Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Sorinet Commercial Trust Bankers vs Il-Kunsill

(Kawża T-157/13) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li tiġi mxekkla l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Terminu għall-aġġustament tat-talbiet – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd (Kish Island, l-Iran) (rappreżentanti: L. Defalque u C. Malherbe, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Elera, M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn din inkludiet isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dan inkluda isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 156, p. 10), sa fejn din żammet isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/43, kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 156, p. 3), sa fejn dan żamm isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn din tinkludi isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn dan jinkludi isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, hija annullata sa fejn din żammet isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012, huwa annullat sa fejn dan żamm isem Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2013/270, u tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 522/2013, f’dak li jikkonċerna lil Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd, huma miżmuma sad-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti

tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk f’dan it-terminu jkun ġie ppreżentat appell, saċ-ċaħda tal-appell.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Sorinet Commercial Trust Bankers.