Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Lulju 2011 - HeidelbergCement vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-302/11 R)

["Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, T. Holzmüller u P. Pichler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2361 finali, tal-31 ta' Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________