Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Ġunju 2010 - Jurašinović vs Il-Kunsill

(Kawża T-359/09) 1

"Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rapporti tal-osservaturi mibgħuta mill-Unjoni Ewropea fir-reġjun ta' Knin (Kroazja) - Miżura intermedjarja - Inammissibbiltà - Rifjut impliċitu għal aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar- rikors - Ma hemmx lok li tingħta deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentant: A. Beguin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Fekete u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta' Ġunju 2009 li tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrenti għar-rapporti tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja, fiż-żona ta' Knin, mill-1 sal-31 ta' Awwissu 1995, u għad-dokumenti bir-referenza "ECMM RC Knin Log reports" kif ukoll tad-deċiżjoni impliċita ta' rifjut meħuda fuq talba konfermatorja u, min-naħa l-oħra, talba intiża li l-Kunsill jiġi ordnat jawtorizza l-aċċess, taħt forma elettronika, tad-dokumenti mitluba.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet tar-rikors ta' Ivan Jurašinović intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tiċħad it-talba konfermatorja tiegħu ta' aċċess għar-rapporti tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja, fiż-żona ta' Knin, mill-1 sal-31 ta' Awwissu 1995, u għad-dokumenti bir-referenza "ECMM RC Knin Log reports".

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 267, 7.11.2009.