Language of document : ECLI:EU:T:2015:634





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2015 –
Iralco vs Il-Kunsill

(Kawża T‑158/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi mfixkla l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar tal-fondi – Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jinkludi miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Indirizz tal-persuna kkonċernata magħruf fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Terminu li jibda jiddekorri fid-data tal-komunikazzjoni individwali (Is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 28-36)

2.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħudin fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 43, 44)

3.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran – Effett tal-annullament tar-Regolament mill-iskadenza tat-terminu tal-appell jew taċ-ċaħda tiegħu – Applikazzjoni ta’ dan it-terminu meta jkollu effett l-annullament ta’ din id-deċiżjoni (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264 TFUE u l-Artikolu 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 56-59)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn tinkludi l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn jinkludi l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl‑Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata sa fejn tinkludi l-ista ta’ Iranian Aluminium Co. (Iralco) fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn jinkludi l-isem ta’ Iralco fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 huma miżmuma f’dak li jikkonċerna Iralco sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Iralco.