Language of document : ECLI:EU:T:2013:534





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2013 — L‑Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑248/10)

“Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”

1.                     Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Ugwaljanza fit-trattament — Rekwiżit ta’ konoxxenzi lingwistiċi speċifiċi — Motivazzjoni — Ġustifikazzjoni fid-dawl tal-interess tas-servizz — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d(1) u (6), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, u Artikolu 28(f); Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 29-41)

2.                     Rikorsi tal-uffiċjali — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament ta’ avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — Aspettattivi leġittimi tal-kandidati magħżula — Assenza ta’ eżami mill-ġdid tar-riżultati tal-kompetizzjonijiet (Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punti 45-51)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD5) fl-oqsma tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea, tal-Liġi, tal-Ekonomija, tal-Verifika u tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) (ĠU 2010, C 64 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD5) fl-oqsma tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea, tal-Liġi, tal-Ekonomija, tal-Verifika u tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.