fuqhom tibbaża l-evalwazzjoni tagħha l-Kummissjoni], irrispettivament mis-sors, jintużaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rilevanza u l-użu tagħhom jiġu ddeterminati esklużivament fid-dawl tal-għan tar-regolament li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni”.


99      Skont l-Artikolu 61(3) tar-Regolament Finanzjarju, “[g]ħall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta’ interessi jkun jeżisti fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor”.


100      Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal‑11 ta’ Diċembru 2020, punt 2(d), ġie ddikjarat li “l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tirrispetta n-natura sussidjarja tiegħu. Il-miżuri adottati fil-kuntest tal-mekkaniżmu għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss f’każ li l-proċeduri l-oħra previsti fid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, dawk imsemmija fir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni, ir-Regolament Finanzjarju, jew il-proċeduri ta’ ksur tat-Trattat, ma jippermettux il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni b’mod iktar effikaċi”.


101      Ara, b’analoġija, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li skontha, “[…] l-obbligu tal-ħlas lura ta’ vantaġġ irċevut indebitament permezz ta’ irregolarità ma jikkostitwixxix sanzjoni, iżda huwa sempliċiment konsegwenza tal-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib tal-vantaġġ naxxenti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma ġewx osservati, fatt li jirrendi indebitu l-vantaġġ rċevut” (sentenzi tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer Metalurgs (C‑743/18, EU:C:2020:767), punt 64; u tas‑26 ta’ Mejju 2016, Județul Neamț u Județul Bacău (C‑260/14 u C‑261/14, EU:C:2016:360), punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).


102      Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma taċċettax dan l-approċċ minħabba d-dgħufija tar-rabta mal-ksur tal-Istat tad-dritt, hija għandha tannulla biss l-inċiż “sa fejn ikun possibbli” tal-Artikolu 5(3), in fine, tar-Regolament 2020/2092 (li ma għandux natura sostanzjali), b’mod li l-formulazzjoni tiegħu tkun limitata li tipprovdi li “l-miżuri jiffokaw fuq l-azzjonijiet tal-Unjoni li huma affettwati mill-ksur”.


103      Ara t-traskrizzjoni tiegħu fil-punt 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


104      F’difiża tal-benefiċjarji, il-Kunsill jargumenta l-protezzjoni tad-drittijiet miksuba tagħhom u l-aspettattivi leġittimi tagħhom, kif ukoll il-prinċipji li t-tweġiba għal ksur ta’ obbligu ma tistax twassal għal ksur ieħor.


105      Fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tal-FEŻR, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li dan għandu jkun il-każ anki meta l-irkupru tal-ammonti ma jkunx possibbli, “[…] meta jkun stabbilit li din l-impossibbiltà hija l-konsegwenza ta’ nuqqas jew ta’ negliġenza ta’ dan l-Istat Membru” (sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer metalurgs (C‑743/18, EU:C:2020:767), punt 71).


106      Dwar il-leġiżlazzjoni preċedenti u l-ġurisprudenza dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji, ara Guillem Carrau, J., “Las correciones financieras en materia de fondos estructurales”, Revista Aragonesa de Administración Pública, 2018, Nru 51, pp. 281 sa 319.


107      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83). L-Artikolu 11 tiegħu jindika li: “Ħlief fejn espliċitament previst mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni, pagamenti relatati mal-finanzjament imsemmi f’dan ir-Regolament għandhom jiġu żburżati b’mod sħiħ lill-benefiċjarji”.


108      Ara f’dan is-sens Martín Rodríguez, P., op.cit., pp. 99 sa 101.


109      Ara Rossi, L. S., “La valeur juridique des valeurs. L’article 2 TUE: relations avec d’autres dispositions de droit primaire de l’UE et remèdes juridictionnels”, Revue trimestrielle de droit européen, 2020, Nru 3, pp. 639 sa 657.


110      Il-Qorti tal-Ġustizzja ssostni li “l-Unjoni tiġbor fi ħdanha Stati li aderixxew liberament u volontarjament għall-valuri komuni msemmija fl-Artikolu 2 TUE, jirrispettaw dawn il-valuri u jimpenjaw ruħhom li jippromwovuhom. B’mod partikolari, mill-Artikolu 2 TUE jirriżulta li l-Unjoni hija bbażata fuq valuri, bħalma huwa l-Istat tad-dritt, li huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà kkaratterizzata, fost oħrajn, mill-ġustizzja. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u, b’mod partikolari, il-qrati tagħhom hija bbażata fuq il-premessa fundamentali li l-Istati Membri jikkondividu sensiela ta’ valuri komuni li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, kif ippreċiżat f’dan l-artikolu” (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑15 ta’ Lulju 2021, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Sistema dixxiplinari tal-imħallfin) (C‑791/19, EU:C:2021:596) punt 50; tal‑24 ta’ Ġunju 2019, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza mill-Qorti Suprema (C‑619/18, Eu:C:2019:531), punti 42 u 43; u tat‑18 ta’ Mejju 2021, Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România” et (C‑83/19, C‑127/19, C‑195/19, C‑291/19, C‑355/19 u C‑397/19, EU:C:2021:393), punt 160).


111      Sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indépendance de l’autorité judiciaire d’émission) (C‑354/20 PPU u C‑412/20 PPU, EU:C:2020:1033), punti 57 u 58; u tal‑25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (C‑216/18 PPU, EU:C:2018:586), punti 71 u 72. Il-Qorti tal-Ġustizzja tappella għall-protezzjoni tal-Istat tad-dritt sabiex jiġi identifikat motiv addizzjonali għaċ-ċaħda tal-implimentazzjoni ta’ dan it-tip ta’ ordnijiet.


112      Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507), punti 48 sa 50.


113      Sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indépendance de l’autorité judiciaire d’émission) (C‑354/20 PPU u C‑412/20 PPU, EU:C:2020:1033), punt 69.


114      Sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2021, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Sistema dixxiplinari tal-imħallfin) (C‑791/19, EU:C:2021:596) punt 58; u tal‑20 ta’ April 2021, Repubblika (C‑896/19, EU:C:2021:311), punt 51.


115      Fi kliem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-“rekwiżit ta’ indipendenza tal-qrati, li huwa inerenti għall-funzjoni ta’ ġudikatura, jagħmel parti mill-kontenut essenzjali tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq, li għandu importanza kardinali bħala garanti tal-protezzjoni tad-drittijiet kollha li l-partijiet f’kawża għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni u tal-ħarsien tal-valuri komuni għall-Istati Membri ddikjarati fl-Artikolu 2 TUE, b’mod partikolari l-valur tal-Istat tad-dritt”. Sentenzi tal‑15 ta’ Lulju 2021, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Sistema dixxiplinari tal-imħallfin) (C‑791/19, EU:C:2021:596), punti 51 u 58; tal‑20 ta’ April 2021, Repubblika (C‑896/19, EU:C:2021:311), punt 51; u tat‑18 ta’ Mejju 2021, Asociaţia “Forumul Judecătorilor din România” et (C‑83/19, C‑127/19, C‑195/19, C‑291/19, C‑355/19 u C‑397/19, EU:C:2021:393), punt 162.


116      Bħall-proċedura tal-clearance tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (iktar ’il quddiem, il-“FAEGG”) jew il-proċeduri ta’ sospensjoni jew irtirar ta’ għajnuna strutturali.


117      Sentenzi tal‑11 ta’ Jannar 2001, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (C‑247/98, EU:C:2001:4), punt 13; u tas‑7 ta’ Frar 1979, Franza vs Il‑Kummissjoni (15/76 u 16/76, EU:C:1979:29), punti 27 u 28.


118      Il-proċedura tal-clearance tal-kontijiet għandha l-għan li tivverifika mhux biss il-korrettezza u l-konformità tal-ispejjeż, iżda wkoll tal-qsim korrett, bejn l-Istati Membri u l-Unjoni, tal-piżijiet finanzjarji mill-politika agrikola komuni. Ara s-sentenza tal‑11 ta’ Jannar 2001, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (C‑247/98, EU:C:2001:4), punti 13 u 14.


119      Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2007, Komninou et vs Il‑Kummissjoni (C‑167/06 P, EU:C:2007:633), punt 52; digriet tal‑11 ta’ Lulju 1996, An Taisce u WWF UK vs Il‑Kummissjoni (C‑325/94 P, mhux ippubblikat, EU:C:1996:293), punt 23. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas‑26 ta’ Frar 2013, Spanja vs Il‑Kummissjoni (T‑65/10, T‑113/10 u T‑138/10, EU:T:2013:93), punt 109.


120      Digriet tal‑11 ta’ Lulju 1996, An Taisce u WWF UK vs Il‑Kummissjoni (C‑325/94 P, mhux ippubblikat, EU:C:1996:293), punt 24.


121      Sentenzi tat‑2 ta’ April 2020, Il‑Kummissjoni vs Spanja (C‑406/19 P EU:C:2020:276), punti 49 u 50; u tal‑15 ta’ Ottubru 2014, Id‑Danimarka vs Il‑Kummissjoni (C‑417/12 P, EU:C:2014:2288), punti 81 sa 83.


122      Is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm jew programmi, jew tal-emenda tagħhom; is-sospensjoni tal-impenji; it-tnaqqis tal-impenji, inkluż permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji jew trasferimenti lejn programmi ta’ nfiq oħra; it-tnaqqis tal-prefinanzjament; l-interruzzjoni tal-iskadenzi tal-ħlas; u s-sospensjoni tal-ħlasijiet.


123      Skont il-premessa 70 tar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-fondi strutturali għall-perijodu 2021‑2027, fil-miżuri għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji u tal-baġit tal-Unjoni (l-interruzzjoni tal-iskadenzi tal-ħlas, is-sospensjoni tal-ħlasijiet intermedji u l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji), “[j]enħtieġ li l-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tqis in-natura, is-serjetà u l-frekwenza tal-irregolaritajiet u l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-baġit tal-Unjoni”.


124      L-Artikolu 10(4) tar-Regolament 2021/241 jindika li “[l]-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti li jridu jiġu imposti għandhom ikunu proporzjonati, jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri u jqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari l-livell ta’ qgħad, il-livell ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-Istat Membru kkonċernat meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni u l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat”.


125      Fil-prattika, l-Istat Membru jkollu jirrinunzja għall-fondi tal-baġit tal-Unjoni jew itemm il-ksur tiegħu tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt li jaffettwa l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni.


126      Ara l-Artikolu 63(8), in fine, tar-Regolament Finanzjarju.


127      Skont l-Artikolu 7(5) TUE, “[l]-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta’ dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill, huma stabbiliti fl-Artikolu 354 [TFUE]”.


128      Premessa 20 tar-Regolament 2020/2092.


129      Ara s-sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 1989, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (16/88, EU:C:1989:397), punti 15 sa 18.


130      Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, “[i]l-Kunsill għandu jiġġustifika b’mod xieraq, skont in-natura u l-kontenut tal-att bażiku li għandu jiġi implementat jew emendat, eċċezzjoni għar-regola skont liema hija l-Kummissjoni li normalment għandha teżerċita l-kompetenza ta’ implementazzjoni (sentenza tal‑1 ta’ Marzu 2016, National Iranian Oil Company vs Il‑Kunsill (C‑440/14 P, EU:C:2016:128), punt 60 u ġurisprudenza ċċitata)”.


131      Skont il-premessa 26 tar-Regolament 2020/2092, “[i]l-proċedura […] jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipji ta’ oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-Istati Membri u jenħtieġ li titwettaq skont approċċ mhux partiġġjan u bbażat fuq l-evidenza. Jekk, b’mod eċċezzjonali, l-Istat Membru kkonċernat iqis li hemm ksur serju ta’ dawk il-prinċipji, jista’ jitlob lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill Ewropew li jmiss. F’tali ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li ma tittieħed ebda deċiżjoni dwar il-miżuri sakemm il-Kunsill Ewropew ma jkunx iddiskuta l-kwistjoni. Dan il-proċess għandu, bħala regola, ma jiħux aktar minn tliet xhur wara li l-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta tagħha lill-Kunsill”.


132      Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat, f’okkażjonijiet repetuti, li l-premessi ta’ att tal-Unjoni ma għandhomx valur ġuridiku vinkolanti u ma jistgħux jiġu invokati b’mod effikaċi sabiex jiġu stabbiliti eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet innifishom ta’ dan l-att, u lanqas sabiex jiġu interpretati f’sens manifestament kontra l-formulazzjoni tagħhom. Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑4 ta’ Marzu 2020, Marine Harvest vs Il‑Kummissjoni (C‑10/18 P, EU:C:2020:149) punt 44; tat‑2 ta’ April 2009, Tyson Parketthande (C‑134/08, EU:C:2009:229), punt 16; u tal‑10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA (C‑344/04, EU:C:2006:10), punt 76.


133      Lanqas ma jkollu effett legali l-impenn tal-Kunsill Ewropw rifless fid-Dokument EUCO 22/20, Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal‑11 ta’ Diċembru 2020, punt 2(j), li jiddikjara li: “F’każ li l-Istat Membru kkonċernat iressaq talba f’konformità mal-premessa 26 tar-regolament, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jinkludiha bħala punt fl-aġenda tal-Kunsill Ewropew. Il-Kunsill Ewropew għandu jagħmel ħiltu sabiex jifformula pożizzjoni komuni f’dan ir-rigward”.


134      Ara f’dan ir-rigward is-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2017, Is‑Slovakkja u L‑Ungerija vs Il‑Kunsill (C‑643/15 u C-647/15, EU:C:2017:631), punt 148, fejn jingħad li: “[m]in-naħa l-oħra, l-Artikolu 78(3) TFUE jippermetti lill-Kunsill jadotta miżuri b’maġġoranza kkwalifikata, kif għamel il-Kunsill meta adotta d-deċiżjoni kkontestata. Il-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali jipprojbixxi li l-Kunsill Ewropew jemenda din ir-regola ta’ vot billi jimponi fuq il-Kunsill, permezz ta’ konklużjonijiet meħuda konformement mal-Artikolu 68 TFUE, regola li teħtieġ vot unanimu”.


135      Dokument COM(2020) 843 final tal‑14 ta’ Diċembru 2020, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwarl-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, p. 3.


136      (C‑650/18, EU:C:2021:426), punt 30.


137      Sentenza tat‑3 ta’ Ġunju 2021, L‑Ungerija vs Il‑Parlament (C‑650/18, EU:C:2021:426), punt 32.


138      Ibidem, punt 33.


139      Ibidem, punt 31.


140      Sentenza tad‑29 ta’ April 2021, Banco de Portugal et (C‑504/19, EU:C:2021:335), punt 51.


141      Ibidem, punt 52.


142      Sentenza tal‑14 ta’ April 2005, Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni (C‑110/03, EU:C:2005:223), punt 31.


143      Sentenza tal‑20 ta’ Lulju 2017, Marco Tronchetti Provera et (C‑206/16, EU:C:2017:572), punt 42.


144      Sentenza tat‑30 ta’ April 2020, Nelson Antunes da Cunha (C‑627/18, EU:C:2020:321), punt 45.


145      Dokument COM(2014) 158 final, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, Anness I.


146      Il-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija għad-Dritt (il-Kummissjoni ta’ Venezja) tal-Kunsill tal-Ewropa.


147      Il-Kummissjoni għarrfet, fis-seduta, li qiegħda tfassal abbozz ta’ linji gwida sabiex tiffaċilità l-applikazzjoni tar-Regolament 2020/2092, billi ssegwi teknika użata b’mod wiesa’ f’oqsma oħra (pereżempju, f’dak tal-għajnuna mill-Istat).


148      L-Artikolu 7 TUE jagħmel riferiment għar-“riskju […] ta’ ksur serju […] tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2”.


149      Enfasi miżjuda minni.


150      Punt 181 u nota 102 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


151      Sentenzi tal‑11 ta’ Diċembru 2008 Il‑Kummissjoni vs Département du Loiret (C‑295/07 P, EU:C:2008:707), punti 105 u 106; u tal‑24 ta’ Mejju 2005, Franza vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑244/03, EU:C:2005:299), punti 12 u 13.


152      Enfasi miżjuda minni.


153      Sentenza tas‑7 ta’ Ottubru 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑153/01, EU:C:2004:589), punti 66 u 67.