Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 - Perfetti Van Melle vs L-UASI - Cloetta Fazer (CENTER SHOCK)

(Kawża T-16/08)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Cloetta Fazer AB (Ljungsbro, l-Iżvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel totalment id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, każ R 149/2006-4, mogħtija fis-7 ta' Novembru 2007 u nnotifikata fid-9 ta' Novembru 2007;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ta' l-UASI, mogħtija fl-24 ta' Novembru 2005, fuq l-azzjoni għal kanċellazzjoni Nru 941 C 973 065;

tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-TMK ta' Perfetti Nru 973 065 CENTER SHOCK;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' dawn il-proċedimenti, kif ukoll għal dawk tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità u ta' l-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali ‛CENTER SHOCK' għal prodotti fil-klassi 30 - Trade mark Komunitarja Nru 973 065

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Cloetta Fazer AB

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade marks nazzjonali verbali 'CENTER' u 'CLOETTA CENTER' għal prodotti, inter alia, fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati : Ksur ta' l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma globalment differenti fuq il-livell fonetiku u kunċettwali u fl-impressjoni ġenerali, għalkemm għandhom element komuni. Minbarra dan, Cloetta u Perfetti joperaw, skond ir-rikorrenti, fi swieq differenti, peress li l-prodotti tagħhom jindirizzaw bżonnijiet differenti u konsumaturi differenti.

____________