Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 —
Cadila Healthcare vs UASI —
Novartis (ZYDUS)
(Kawża T-288/08)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZYDUS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZIMBUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 62-67)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Kawża R 1092/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Cadila Healthcare Ltd. |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda. |
3) | | Cadila Healthcare Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |