Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de l'entreprise de Liège - il-Belġju) – SI, Brompton Bicycle Ltd vs Chedec/Get2Get

(Kawża C-833/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Artikoli 2 sa 5 – Kamp ta’ applikazzjoni – Oġġett utilitarju – Kunċett ta’ “xogħol” – Protezzjoni tax-xogħlijiet abbażi tad-drittijiet tal-awtur – Kundizzjonijiet – Forma ta’ prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku – Rota li tintewa)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de l'entreprise de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SI, Brompton Bicycle Ltd

Konvenuta: Chedech/Get2Get

Dispożittiv

L-Artikoli 2 sa 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur li huma jipprevedu tapplika għal prodott li l-forma tiegħu hija, tal-inqas parzjalment, neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku meta dan il-prodott jikkostitwixxi xogħol oriġinali li jirriżulta minn kreazzjoni intellettwali, sa fejn, permezz ta’ din il-forma, l-awtur tiegħu jesprimi l-kapaċità kreattiva tiegħu b’mod oriġinali billi jwettaq għażliet liberi u kreattivi b’mod li l-imsemmija forma tirrifletti l-personalità tiegħu, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali b’kunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti kollha tal-kawża prinċipali.

____________

1     ĠU C 82, 4.3.2019.